|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/6036 |
16.11.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12531 – MUBADALA CAPITAL / PIERRE ET VACANCES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/6036)
1.
Fis-6 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mubadala Capital LLC (“Mubadala Capital”, l-Emirati Għarab Magħquda), ikkontrollata minn Mubadala Investment Company PSJC (“MIC”, l-Emirati Għarab Magħquda), li hija proprjetà sħiħa tal-Gvern ta’ Abu Dhabi (l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
Pierre et Vacances SA (Franza), li tappartjeni għall-grupp Pierre & Vacances Center Parcs Group (iktar ’il quddiem “Pierre et Vacances”, Franza). |
Mubadala Capital se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Pierre et Vacances.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-22 ta’ Ġunju 2026.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Mubadala Capital hija pjattaforma globali alternattiva għall-ġestjoni tal-assi li timmaniġġja, tagħti pariri u tamministra aktar minn USD 600 biljun f’assi permezz tal-maniġers tal-assi u s-sħubijiet strateġiċi tagħha. MIC tinvesti globalment f’firxa wiesgħa ta’ klassijiet ta’ assi, inklużi ekwità privata, ekwitajiet pubbliċi, kreditu, proprjetà immobbli, infrastruttura u alternattivi, |
|
— |
Pierre et Vacances hija operatur turistiku Ewropew li tispeċjalizza f’residenzi tal-vaganzi, villaġġi u appartamenti tal-bliet li hija attiva fi Franza, fin-Netherlands, fil-Ġermanja, fil-Belġju u f’pajjiżi Ewropej oħra. Hija topera taħt erba’ marki ewlenin: Pierre & Vacances, Center Parcs, maeva.com, u Adagio. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12531 — MUBADALA CAPITAL / PIERRE ET VACANCES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/6036/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)