1993R3199 — MT — 01.07.2013 — 009.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3199/93 tat-22 ta' Novembru 1993 (ĠU L 288, 23.11.1993, p.12) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2546/95 tat-30 ta' Ottubru 1995 |
L 260 |
45 |
31.10.1995 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2559/98 tas-27 ta' Novembru 1998 |
L 320 |
27 |
28.11.1998 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2205/2004 tal-21 ta' Diċembru 2004 |
L 374 |
42 |
22.12.2004 |
|
|
COMMISSION REGULATION (EC) No 1309/2005 of 10 August 2005 (*) |
L 208 |
12 |
11.8.2005 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2023/2005 tat-12 ta’ Diċembru 2005 |
L 326 |
8 |
13.12.2005 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 67/2008 tal-25 ta’ Jannar 2008 |
L 23 |
13 |
26.1.2008 |
|
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 849/2008 tat-28 ta' Awwissu 2008 |
L 231 |
11 |
29.8.2008 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 767/2011 tat-2 ta’ Awwissu 2011 |
L 200 |
14 |
3.8.2011 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 162/2013 tal-21 ta’ Frar 2013 |
L 49 |
55 |
22.2.2013 |
|
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 3199/93
tat-22 ta' Novembru 1993
dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' proċeduri għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol għall-iskopijiet ta' eżenzjoni mit-taxxa tas-sisa
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi ta' taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u xorb alkoħoliku ( 1 ), u b'mod partikolari Artikolu 27(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta' Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għal taxxa tas-sisa u fuq iż-żamma, moviment u indukrar ta' tali prodotti ( 2 ), kif emendata mid-Direttiva 92/108/KE ( 3 ), u b'mod partikolari Artikolu 24 tagħha,
Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Taxxi tas-Sisa,
Billi bis-saħħa ta' Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE, l-Istati Membri huma meħtieġa li jeżentaw mit-taxxa tas-sisa l-alkoħol li jkun żnaturat kompletament skond il-ħtiġiet ta' xi Stat Membru, iżda sakemm dawn il-ħtiġiet ġew notifikati u aċċettati kif suppost skond il-kondizzjonijiet imniżżlin fil-paragrafi 3 u 4 ta' dak l-Artikolu;
Billi ġew riċevuti oġġezzjonijiet għall-ħtiġiet notifikati;
Billi, għalhekk, skond il-ħtiġiet tal-paragrafu 4 tal-imsemmi Artikolu għandha tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 24 tad-Direttiva 92/12/KEE,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-isnaturanti li huma impjegati f'kull Stat Membru għall-iskopijiet biex jiġi żnaturat kompletament l-alkoħol skond Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 92/83/KEE huma kif deskritti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata meta jiġi pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Lista ta’ prodotti awtorizzati bin-numru ta’ reġistrazzjoni tagħhom tal-Chemical Abstracts Service (CAS) meta dan huwa disponibbli u l-formuli awtorizzati għall-iżnaturar komplet tal-alkoħol.
|
Aċetun |
CAS: 67-64-1 |
|
CI reactive red 24 |
CAS: 70210-20-7 |
|
Piridina prima |
CAS: mhux disponibbli |
|
Crystal violet (C.I. Nru. 42555) |
CAS: 548-62-9 |
|
Benżoat tad-denatonju |
CAS: 3734-33-6 |
|
Etanol |
CAS: 64-17-5 |
|
Aċetat tal-etil |
CAS: 141-78-6 |
|
Etil sek-amil keton |
CAS: 541-85-5 |
|
Etil tert-butiletere |
CAS: 637-92-3 |
|
Fluworoxxina |
CAS: 2321-07-5 |
|
Formaldeide |
CAS: 50-00-0 |
|
Żejt fusel |
CAS: 8013-75-0 |
|
Petrol (inkluż pertrol bla ċomb) |
CAS: 86290-81-5 |
|
Alkoħol isopropil (IPA) |
CAS: 67-63-0 |
|
Pitrolju |
CAS: 8008-20-6 |
|
Żejt tal-lampi |
CAS: 64742-47-8 sa 64742-48-9 |
|
Metanol |
CAS: 67-56-1 |
|
Metiletilketon(butanon) (MEK) |
CAS: 78-93-3 |
|
Metilisobutilketon |
CAS: 108-10-1 |
|
Metilisopropilketon |
CAS: 563-80-4 |
|
Vjola tal-metil |
CAS: 8004-87-3 |
|
Blu tal-metilina: |
CAS: 61-73-4 |
|
Nafta minerali |
CAS mhux disponibbli |
|
Nafta solventi |
CAS: 8030-30-6 |
|
Piridina (jew bażijiet tal-Piridina) |
CAS: 110-86-1 |
|
Spirtu tat-terpentina |
CAS: 8006-64-2 |
|
Petrol għal użu tekniku |
CAS: 92045-57-3 |
|
alkoħol tert-butil |
CAS: 75-65-0 |
|
Tijofen |
CAS: 110-02-1 |
|
Timol blu |
CAS: 76-61-9 |
|
Metanol |
Mhux disponibbli |
Sinonimi tal-prodotti awtorizzati huma disponibbli f’diversi lingwi Ewropej fil-bażi tad-dejta tal-Inventarju Doganali Ewropew dwar is-Sustanzi Kimiċi.
It-terminu “etanol assolut” huwa użat tul l-anness kollu b’konformità mat-terminoloġija użata mill-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata (IUPAC)
I. Il-proċedura tal-iżnaturar li titħaddem fl-Istati Membri kollha
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
— 3 litri ta’ alkoħol isopropil (IPA),
— 3 litri metiletilketon (MEK),
— 1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju.
Għas-suq intern, l-Istati Membri għandhom il-permess li jżidu żebgħa biex jagħtu lill-prodott kulur karatteristiku, li jagħmlu immedjatament identifikabbli.
II. Proċeduri addizzjonali għall-iżnaturar imħaddma f’ċerti Stati Membri
Ir-Repubblika Ċeka
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
— 0,4 litru nafta solventi,
— 0,2 litru pitrolju,
— 0,1 litru petrol għal użu tekniku.
— 3 litri etil tert-butiletere,
— 1 litru ta’ alkoħol isopropil;
— 1 litru petrol bla ċomb,
— 10 milligrammi fluworoxxina.
Il-Ġermanja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
— 95 sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),
— 2,5 sa 3 % bħala piż ta’ metilisopropilketon (3-metil-2-butanon),
— 1,5 sa 2 % bħala piż ta’ etil sek-amil keton (5- metil – 3 – ettanon),
flimkien ma’ gramm wieħed benżoat tad-denatonju,
L-Estonja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
— 3 litri ta’ aċetun,
— 2 grammi benżoat tad-denatonju.
L-Irlanda
Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:
— 90 % bil-volum tal-etanol,
— 9,5 % bil-volum ta’ metanol,
— 0,5 % bil-volum ta’ piridina prima.
Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:
— 3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali),
— 1,5 gramma ta’ vjola tal-metil.
Nota: Il-komponenti tal-bażi ta’ metanol u l-piridina prima jistgħu jiġu sostitwiti b’10 % bil-volum ta’ metanol.
Il-Greċja
Alkoħol ta’ kwalità inferjuri biss (id-distillat miksub fil-bidu u fi tmiem il-proċess tad-distillazzjoni), b’ saħħa alkoħolika ta’ mill-inqas 93 % tal-volum u ta’mhux aktar minn 96 % bil-volum jistgħu jiġu mibdula.
Għal kull ettolitru ta’ alkoħol idratat ta’ 93 % bil-volum jiżdiedu s-sustanzi li ġejjin:
— 2 litri metanol,
— 1 litru spirtu tat-terpentina,
— 0,50 litru żejt tal-lampi,
— 0,40 gramm blu tal-metilina.
F’temperatura ta’ 20 °C, il-prodott aħħari, fil-forma mhux mibdula tiegħu, għandu jilħaq 93 % bil-volum.
L-Italja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut dan li ġej jiżdiedu:
— 125 gramma ta’ tijofen,
— 0,8 gramm ta’ benzoat tad-denatonju,
— 3 grammi ta’ CI reactive red 24 (sustanza koloranti ħamra), soluzzjoni ta’ 25 % w/w,
— 2 litri metiletilketon MEK).
L-alkoħol etiliku li jkun irid jiġi żnaturat jeħtieġlu kontenut ta’ alkoħol etiliku ta’ mhux anqas minn 83 % bil-volum u ma jkunx anqas qawwi minn 90 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE.
Sabiex tkun żgurata s-solubilità kompleta tal-komponenti kollha, it-taħlita tal-iżnaturant trid tkun ippreparata fl-alkoħol etiliku ta’ anqas minn 96 % bil-volum meta mkejjel bl-alkoħolimetru tal-KE.
L-għan tas-CI reactive red 24 huwa li jagħti lill-prodott kulur aħmar karatteristiku, li jagħmel l-iskop tal-prodott immedjatament identifikabbli.
Il-Latvja
1. Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
(a) mill-anqas:
— 9 litri ta’ alkoħol isopropil,
— 1 litru ta’ aċetun,
— 0,4 gramm blu tal-metilina jew blu tat-timol jew vjola tal-metil;
(b) mill-anqas:
— 3 litri metilisobutilketon,
— 2 litri metiletilketon (MEK);
(c) mill-anqas:
— 3 litri ta’ aċetun,
— 2 grammi ta’ benżoat tad-denatonju;
(d) mill-inqas 10 litri ta’ aċetat etiliku.
2. Għal kull ettolitru ta’ etanol deidrat (li fih mhux inqas minn 0,5 % ta’ ilma):
Petrol f’minimu ta’ 5 litri u massimu ta’ 7 litri.
Il-Litwanja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
— 3 litri ta’ aċetun,
— 2 grammi benżoat tad-denatonju.
L-Ungerija
Prodotti alkoħoliċi b’referenza għall-kwantità ta’ alkoħol pur li fihom, ikollhom tal-anqas, wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) 2 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), 3 % bil-piż ta’ metilisobutilketon u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju;
(b) 1 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK), u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju;
(c) 2 % bil-piż ta’ alkoħol isopropil, 1 % bil-piż ta’ alkoħol tert-butil, u 0,001 % bil-piż ta’ benżoat tad-denatonju.
Malta
Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:
— 90 % bil-volum tal-etanol,
— 9,5 % bil-volum ta’ metanol,
— 0,5 % bil-volum ta’ piridina prima.
Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:
— 3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali),
— 1,5 gramma ta’ vjola tal-metil.
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
Ħames litri ta’ taħlita li tikkonsisti f’:
— 60 % bil-volum ta’ metanol,
— 20 % bil-volum ta’ aċetun,
— 11 % bil-volum ta’ żejt fusel (konċentrat ta’ prodotti sekondarji mid-distillazzjoni tal-alkoħol),
— 8 % bil-volum ta’ ilma,
— 0,5 % bil-volum ta’ metiletilketon (MEK),
— 0,5 % bil-volum ta’ formalina (soluzzjoni tal-ilma ta’ 37 % bil-piż tal-formaldeide),
L-Awstrija
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
— 95 % sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),
— 2,5 % sa 3 % bil-piż ta’ metilisopropilketon,
— 1,5 % sa 2 % bil-piż ta’ etil sek-amil keton,
flimkien ma’ gramm wieħed benżoat tad-denatonju,
Il-Polonja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
1. 0,75 litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
— 95 sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),
— 2,5 sa 3 % bil-piż ta’ metilisopropilketon,
— 1,5 sa 2 % bil-piż ta’ etil sek-amil keton,
flimkien ma’ 0,25 litru ta’ bażijiet tal-piridina.
2. Litru taħlita ta’ keton, li tikkonsisti f’:
— 95 sa 96 % bil-piż ta’ metiletilketon (MEK),
— 2,5 sa 3 % bil-piż ta’ metilisopropilketon,
— 1,5 sa 2 % bil-piż ta’ etil sek-amil keton,
flimkien ma’ 1 gramma benżoat tad-denatonju.
Ir-Rumanija
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
— 2 litri metiletilketon (MEK),
— 1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju,
— 0,2 gramm blu tal-metilina.
Is-Slovenja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
— 1 580 gramma alkoħol isopropil,
— 790 gramma alkoħol tert-butil,
— 0,79 gramma ta’ benżoat tad-denatonju.
Is-Slovakkja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
3 litri metilisobutilketon,
2 litri metiletilketon (MEK),
1 gramma ta’ benżoat tad-denatonju,
0,2 gramm blu tal-metilina.
1,5 litri ta’ petrol għal użu tekniku,
1,5 litru pitrolju,
2 grammi benżoat tad-denatonju.
Il-Finlandja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut, kwalunkwe minn dawn il-formulazzjonijiet li ġejjin:
2 litri metiletilketon (MEK),
3 litri metilisobutilketon.
2 litri ta’ aċetun,
3 litri metilisobutilketon.
L-Isvezja
Għal kull ettolitru ta’ etanol assolut:
— 3 litri metilisobutilketon,
— 2 litri metiletilketon (MEK).
Ir-Renju Unit
Tiġi prodotta bażi billi jitħallat li ġej:
— 90 % bil-volum tal-etanol,
— 9,5 % bil-volum ta’ metanol,
— 0,5 % bil-volum ta’ piridina prima.
Għal kull 10 ettolitri tal-bażi żid:
— 3,75 litri ta’ nafta minerali (żejt minerali),
— 1,5 gramm vjola tal-metil (C.I. Nru 42555).
( 1 ) ĠU L 316, tal-31.10.1992, p. 21.
( 2 ) ĠU L 76, tat-23.3.1992, p. 1.
( 3 ) ĠU L 390, tal-31.12.1992, p. 124.