<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-470/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0470</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:271">EU:C:2021:271</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210415">15.4.2021</DATE> – Kawża C‑470/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Friends of the Irish Environment</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Aarhus</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/4/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali miżmum mill-awtoritajiet pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji</KEYWORD><KEYWORD>Tagħrif li jinsab fil-proċess ta’ proċedura ġudizzjarja magħluqa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑470/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20190617">17 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Friends of the Irish Environment Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commissioner for Environmental Information,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Courts Service of Ireland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla (Relatur), R. Silva de Lapuerta, Viċi Presidenta tal-Qorti tal-Ġustizzja, u M. Ilešič, li qegħdin jaġixxu bħala Imħallfin tal-Ewwel Awla, M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20200916">16 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Friends of the Irish Environment Ltd, minn J. Kenny, BL, O. Clarke u A. Jackson, solicitors, kif ukoll minn J. Healy, SC,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Commissioner for Environmental Information, minn F. Valentine, BL, E. Egan, SC, u R. Minch, solicitor,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Courts Service of Ireland, minn C. Donnelly, BL, B. Murray u M. Collins, SC, kif ukoll minn M. Costelloe u H. Gibbons, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn M. Browne u G. Hodge kif ukoll minn A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn A. Carroll, BL, u minn C. Toland, SC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u D. Krawczyk, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u C. Cunniffe, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20201203">3 ta’ Diċembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għad-deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Friends of the Irish Environment Ltd u l-Commissioner for Environmental Information (il-Kummissarju għat-Tagħrif Ambjentali, l-Irlanda) dwar l-aċċess għall-proċess tal-proċedura ġudizzjarja ta’ kawża magħluqa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil‑<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas‑<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164M" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 164M, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tipprovdi fl-Artikolu 2(2) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tirreferi għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>amministrazzjoni governattiva f’livell nazzjonali, reġjonali jew f’livell ieħor;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu, bis-saħħa tal-liġijiet nazzjonali, funzjonijiet amministrattivi pubbliċi, inklużi kompiti, attivitajiet jew servizzi partikolari relatati mal-ambjent;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>kull persuna fiżika jew ġuridika oħra li jkollha responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li tipprovdi servizzi pubbliċi relatati mal-ambjent taħt l-awtorità ta’ korp jew ta’ persuna li taqa’ taħt il-kategoriji msemmija fil-punti preċedenti (a) u (b);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Din id-definizzjoni ma tinkorporax il-korpi jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jipprovdi li, taħt ċertu numru ta’ riżervi, kull parti f’din il-konvenzjoni għandha tagħmel mezz li l-awtoritajiet pubbliċi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, it-tagħrif ambjentali li huwa mitlub minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Talba għal informazzjoni ambjentali tista’ tiġi miċħuda fil-każ fejn l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni jkollu effett ħażin fuq:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-kors tal-ġustizzja, il-possibbiltà li kull persuna tirċievi proċess ġudizzjarju ġust jew l-abbiltà ta’ awtorità pubblika li tmexxi investigazzjoni ta’ natura kriminali jew dixxiplinari;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Ir-raġunijiet imsemmija iktar ’il fuq għal rifjut għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, meqjus l-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar u jekk l-informazzjoni mitluba tkunx tirrigwarda emissjonijiet fl-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 5, 11 u 16 tad-Direttiva 2003/4 jgħidu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(1)</NO.P><TXT>L-aċċess pubbliku miżjud għat-tagħrif ambjentali u t-tixrid ta’ dan it-tagħrif jikkontribwixxu għal konoxxenza ikbar dwar il-materji ambjentali, skambju ħieles tal-veduti, parteċipazzjoni iktar effettiva mill-pubbliku fit-tiswir tad-deċiżjonijie u, eventwalment, ambjent aħjar.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>[…] Id-disposizzjonijiet tal-liġijiet Komunitarji jridu jkunu konsistenti ma[l-Konvenzjoni ta’ Aarhus] bil-ħsieb tal-konklużjoni tagħha mill-Komunità Ewropea.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Sabiex jitqies il-prinċipju fl-Artikolu 6 tat-Trattat, illi l-ħtiġiet tal-protezzjoni ta’ l-ambjent għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet Komunitarji, id-definizzjoni ta’ l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi mwessgħa sabiex tkopri l-amministrazzjoni governattiva jew amministrazzjonijiet oħra pubbliċi fil-livell nazzjonali,<?PAGE NO="4"?> reġjonali jew lokali sewwa jekk ikollhom responsabbiltajiet speċifiċi rigward l-ambjent u sewwa jekk le. Bl-istess mod id-definizzjoni għandha tiġi mwessgħa sabiex tinkludi persuni jew korpi oħra li jwettqu l-funzjonijiet ta’ amministrazzjonijiet pubbliċi fejn għandu x’jaqsam l-ambjent skond il-liġijiet nazzjonali, kif ukoll persuni jew korpi oħra li jaġixxu taħt il-kontroll tagħhom u li jkollhom responsabbilitajiet jew funzjonijiet pubbliċi fejn jidħol l-ambjent.”</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Id-dritt għat-tagħrif ifisser illi l-iżvelar tat-tagħrif għandu jkun ir-regola ġenerali u li l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jitħallew li jirrifjutaw talba għat-tagħrif dwar l-ambjent f’każijiet speċifiċi u ddefiniti biċ-ċar. Ir-raġunijiet għal rifjut għandhom jiġu interpretati b’mod restrittiv, li bih, l-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar għandu jiġi ppeżat kontra l-interess moqdi bir-rifjut. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-miri ta’ din id-Direttiva huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jiġi ggarantit id-dritt għall-aċċess tat-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għand l-awtoritajiet pubbliċi jew miżmum għalihom, u li jiġu ddikjarati t-termini u l-kondizzjonijiert bażiċi ta’ l-eżerċizzju tiegħu u l-arranġamenti prattiċi għalih; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jiġi żgurat illi, bħala ħaġa naturali, it-tagħrif dwar l-ambjent jiġi magħmul disponibbli u jixxerred b’mod progressiv fost il-pubbliku sabiex jinkisbu id-disponibbiltà u t-tixrid l-iktar wiesa’ possibbli tat-tagħrif dwar l-ambjent fost il-pubbliku. Għal dan il-fini, għandhom jiġu promossi b’mod partikolari l-użu tat-telekomunikazzjoni bil-kompjuter u/jew tat-teknoloġija eletronika, meta disponibbli.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Awtorita pubblika<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> għandha tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-amministrazzjoni governattiva jew amministrazzjoni oħra pubblika, inklużi l-korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>kull persuna naturali jew legali li jwettqu funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skond il-liġijiet nazzjonali, inklużi d-dmiritjiet, l-attivitajiet jew is-servizzi speċifiċi fejn jidħol l-ambjent; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>kull persuna naturali jew legali li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent taħt il-kontroll ta’ korp jew persuna li jidħlu fil-(a) jew fil-(b).</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi din id-definizzjoni ma għandhiex tinkludi korpi jew istituzzjonijiet meta jaġixxu f’kapaċità ġudizzjali [ġudizzjarja] jew leġislattiva. Jekk id-disposizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom fid-data ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva ma jagħmlu l-ebda disposizzjoni għall-proċedura tar-rivista fit-tifsira ta’ l-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn il-korpi jew istituzzjonijiet minn din id-definizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet pubbliċi huma meħtieġa li jagħmlu disponibbli t-tagħrif dwar l-ambjent li jkun għandhom jew miżmum għalihom lil kull applikant fuq it-talba tiegħu u mingħajr ma jkollu għalfejn jiddikjara l-interess tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/4, li jippermetti lill-Istati Membri li jipprevedu ċ-ċaħda ta’ talba għal tagħrif ambjentali f’ċerti każijiet, l-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva joffri wkoll din il-fakultà lill-Istati Membri fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li tiġi rrifjutata talba għal tagħrif dwar l-ambjent jekk l-iżvelar tat-tagħrif jaffettwa b’mod negattiv:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-kors tal-ġusizzja, l-abbiltà ta’ kull persuna li tirċievi proċess ġudizzjarju ġust jew l-abbiltà ta’ awtorità pubblika li tmexxi investigazzjoni ta’ natura kriminali jew dixxiplinarja;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Ir-raġunijiet għar-rifjut imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu interpretati f’manjiera restrittiva, filwaqt li jitqies għall-każ partikolari l-interess pubbliku moqdi b’dan l-iżvelar. F’kull każ partikolari, l-interess pubbliku moqdi bl-iżvelar għandu jiġi miżun kontra l-interess moqdi bir-rifjut. Bis-saħħa tal-paragrafu 2(a), (d), (f), (g) u (h), l-Istati Membri ma jistgħux jipprovdu li tiġi rrifjutata talba meta t-talba jkollha x’taqsam ma’ tagħrif dwar l-emissjonijiet fl-ambjent.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-aċċess għall-ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jobbliga lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex kull applikant għal tagħrif ambjentali, li jikkunsidra li t-talba tiegħu ġiet injorata, irrifjutata b’mod ħażin, ma ġietx imwieġba b’mod adegwat jew ma ġietx ittrattata skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, ikun jista’ jibda azzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja kontra l-atti jew l-ommissjonijiet tal-awtorità pubblika kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Irlandiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-European Communities (Access to Information on the Environment) Regulations 2007–2018 (ir-Regolamenti 2007 sa 2018 – Komunitajiet Ewropej (Aċċess għat-Tagħrif dwar l-Ambjent)) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>regoli nazzjonali Irlandiżi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jittrasponu d-Direttiva 2003/4 fid-dritt Irlandiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-regoli nazzjonali Irlandiżi jittrasponi, fl-essenza tiegħu, l-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(2) tar-regoli nazzjonali Irlandiżi, huwa eskluż mid-definizzjoni ta’ awtoritajiet pubbliċi kull korp <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>meta jaġixxi f’kapaċità ġudizzjarja jew leġiżlattiva<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, il-High Court (il-Qorti Għolja, l-Irlanda) tat is-sentenza tagħha f’kawża bejn X &amp; Y u An Bord Pleanala, li kontriha ma ġiex ippreżentat appell. Dik il-kawża kienet tirrigwarda l-kontestazzjoni ta’ permess tal-ippjanar għall-kostruzzjoni tat-turbini tar-riħ ġewwa County Cork (l-Irlanda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20160709">9 ta’ Lulju 2016</DATE>, Friends of the Irish Environment kitbet lis-Central Office of the High Court (ir-Reġistru tal-Qorti Għolja, l-Irlanda), li l-amministrazzjoni tiegħu hija fdata lil reġistratur nnominat mill-Courts Service of Ireland (id-Dipartiment Amministrattiv għall-Qrati tal-Irlanda) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Dipartiment Amministrattiv għall-Qrati<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), sabiex titlob kopja tat-talbiet, affidavits, provi u sottomissjonijiet bil-miktub ippreżentati mill-partijiet kollha, kif ukoll id-digrieti definittivi fl-imsemmija kawża. Dik it-talba saret skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u d-Direttiva 2003/4, trasposti mir-regoli nazzjonali Irlandiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Id-Dipartiment Amministrattiv għall-Qrati ċaħad it-talba tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE>. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata b’mod partikolari fuq il-fatt li r-regoli nazzjonali Irlandiżi ma kinux ikopru l-proċeduri ġudizzjarji u lanqas id-dokumenti prodotti f’tali proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali talbet li d-Dipartiment Amministrattiv għall-Qrati jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu. Peress li ma rċevietx risposta, hija ppreżentat, fil‑<DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, appell quddiem il-Kummissarju għat-Tagħrif Ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20170619">19 ta’ Ġunju 2017</DATE>, il-Kummissarju għat-Tagħrif Ambjentali kiteb lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali li kienet diġà ngħatat deċiżjoni f’kawża simili, il-Kawża CEI/15/0008, An Taisce &amp; The Courts Service. Filwaqt li enfasizza li kull kull kawża tiġi eżaminata fuq il-mertu, huwa talab lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali sabiex tidentifika kwalunkwe raġuni li tiġġustifika deċiżjoni differenti fir-rigward tat-talba tagħha għall-aċċess għall-proċess ġudizzjarju fil-kawża bejn X &amp; Y u An Bord Pleanala.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tas‑<DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali indikat li hija xtaqet tadotta l-motivi mressqa fir-rikors tagħha u dawk ta’ An Taisce fl-ewwel kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20170731">31 ta’ Lulju 2017</DATE>, il-Kummissarju għat-Tagħrif Ambjentali ċaħad dan l-appell. Huwa qies li d-Dipartiment Amministrattiv għall-Qrati kien iżomm l-proċessi mitluba fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji, f’isem l-awtorità ġudizzjarja. Huwa qies ukoll li d-Dipartiment Amministrattiv għall-Qrati, meta jaġixxi fl-eżerċizzju ta’ tali setgħat, ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-regoli nazzjonali Irlandiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kkontestat din id-deċiżjoni quddiem il-High Court (il-Qorti Għolja), billi sostniet, essenzjalment, li d-deroga favur korpi jew istituzzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>meta jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, prevista fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 u trasposta fl-Artikolu 3(2) tar-regoli nazzjonali Irlandiżi, ma tkoprix il-proċessi ta’ kawżi magħluqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li kellha dubji dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4, il-High Court (il-Qorti Għolja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-kontroll tal-aċċess għall-fajls ġudizzjarji relatati ma’ proċeduri li fihom ingħatat deċiżjoni definittiva, it-terminu għall-preżentata ta’ appell skada u l-ebda appell jew applikazzjoni oħra ma hija<?PAGE NO="7"?> pendenti, iżda fejn applikazzjonijiet oħra f’ċirkustanzi speċifiċi għadhom possibbli, jikkostitwixxi eżerċizzju ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva [2003/4]?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-fakultà li hija tagħti lill-Istati Membri li ma jikkunsidrawx bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens ta’ din id-direttiva, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>korpi jew istituzzjonijiet meta jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, tista’ tiġi eżerċitata biss sakemm ikun ikkonċernat tagħrif li jinsab fil-proċessi ta’ proċeduri ġudizzjarji pendenti, bl-esklużjoni tal-proċeduri magħluqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li huwa neċessarju, qabel kollox, li jiġi ddeterminat jekk il-qrati u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt il-kontroll tagħhom jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4, u, għaldaqstant, jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, meta aderixxiet mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tiżgura, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, aċċess fil-prinċipju għat-tagħrif ambjentali miżmum mill-awtoritajiet pubbliċi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Bl-adozzjoni tad-Direttiva 2003/4, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiżgura l-kompatibbiltà tad-dritt tal-Unjoni ma’ din il-konvenzjoni bil-ħsieb tal-konklużjoni tagħha mill-Komunità billi ppreveda sistema ġenerali li biha jiġi żgurat li kull persuna fiżika jew ġuridika ta’ Stat Membru jkollha dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali miżmum mill-awtoritajiet pubbliċi jew miżmum għalihom mingħajr ma din il-persuna jkollha għalfejn tiddikjara interess (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi enfasizzat li d-dritt ta’ aċċess ggarantit mid-Direttiva 2003/4 japplika biss sa fejn it-tagħrif mitlub ikun jissodisfa r-rekwiżiti dwar l-aċċess pubbliku previsti minn din id-direttiva, u dan jippreżumi b’mod partikolari li dan it-tagħrif jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>tagħrif ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan f’dak li jirrigwarda t-tilwima fil-kawża prinċipali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, kemm mir-rekwiżiti tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mill-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li l-kliem ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandu normalment jingħata, fl-Unjoni Ewropea kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi stabbilita billi jitqies il-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u l-għan li jrid jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210120">20 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Land Baden-Württemberg (Komunikazzjonijiet interni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑619/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:35">EU:C:2021:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Wara li saru dawn l-osservazzjonijiet introduttorji, għandu jiġi osservat li, skont id-definizzjoni mogħtija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4, huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, suġġetti, inkwantu tali, għall-obbligu li jagħtu aċċess lill-pubbliku għat-tagħrif ambjentali li huma jżommu, il-korpi u l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt<?PAGE NO="8"?> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>l-amministrazzjoni governattiva jew amministrazzjoni oħra pubblika, inklużi l-korpi pubbliċi konsultattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kif ukoll il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jeżerċitaw, taħt id-dritt nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skond il-liġijiet nazzjonali, inklużi d-dmiritjiet, l-attivitajiet jew is-servizzi speċifiċi fejn jidħol l-ambjent;<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Skont il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, huma wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>li jkollhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi, jew li jipprovdu servizzi pubbliċi, li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent taħt il-kontroll ta’ korp jew persuna li jidħlu fil-(a) jew fil-(b)<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 għandha, min-naħa tagħha, l-għan li tippermetti lill-Istati Membri, b’mod partikolari, li jistabbilixxu r-regoli xierqa sabiex jiżguraw l-iżvolġiment tajjeb tal-proċeduri ġudizzjarji billi jagħtuhom il-possibbiltà li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva korpi jew istituzzjonijiet li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva meta jaġixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jeskludu dawn il-korpi jew istituzzjonijiet mid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> li tinsab fl-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu 2(2), jekk, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-direttiva, id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom ma kinux jipprevedu proċedura ta’ rikors, fis-sens tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva. It-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4, intiża sabiex tirregola l-każ partikolari ta’ ċerti awtoritajiet nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħhom ma setgħux jiġu kkontestati b’mod konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva fid-data tal-adozzjoni tagħha, madankollu la għandha l-għan u lanqas l-effett li tillimita l-fakultà tal-Istati Membri li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva l-korpi jew l-istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat leġiżlattivi jew ġudizzjarji, li hija barra minn hekk prevista mingħajr ebda restrizzjoni mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus innifisha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4, meħud fl-intier tiegħu, jirriżulta li l-fakultà mogħtija lill-Istati Membri li jeskludu mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> l-korpi jew l-istituzzjonijiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, prevista fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, li għandha tiġi interpretata b’mod funzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tista’ tikkonċerna biss il-korpi jew l-istituzzjonijiet li jissodisfaw id-definizzjoni istituzzjonali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> mogħtija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva. L-osservanza ta’ din id-definizzjoni tikkostitwixxi fil-fatt prerekwiżit indispensabbli għall-użu tal-fakultà ta’ deroga prevista fl-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, kemm mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus innifisha kif ukoll mid-Direttiva 2003/4, li għandha l-għan li timplimenta din il-konvenzjoni fid-dritt tal-Unjoni, jirriżulta li, bir-riferiment għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, l-awturi tagħhom ma kellhomx l-intenzjoni li jindikaw l-awtoritajiet ġudizzjarji, b’mod partikolari l-qrati, iżda, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, biss l-awtoritajiet amministrattivi peress li, fi ħdan l-Istati, huma dawn li normalment ikun mitluba, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, iżommu tagħrif ambjentali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qrati, b’mod ċar, la jagħmlu parti mill-gvern u lanqas mill-amministrazzjonijiet pubbliċi l-oħra msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4. Huma lanqas ma jistgħu jiġu assimilati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jwettqu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skond il-liġijiet nazzjonali, inklużi d-dmiritjiet, l-attivitajiet jew is-servizzi speċifiċi fejn jidħol l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, li jindika l-korpi jew l-istituzzjonijiet li, għalkemm ma jagħmlux parti mill-gvern jew l-amministrazzjonijiet pubbliċi l-oħra msemmija f’din l-ewwel dispożizzjoni, jeżerċitaw funzjonijiet li jaqgħu taħt is-setgħa eżekuttiva jew li jikkontribwixxu għall-eżerċizzju ta’ dan tal-aħħar u li jkunu marbuta mal-ambjent. Fir-rigward tal-punt (ċ) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmija direttiva, dan jikkonċerna biss il-persuni jew il-korpi li jaġixxu taħt il-kontroll ta’ wieħed mill-korpi jew ta’ waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(2) tagħha u li għandhom responsabbiltajiet jew funzjonijiet pubbliċi relatati mal-ambjent, b’tali mod li la jista’ jinkludi l-qrati u lanqas, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi suġġetti għall-kontroll tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-għan imfittex mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-adozzjoni tad-Direttiva 2003/4, moqrija fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessa 1 u mill-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, din hija intiża sabiex tippromwovi aċċess ikbar tal-pubbliku għat-tagħrif ambjentali u parteċipazzjoni iktar effettiva mill-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet f’dan il-qasam, bil-għan li jittieħdu deċiżjonijiet aħjar u li jiġu applikati b’mod iktar effikaċi kif ukoll, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex tippromwovi t-titjib tal-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm l-implimentazzjoni ta’ dan l-għan timplika li l-awtoritajiet amministrattivi jagħtu aċċess lill-pubbliku għat-tagħrif ambjentali fil-pussess tagħhom, sabiex jagħtu rendikont tad-deċiżjonijiet li huma jieħdu f’dan il-qasam u jassoċjaw liċ-ċittadini fl-adozzjoni tagħhom, dan ma japplikax għan-noti u għall-atti l-oħra inklużi fil-proċessi ta’ proċeduri ġudizzjarji fil-qasam tal-ambjent, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jippromwovi l-informazzjoni lill-pubbliku fil-qasam ġudizzjarju u l-parteċipazzjoni tiegħu fit-teħid ta’ deċiżjoni f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, bl-adozzjoni tad-Direttiva 2003/4, il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa inkunsiderazzjoni d-diversità tar-regoli eżistenti fl-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-aċċess taċ-ċittadini għat-tagħrif li jinsab fil-proċess ġudizzjarji, kif juru l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) u l-punt (ċ) tal-Artikolu 4(2) ta’ din id-direttiva, li jagħtu rispettivament lill-Istati Membri, minn naħa, il-possibbiltà li jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva l-korpi jew l-istituzzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> li, bħal ċerti awtoritajiet amministrattivi indipendenti, jistgħu okkażjonalment jiġu mitluba jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji mingħajr ma għandhom, huma nfushom in-natura ta’ qrati (ara, b’analoġija, fir-rigward ta’ ministeru mitlub jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat leġiżlattivi mingħajr ma, huwa nnifsu, jagħmel parti mill-poter leġiżlattiv, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u, min-naħa l-oħra, il-fakultà li jidderogaw mill-prinċipju tal-aċċess taċ-ċittadini għat-tagħrif ambjentali miżmum mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> meta l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif ikollu mnejn jaffettwa b’mod negattiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>il-kors tal-ġusizzja, l-abbiltà ta’ kull persuna li tirċievi proċess ġudizzjarju ġust jew l-abbiltà ta’ awtorità pubblika li tmexxi investigazzjoni ta’ natura kriminali jew dixxiplinarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4, dan jikkonċerna biss l-aċċess għall-ġustizzja taċ-ċittadini li jixtiequ jinvokaw id-drittijiet li huma għandhom taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar, li jagħtuhom b’mod partikolari l-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali li jista’ jiġi invokat kontrihom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fl-assenza ta’ riferiment espliċitu f’dan is-sens fid-Direttiva 2003/4, il-qrati u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma taħt il-kontroll tagħhom ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, huma ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva u, għalhekk, ma humiex suġġetti għall-obbligu previst minn din tal-aħħar li jagħtu aċċess lill-pubbliku għat-tagħrif ambjentali fil-pussess tagħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huma l-Istati Membri li għandhom jipprevedu, jekk ikun il-każ, dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif inkluż fil-proċessi ġudizzjarji u li jiddefinixxu l-modalitajiet tal-eżerċizzju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, kuntrarjament għal dak li ġie allegat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma hemmx lok li wieħed jistaqsi dwar jekk l-istħarriġ tal-aċċess għall-proċessi ġudizzjarji jaqax taħt l-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji, fis-sens tal-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4, u lanqas ma hemm lok li ssir distinzjoni skont jekk il-proċessi li jinkludu t-tagħrif mitlub humiex relatati ma’ proċeduri pendenti jew magħluqa, jew jekk jirrigwardawx proċeduri li jistgħu jinfetħu mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, is-soluzzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Flachglas Torgau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑204/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:71">EU:C:2012:71</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ma tistax twassal, b’analoġija, għal konklużjoni differenti peress li l-kawża li tat lok għal din is-sentenza kienet tirrigwarda l-aċċess għal tagħrif miżmum minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4. Dan lanqas ma huwa l-każ fir-rigward tas-soluzzjoni adottata fis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, L-<NAME.CASE>Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/07 P, C‑528/07 P, C‑532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170718">18 ta’ Lulju 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Breyer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑213/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:563">EU:C:2017:563</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kienu jirrigwardaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti marbuta ma’ proċeduri quddiem il-qrati tal-Unjoni, peress li tali aċċess huwa rregolat minn dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li l-kontenut tagħhom huwa kunsiderevolment differenti minn dak tad-dispożizzjonijiet li l-interpretazzjoni tagħhom hija inkwistjoni f’din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li t-tilwima fil-kawża prinċipali tirrigwarda t-talba għal aċċess minn organizzazzjoni mhux governattiva, Friends of the Irish Environment, għat-tagħrif ambjentali li jinsab fil-proċess ġudizzjarju relatat ma’ proċedura magħluqa, peress li dan il-proċess huwa, fid-data ta’ din it-talba, miżmum mid-Dipartiment Amministrattiv għall-Qrati. Skont l-osservazzjonijiet li ppreżenta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-organu huwa inkarigat bil-ħażna, bl-arkivjar u bil-ġestjoni tal-proċessi ġudizzjarji, f’isem u taħt il-kontroll tal-qorti kkonċernata. Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet magħmula fil-punti 30 sa 40 ta’ din is-sentenza, jekk l-imsemmi organu għandux jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>awtorità pubblika<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4, f’liema każ l-aċċess għat-tagħrif ambjentali li jinsab fil-proċessi fil-pussess tiegħu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, jew jekk, minħabba l-fatt li huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-qrati Irlandiżi, li huwa jinsab taħt il-kontroll tagħhom, hemm lok li jitqies li huwa jikkostitwixxi, bħal dawn il-qrati, awtorità ġudizzjarja, li, bil-kontra, joħorġu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jirregolax l-aċċess għat-tagħrif ambjentali inkluż fil-proċessi ġudizzjarji, peress li la l-qrati, u lanqas il-korpi jew l-istituzzjonijiet taħt il-kontroll tagħhom u li għalhekk għandhom rabtiet mill-qrib ma’ dawn tal-aħħar, ma jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20030128">28 ta’ Jannar 2003</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jirregolax l-aċċess għat-tagħrif ambjentali inkluż fil-proċessi ġudizzjarji, peress li la l-qrati, u lanqas il-korpi jew l-istituzzjonijiet taħt il-kontroll tagħhom u li għalhekk għandhom rabtiet mill-qrib ma’ dawn tal-aħħar, ma jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>awtoritajiet pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>