|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4454 |
20.8.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/4454)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Alsace grand cru Wineck-Schlossberg”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0633-AM03 — 26.5.2026
1. Isem il-prodott
Alsace grand cru Wineck-Schlossberg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għall-Qasam Agroalimentari u għas-Sovranità tal-Ikel, id-Direttorat Ġenerali għall-Prestazzjoni Ekonomika u Ambjentali tal-Intrapriżi.
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard skont id-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
L-applikazzjoni għal emenda ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni, jiġifieri:
|
(a) |
ma tinkludix tibdil fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew fil-prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika; |
|
(b) |
ma tirriskjax li tħassar ir-rabta mal-ambjent ġeografiku; |
|
(c) |
ma tinvolvix restrizzjonijiet ġodda fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li t-talba hija għal emenda “standard”. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Tipi ta’ prodotti
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima III tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, it-test ġie emendat biex jiġi indikat li d-denominazzjoni Alsace grand cru Vorbourg ma għadiex denominazzjoni esklużivament riżervata għall-inbejjed bojod mhux spumanti, wara l-istruzzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor spumanti fil-livell nazzjonali għal din id-denominazzjoni ta’ oriġini.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Żona ġeografika
Deskrizzjoni
Fit-Taqsima IV(1) tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ir-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali ġiet aġġornata għas-sena 2025. Din l-emenda ma tibdilx il-perimetru taż-żona ġeografika.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Żona tal-irqajja’ tal-art demarkata
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu 1, it-Taqsima IV, il-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ġiet miżjuda d-data tal-25 ta’ Ġunju 2024.
Iż-żona tal-irqajja’ tal-art demarkata tiddefinixxi dawk l-irqajja’ tal-art tajbin għall-produzzjoni tal-għeneb iddestinat għall-produzzjoni tal-inbid tad-denominazzjoni.
Din iż-żona hija approvata mill-kumitat nazzjonali kompetenti tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Żona fil-viċinanza immedjata
Deskrizzjoni
Fit-Taqsima IV(3) tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, ir-referenza għall-kodiċi ġeografiku uffiċjali ġiet aġġornata għas-sena 2025. Din l-emenda ma tibdilx il-perimetru taż-żona fil-viċinanza immedjata, iżda tinvolvi l-aġġornamenti li ġejjin tal-lista tal-ismijiet tal-muniċipalitajiet:
|
— |
għad-dipartiment ta’ Haut-Rhin, l-ismijiet tal-muniċipalitajiet ta’ “Herrlisheim” u “Soultz” huma sostitwiti b’“Herrlisheim-près-Colmar” u “Soultz-Haut-Rhin” rispettivament. |
|
— |
għad-dipartiment ta’ Bas-Rhin:
|
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Densità tat-tħawwil
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għall-produzzjoni ta’ nbid aħmar, fl-ewwel paragrafu wara Alsace grand cru Hengst ġie miżjud il-kliem “jew Alsace grand cru Vorbourg” wara l-istruzzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor spumanti fil-livell nazzjonali għal din id-denominazzjoni.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Regola taż-żbir
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VI, il-punt 1(b) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, għall-produzzjoni tal-inbejjed ħomor, id-dwieli jinżabru bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 14-il għajn għal kull pjanta.
L-istruzzjoni tal-applikazzjoni għar-rikonoxximent għad-denominazzjoni ta’ oriġini Alsace grand cru Vorbourg tal-inbejjed ħomor twassal għal din l-emenda.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Maturazzjoni tal-għeneb u qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima VII, il-punt 2(a) tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, it-tabella ġiet emendata biex titqies l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor mhux spumanti li saret fil-livell nazzjonali għad-denominazzjoni Alsace grand cru Vorbourg.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Ħin minimu ta’ tqaddim
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 2 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-ħin minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed bojod u ħomor ġie emendat u stabbilit sal-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Dispożizzjonijiet għall-imballaġġ
Deskrizzjoni
It-Taqsima IX(3)(a) tal-Kapitolu 1 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet sostitwita bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
“a) - |
L-inbejjed bid-denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata msemmija f’din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandu jsirilhom imballaġġ fi fliexken tat-tip ‘Vin du Rhin’ li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ewropea u d-Digriet Nru 55–673 tal-20 ta’ Mejju 1955, l-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u d-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, jew fi fliexken bil-karatteristiċi li ġejjin: Għall-kontenituri ta’ 300 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
Għall-kontenituri ta’ 150 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
Għall-kontenituri ta’ 100 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
Għall-kontenituri ta’ 75 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
Għall-kontenituri ta’ 50 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
Għall-kontenituri ta’ 37,5 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
Għall-kontenituri ta’ inqas minn 37,5 cl: struttura dritta, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Data tal-introduzzjoni fis-suq għall-konsumatur
Deskrizzjoni
Fil-Kapitolu I, it-Taqsima IX, il-punt 5, ġie indikat li wara li jintemm il-perjodu ta’ tqaddim, l-inbejjed bojod u ħomor jistgħu jiġu introdotti fis-suq għall-konsumatur biss mill-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad, b’konsistenza mal-emenda tal-ħin ta’ tqaddim.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Rabta maż-żona ġeografika
Deskrizzjoni
Wara r-rikonoxximent tal-inbejjed ħomor mhux spumanti għad-denominazzjoni Alsace grand cru Vorbourg, ġew issupplimentati t-taqsimiet dwar il-fatturi umani li jikkontribwixxu għar-rabta maż-żona ġeografika, il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti u l-interazzjonijiet kawżali għal din id-denominazzjoni.
Għad-denominazzjonijiet Alsace grand cru Hengst u Alsace grand cru Kirchberg de Barr, l-indikazzjoni tal-ħin minimu ta’ tqaddim għall-inbejjed ħomor inbidlet minn 10 xhur għal 11-il xahar.
Għal kull waħda mill-ħamsin Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Alsace grand cru, fit-Taqsima X(5)(b)(1) tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-kliem “huwa obbligatorju għal” ġie sostitwit b’“jintuża tradizzjonalment għal” sabiex jitqiesu l-bidliet fl-imballaġġ (tipi awtorizzati ta’ fliexken).
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Miżuri tranżizzjonali
Deskrizzjoni
Fit-Taqsima XI(2) tal-Kapitolu I:
|
— |
l-aħħar paragrafu ġie sostitwit bid-dispożizzjonijiet li ġejjin: “Skont ir-regoli taż-żbir, id-dwieli jkomplu jgawdu, għall-ħsad tagħhom, id-dritt għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata sakemm jinqalgħu mill-għeruq u mhux iktar tard mill-ħsad tal-2033 inkluż. Skont ir-regoli tad-densità tat-tħawwil u tat-tħarriġ mal-kannizzati, id-dwieli jibqgħu intitolati għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kontrollata, għall-ħsad tagħhom, sakemm jinqalgħu mill-għeruq.”; |
|
— |
jiżdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin: “Għall-irqajja’ kkonċernati, il-volum eliġibbli għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata huwa stabbilit abbażi tar-rendiment imsemmi tal-Kapitolu VIII(1) ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, immultiplikat b’koeffiċjent ta’ 0,8.”. |
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
Titolu
Korp ta’ spezzjoni
Deskrizzjoni
It-Taqsima II tal-Kapitolu III tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata biex tissemma l-awtorità ta’ spezzjoni u biex jiġu rispettati r-regoli ta’ tfassil il-ġodda għal dan il-paragrafu.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbejjed
“Alsace grand cru Wineck-Schlossberg”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-FR-A0633-AM03 — 26.5.2026
1. Isem/Ismijiet
Alsace grand cru Wineck-Schlossberg
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Franza
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 - Inbejjed ta’ għeneb frisk, inklużi inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fl-Anness VII, il-Parti II, tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Prodott tad-dwieli
Inbejjed bojod
Karatteristiċi organolettiċi
Dawn l-inbejjed għandhom kulur qawwi li jvarja għal isfar dehbi.
L-inbejjed għandhom qawwa aromatika qawwija b’diversi sfumaturi.
L-inbejjed bojod għat-tqaddim per eċċellenza huma kkaratterizzati minn freskezza evidenti bbażata fuq aċidità tartarika dominanti relatata mal-maturità tajba tal-għeneb.
L-inbejjed ikollhom sustanza u kumplessità kbira. B’togħma li ddum tintiegħem, isiru iktar kumplessi biż-żmien.
It-tipi differenti huma:
|
— |
l-inbejjed xotti, minerali; |
|
— |
l-inbejjed aromatiċi, b’noti ta’ frott, densi, rikki. |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
- |
|
Aċidità totali minima: |
- |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
- |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 12,5 % għall-Gewurztraminer Rs u għall-Pinot Gris G u ta’ 11 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra. Wara li jiġu mqawwijin, l-inbejjed ma jkollhomx qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ aktar minn 15 % għall-inbejjed miksubin mill-varjetajiet tad-dwieli Gewurztraminer B u Pinot Gris G u 14 % għall-inbejjed miksubin mill-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Denominazzjoni supplimentata bit-terminu “Vendanges Tardives”
Karatteristiċi organolettiċi
Dawn l-inbejjed ikollhom kulur qawwi li jvarja għal isfar fl-ambra.
L-inbejjed bit-terminu “vendanges tardives” spiss ikollhom aromi eżotiċi ħafna ta’ frott ippreservat.
L-inbejjed ikollhom finitura friska. Ikollhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
- |
|
Aċidità totali minima: |
- |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
- |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 16 % għall-Gewurztraminer Rs u għall-Pinot Gris G u ta’ 14,5 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
Prodott tad-dwieli
Denominazzjoni ssupplimentata bit-terminu “Sélection de grains nobles”
Karatteristiċi organolettiċi
Dawn l-inbejjed ikollhom kulur qawwi li jvarja għal isfar fl-ambra.
L-inbejjed spiss ikollhom aromi ta’ pejst tal-frott.
L-inbejjed bit-terminu “sélection de grains nobles” huma nbejjed iktar ikkonċentrati u qawwijin.
Ikollhom konċentrazzjoni notevoli u persistenza aromatika kbira.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
-
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
- |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
- |
|
Aċidità totali minima: |
- |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
- |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
- |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-inbejjed hija ta’ 18,2 % għall-Gewurztraminer Rs u għall-Pinot Gris G u ta’ 16,4 % għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Metodi tat-tkabbir: densità tat-tħawwil
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 500 pjanta għal kull ettaru. Dawn id-dwieli ma jistax ikollhom distanza bejn il-flanni ta’ iktar minn 2 metri. Id-dwieli jkollhom distanza bejn il-flanni ta’ mill-inqas 0,75 metri u ta’ mhux iktar minn 1,50 metru. Mill-25 ta’ Ottubru 2011, il-qlugħ mill-għeruq tal-flanni f’roqgħa art ma jistax jirriżulta fi spazju ta’ iktar minn 3 metri bejn il-flanni l-iktar wisgħin.
Metodi tat-tkabbir: regola taż-żbir
Prattika tal-kultivazzjoni
Id-dwieli jinżabru qosra bil-metodu Guyot sempliċi jew doppju b’massimu ta’ 18-il għajn għal kull pjanta.
Ħsad
Prattika tal-kultivazzjoni
L-inbejjed jinkisbu minn għeneb maħsud bl-idejn.
Żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum
Prattika enoloġika speċifika
Iż-żieda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum medja ma tistax taqbeż: 0,5 % vol. għall-inbejjed miksubin mill-varjetajiet Gewurztraminer B u Pinot Gris G, 1,5 % vol. għall-inbejjed miksubin minn varjetajiet oħra. L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mit-termini “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” ma jiġux imqawwijin.
Produzzjoni tal-inbid
Restrizzjoni applikabbli għall-produzzjoni tal-inbid
L-użu tal-laqx tal-injam huwa pprojbit.
Tqaddim tal-inbejjed
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed jitqaddmu mill-inqas sal-1 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara dik tal-ħsad. L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mit-termini “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” jiġu mqaddma mill-inqas sal-1 ta’ Ġunju tat-tieni sena ta’ wara dik tal-ħsad.
7.2. Rendimenti massimi
Denominazzjoni supplimentata bit-terminu “vendanges tardives” jew le
|
Rendiment massimu: |
60 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitru għal kull ettaru |
Denominazzjoni supplimentata bit-terminu “sélection de grains nobles”
|
Rendiment massimu: |
48 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
ettolitru għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Gewurztraminer Rs |
|
— |
Muscat Ottonel B - Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato |
|
— |
Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato |
|
— |
Pinot gris G |
|
— |
Riesling B |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2025:
|
— |
Id-dipartiment ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Ammerschwihr, Beblenheim, Bennwihr, Bergheim, Bergholtz, Eguisheim, Gueberschwihr, Guebwiller, Hattstatt, Hunawihr, Ingersheim, Katzenthal, Mittelwihr, Niedermorschwihr, Orschwihr, Pfaffenheim, Ribeauvillé, Riquewihr, Rodern, Rouffach, Saint-Hippolyte, Soultzmatt, Thann, Turckheim, Vieux-Thann, Voegtlinshoffen, Westhalten, Wettolsheim, Wintzenheim, Wuenheim, Zellenberg. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalitajiet delegati ta’ Kientzheim u ta’ Sigolsheim biss. |
|
— |
Id-dipartiment ta’ Bas-Rhin: Andlau, Barr, Bergbieten, Blienschwiller, Dahlenheim, Dambach-la-Ville, Eichhoffen, Kintzheim, Marlenheim, Mittelbergheim, Molsheim, Nothalten, Scharrachbergheim-Irmstett, Wolxheim. |
Il-kunsill lokali tal-muniċipalitajiet li jinsabu parzjalment fit-territorju għandhom mappa li tidentifika l-limiti taż-żona ġeografika.
Il-mapep li jirrappreżentaw iż-żona ġeografika huma disponibbli fis-sit web tal-INAO.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Alsace grand cru Wineck-Schlossberg hija bbażata fuq il-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli li jikkaratterizzaw il-vinji ta’ Alsace, u tisfrutta wieħed mill-aqwa postijiet tar-reġjun. Mistura fil-pajsaġġ pittoresk ta’ Alsace, il-vinja tippermetti l-produzzjoni ta’ nbejjed b’espressjoni kbira, b’karattru evidenti u b’personalità unika. Il-ġeografija kennija li tipproteġi l-grand cru, u l-ħamrija tal-granit tagħha, jagħtu mineralità fina lill-inbid; l-inbid jista’ jiġi prodott ta’ età żgħira ħafna, iżda għandu wkoll potenzjal ta’ tqaddim ta’ madwar 10 snin. Skont il-varjetà tad-dwieli, l-inbid jista’ jkun xott, minerali u kumpless, jew iktar aromatiku, b’noti ta’ frott, dens u rikk. Il-kundizzjonijiet tat-temp eċċellenti fl-aħħar tal-istaġun li jiffavorixxi l-konċentrazzjoni tal-għeneb fuq id-dielja u l-iżvilupp tat-taħsir nobbli jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed. It-tqaddim previst fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jgħin biex l-inbejjed jitjiebu. Bl-adozzjoni ta’ regoli ta’ produzzjoni stretti, bħaż-żamma ta’ erja kbira tal-weraq u l-ħsad bl-idejn, il-produtturi tal-inbid ta’ Alsace jippreservaw il-karattru distintiv tal-inbejjed, li huma magħrufa għall-kumplessità tagħhom u għall-kapaċità ta’ konservazzjoni fit-tul tagħhom. Dawn l-inbejjed huma l-aqwa fost dawk prodotti f’dan ir-reġjun. Huma apprezzati iktar mill-inbejjed tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Alsace.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, definita b’deroga għall-vinifikazzjoni, għall-produzzjoni u għat-tqaddim tal-inbejjed, hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2025:
|
— |
Id-dipartiment ta’ Haut-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Bergholtz-Zell, Berrwiller, Buhl, Cernay, Colmar, Gundolsheim, Hartmannswiller, Herrlisheim-près-Colmar, Houssen, Husseren-les-Châteaux, Jungholtz, Leimbach, Obermorschwihr, Osenbach, Ostheim, Rorschwihr, Soultz-Haut-Rhin, Steinbach, Uffholtz, Walbach, Wattwiller, Wihr-au-Val, Zimmerbach. Parti mill-muniċipalità ta’: Kaysersberg Vignoble għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Kayserberg biss. |
|
— |
Id-dipartiment ta’ Bas-Rhin: Il-muniċipalitajiet sħaħ ta’: Albé, Avolsheim, Balbronn, Bernardswiller, Bernardvillé, Bischoffsheim, Boersch, Bourgheim, Châtenois, Cleebourg, Dachstein, Dangolsheim, Dieffenthal, Dorlisheim, Epfig, Ergersheim, Ernolsheim-Bruche, Fessenheim-le-Bas, Flexbourg, Furdenheim, Gertwiller, Gimbrett (municipalità assoċjata, annessa ma’ Berstett), Goxwiller, Heiligenstein, Itterswiller, Kienheim, Kirchheim, Kuttolsheim, Mutzig, Nordheim, Oberhoffen-les-Wissenbourg, Obernai, Odratzheim, Orschwiller, Osthoffen, Ottrott, Petersbach, Reichsfeld, Riedseltz, Rosenwiller, Rosheim, Rott, Saint-Nabor, Saint-Pierre, Scherwiller, Seebach, Soultz-les-Bains, Steinseltz, Stotzheim, Strażburgu, Traenheim, Villé, Wangen, Westhoffen, Wissembourg, Zellwiller. Parti mill-muniċipalità ta’: Wingersheim les Quatre Bans għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Mittelhausen biss. |
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Imballaġġ fiż-żona
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Mil-Liġi tal-5 ta’ Lulju 1972, l-inbejjed iridu jiġu bbottiljati fid-dipartimenti ta’ Bas-Rhin u Haut-Rhin u l-imballaġġ irid isir fi fliexken tat-tip “Vin du Rhin” li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Nru 55.673 tal-20 ta’ Mejju 1955, tal-Ordni tat-13 ta’ Mejju 1959 u tad-Digriet tad-19 ta’ Marzu 1963, jew fi fliexken bil-karatteristiċi li ġejjin:
Għall-kontenituri ta’ 300 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-bażi inkluż bejn 4,3 u 5,0 |
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-parti ċilindrika inkluż bejn 2,4 u 3,1 |
Għall-kontenituri ta’ 150 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-bażi inkluż bejn 4,8 u 5,2 |
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-parti ċilindrika inkluż bejn 2,1 u 3,1 |
Għall-kontenituri ta’ 100 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-bażi inkluż bejn 3,6 u 5,0 |
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-parti ċilindrika inkluż bejn 2,1 u 3,1 |
Għall-kontenituri ta’ 75 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-bażi inkluż bejn 3,8 u 5,1 |
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-parti ċilindrika inkluż bejn 2,8 u 5,0 |
Għall-kontenituri ta’ 50 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-bażi inkluż bejn 4,3 u 5,1 |
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-parti ċilindrika inkluż bejn 2,5 u 4,2 |
Għall-kontenituri ta’ 37,5 cl: struttura dritta tal-ħġieġ, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-bażi inkluż bejn 4,3 u 5,1 |
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-parti ċilindrika inkluż bejn 2,5 u 5,2 |
Għall-kontenituri ta’ inqas minn 37,5 cl: struttura dritta, b’dehra ċilindrika, b’għonq bi profil tawwali, li l-proporzjonijiet tiegħu ma jaqbżux:
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-bażi inkluż bejn 3,3 u 4,4 |
|
— |
·Għoli totali/dijametru tal-parti ċilindrika inkluż bejn 2,6 u 3,0. |
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Indikazzjoni tal-vendemmja
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-indikazzjoni tal-vendemmja trid tidher flimkien mal-isem tad-denominazzjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-ħsad u tal-ħażniet, fuq id-dokumenti ta’ akkumpanjament, fir-reklami, fuq il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u kwalunkwe kontenitur ieħor.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Isem użat
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jiġi ssupplimentat b’wieħed mill-ismijiet użati, diment li l-inbejjed ikunu miksubin esklużivament minn varjetajiet tad-dwieli li jistgħu jiġu indikati bl-isem ikkonċernat. L-użu ta’ iktar minn żewġ ismijiet fuq l-istess tikketta huwa pprojbit. L-ismijiet użati huma dawn li ġejjin: Gewurztraminer, Muscat, Muscat Ottonel, Pinot gris, Riesling.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Termini tradizzjonali “vendanges tardives” u “sélection de grains nobles”
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-inbejjed li jistgħu jibbenefikaw mit-termini “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles” bilfors irid ikollhom: l-indikazzjoni tal-vendemmja, - u waħda mid-denominazzjonijiet użati.
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
L-inbejjed bojod li għalihom, skont it-termini ta’ din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, tintalab waħda mill-51 Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata Alsace Grand Cru – post imsemmi, bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet “Vendanges Tardives” u “Sélection de Grains nobles”, li huma ppreżentati taħt l-imsemmija denominazzjoni, ma jistgħux jiġu offruti lill-pubbliku, ikkunsinnati, imqiegħda għall-bejgħ jew jinbiegħu, diment li l-kontenut taz-zokkor kif definit mir-regolamenti Ewropej ma jkunx indikat b’mod ċar ħafna fir-reklami, il-prospetti, it-tikketti, il-fatturi u l-kontenituri kollha.
Referenza elettronika għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott (URL)
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-47631e47-a913-4910-9868-ad1c4b70bb3d
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4454/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)