<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-605/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0605</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:150">EU:C:2017:150</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT – KAWŻA C-605/15</P><P>AVIVA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-605/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Minister Finansów</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti amministrattiva suprema, il-Polonja)]</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni dwar il-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni ta’ grupp indipendenti konformement mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal provvisti ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal gruppi transkonfinali</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tal-Istati Membri għall-espansjoni ta’ dispożizzjoni ta’ direttiva b’effett dirett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din it-talba għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Din id-dispożizzjoni tikkonċerna waħda mill-eżenzjonijiet li għadhom ma ġewx iċċarati. Matul l-għexieren ta’ snin li għaddew, kien biss fi tliet każijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat din id-dispożizzjoni u l-kundizzjonijiet ta’applikabbiltà tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890615">15 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Uitvoering Financiële Acties</NAME.CASE> (<NO.CASE>348/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:246">EU:C:1989:246</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, bħalissa hemm erba’ kawżi pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Minbarra l-kawża preżenti, dawn huma l-Kawżi C‑274/15, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, C‑326/15, DNB Banka, u C‑616/15, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja.</P></NOTE>, li jikkonċernaw aspetti differenti ta’ din l-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kawża simili DNB Banka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Referenza tal-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja: C‑326/15.</P></NOTE> tikkonċerna prinċipalment id-definizzjoni ta’ grupp fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT. Min-naħa l-oħra, din il-kawża hija ta’ rilevanza għall-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> (estensjoni anki għall-assigurazzjoni) u territorjali (l-hekk imsejjaħ grupp transkonfinali) tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT u għad-determinazzjoni tal-fatt li ma għandux ikun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, għandha tingħata risposta għall-kwistjoni dwar jekk l-Istat Membru fil-każ preżenti huwiex obbligat jittrasponi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu iktar mis-sempliċi formulazzjoni tal-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fl-Unjoni, tinġabar taxxa fuq il-valur miżjud skont id-Direttiva tal-VAT. L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-VAT jagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT, kull Stat Membru jista’ jikkunsidra bħala persuna taxxabbli waħedha kwalunkwe persuni stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, l-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-VAT it-tranżazzjonijiet segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>il-provvista ta’ servizzi minn gruppi ta’ persuni indipendenti [gruppi indipendenti ta’ persuni], li qed iwettqu attività li hi eżenti mill-VAT jew għaliha mhumiex persuni taxxabbli, għall-finijiet li jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi meħtieġa direttament għall-eżerċizzju ta’ dik l-attività, fejn dawk il-gruppi kemm jitolbu mill-membri tagħhom ħlas lura eżatt tas-sehem tagħhom ta’ l-ispejjeż konġunti, sakemm tali eżenzjoni mhux probabbli li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 131 tad-Direttiva tal-VAT, bħala dispożizzjoni ġenerali, jipprevedi wkoll fir-rigward tal-eżenzjoni msemmija iktar ’il fuq:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-eżenzjonijiet ipprovduti fil-Kapitoli 2 sa 9 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità skond kondizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabilixxu għall-finijiet li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ dawk l-eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT>Id-dritt nazzjonali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-Liġi tal-<DATE ISO="20040311">11 ta’ Marzu 2004</DATE> dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi (verżjoni kkodifikata fil-Ġurnal tal-Liġijiet tar-Repubblika tal-Polonja tal-2011, Nru 177, entrata 1054, kif emendata, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar il-VAT), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Huma eżenti mill-VAT: il-provvista ta’ servizzi pprovduti minn gruppi indipendenti ta’ persuni lill-membri tagħhom, li l-attività tagħhom hija eżenti mit-taxxa jew li fir-rigward tagħha ma humiex persuni taxxabbli, għall-finijiet ta’ provvista ta’ servizzi lill-membri tagħhom li huma direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività li hija eżenti mit-taxxa jew li ma hijiex suġġett għaliha, meta dawn il-gruppi jillimitaw ruħhom li jitolbu mingħand il-membri tagħhom ir-rimbors tal-ispejjeż li jikkorrispondu għas-sehem individwali ta’ kull wieħed minnhom fl-ispejjeż ġenerali sostnuti fl-interess komuni, sakemm din l-eżenzjoni ma tikkawżax effetti ħżiena fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-grupp Aviva (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) jipprovdi servizzi ta’ assigurazzjoni fl-Ewropa, inkluż protezzjoni tal-pensjonijiet. L-attivitajiet prinċipali tal-grupp huma t-tfaddil fit-tul, il-ġestjoni ta’ fondi u l-assigurazzjonijiet. Il-grupp qiegħed jikkunsidra t-twaqqif ta’ serje ta’ ċentri għal servizzi konġunti fi Stati Membri magħżula tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-eżerċizzju ta’ din l-attività fil-forma ta’ Grupp<?PAGE NO="3"?> Ewropew b’Interess Ekonomiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 2137/85 dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 83).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>GEIE<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Il-membri ta’ dan il-GEIE ser ikunu esklużivament kumpanniji fi ħdan il-grupp, li jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni, fosthom Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. ta’ Varsavja (kumpannija tal-assigurazzjoni għall-ħajja Aviva, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Aviva<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Iċ-ċentri għas-servizzi konġunti għandhom jipprovdu s-servizzi direttament neċessarji għall-eżerċizzju tal-attività tal-assigurazzjoni mill-membri tal-grupp (membri tal-GEIE). Dawn jistgħu jkunu, b’mod partikolari, servizzi fil-qasam tar-riżorsi umani, servizzi finanzjarji u servizzi ta’ kontabbiltà, servizzi tal-informatika, servizzi amministrattivi, servizzi tal-klijentela u servizzi fil-qasam tal-iżvilupp ta’ prodotti ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-membri tal-GEIE jridu jeżerċitaw attivitajiet eżentati mit-taxxa jew li ma humiex suġġetti għaliha. Madankollu, teżisti l-possibbiltà li wħud minnhom (fosthom Aviva) jeżerċitaw ukoll attivitajiet taxxabbli bħala attività addizzjonali jew anċillari (pereżempju l-kiri okkażjonali ta’ spazji jew il-provvista’ ta’ servizzi awżiljarji oħra). Is-servizzi tal-GEIE jiġu pprovduti esklużivament lill-kumpanniji fi ħdan il-grupp, li huma residenti fl-Unjoni Ewropea. L-imsemmija attivitajiet, li għandhom jitwettqu mill-GEIE, preżentement jitwettqu minn kumpanniji individwali tal-grupp, li jirrisjedu fi tnax-il pajjiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-qorti tar-rinviju, l-użu tas-servizzi tal-GEIE mill-kumpanniji tal-grupp, fosthom il-kumpanniji residenti l-Polonja, essenzjalment ma jbiddilx il-volum tal-akkwisti ta’ servizzi esterni magħmula fi ħdan il-grupp. Il-GEIE ma huwiex awtorizzat jagħmel profitt mill-attività tiegħu, peress li dan imur kontra l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-GEIE, li skontu l-GEIE ma għandux l-għan li jagħmel profitt għalih stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din is-sitwazzjoni, Aviva talbet lill-ministru tal-finanzi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>awtorità fiskali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) interpretazzjoni bil-miktub rigward il-kwistjoni ta’ jekk l-imsemmija attività tal-GEIE (irrispettivament minn fejn tkun stabbilita fl-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Polonja) hijiex ser tkun eżentata mill-VAT skont il-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-Liġi dwar il-VAT. B’mod partikolari, Aviva xtaqet tkun taf jekk il-membri tal-GEIE residenti l-Polonja, li bħala kumpanniji jeżerċitaw attività ekonomika fil-qasam tal-assigurazzjoni, humiex għalhekk obbligati jikkalkolaw u jiddikjaraw il-VAT dovuta skont il-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni tad-dejn fiskali, għall-ispejjeż li l-GEIE jassenjalhom. Skont Aviva, għandha tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20130314">14 ta’ Marzu 2013</DATE>, li kienet tinkludi interpretazzjoni individwali, l-awtorità fiskali ddikjarat li din il-pożizzjoni hija żbaljata. Hija kkonstatat li l-aħħar kriterju tal-eżenzjoni msemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-Liġi dwar il-VAT, jiġifieri n-nuqqas ta’ effetti ħżiena fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, ma kienx issodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-awtorità fiskali invokat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari s-sentenza Taksatorringen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija kkonstatat li fil-każ preżenti, kien hemm perikolu reali ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Jekk il-GEIE japplika eżenzjoni, huwa jikseb pożizzjoni pprivileġġata fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fir-rikors quddiem il-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Waszawie (qorti amministrattiva tar-reġjun ta’ Varsavja, il-Polonja) (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>qorti tal-prim’istanza<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), Aviva talbet b’suċċess l-annullament tad-deċiżjoni li kien fiha l-interpretazzjoni tal-awtorità fiskali. Skont is-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza tat-<DATE ISO="20131230">30 ta’ Diċembru 2013</DATE>, il-GEIE kien jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni msemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 43(1) tal-Liġi dwar il-VAT. L-awtorità fiskali ppreżentat appell ta’ kassazzjoni kontra s-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT>Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE>, in-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti amministrattiva suprema, il-Polonja) f’Varsavja, li issa hija adita bil-kawża, għamlet id-domandi li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE sabiex tittieħed deċiżjoni preliminari:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dispożizzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-eżenzjoni mill-VAT ta’ gruppi ta’ persuni indipendenti [grupp indipendenti ta’ persuni] li ma tipprevedi ebda kundizzjoni jew proċedura dwar l-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni hija konformi mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT moqri flimkien mal-Artikolu 131 tad-Direttiva tal-VAT, kif ukoll mal-prinċipju ta’ effettività, mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Liema huma l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 li għandhom jiġu applikati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-fatt li s-servizzi huma pprovduti minn gruppi ta’ persuni indipendenti lil membri li huma suġġetti għad-dritt ta’ diversi Stati Membri għandu effett fuq ir-risposta għad-domanda 2?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Aviva, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub dwar dawn id-domandi u, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u tal-Pajjiżi l-Baxxi, ipparteċipaw fis-seduta tas-<DATE ISO="20161207">7 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT>Analiżi legali</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT>Fuq it-tieni u t-tielet domandi</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet domandi jirreferu għall-kriterji tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT u għaldaqstant għandhom jiġu eżaminati flimkien u fl-ewwel lok. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf kif għandhom jiġu interpretati l-kriterji ta’ assenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, meta dan il-grupp jipprovdi servizzi transkonfinali lill-membri tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għandha l-ewwel nett tingħata risposta għad-domanda dwar jekk grupp ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni bħal Aviva jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tad-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 1 hawn taħt). Barra minn hekk, għandu jiġi ċċarat jekk l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT jikkostitwixxix eżenzjoni b’effett transkonfinali (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 2) u kif għandu jiġi interpretat il-kriterju (negattiv) ta’ assenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 3).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT>Fuq il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT>Il-formulazzjoni, is-sens u l-għan</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT tħalli miftuħa l-kwistjoni dwar jekk humiex il-gruppi kollha jew ċerti gruppi biss li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tal-eżenzjoni. Madankollu, tista’ possibbilment tiġi dedotta risposta mis-sens u mill-għan tal-eżenzjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-għan tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, konformement mal-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Mischo<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:562">EU:C:2002:562</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal Begeleidingsorgaan voor de Intercollegiale Toetsing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> stess, huwa s-segwenti: għandu jiġi evitat żvantaġġ kompetittiv lil impriża li, minħabba pereżempju d-daqs tagħha, ikollha tirrikorri għall-provvisti ta’ servizzi, meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta’ impriża li tkun tista’ tipprovdi s-servizzi mill-impjegati stess jew bħala parti minn grupp tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-iżvantaġġ kompetittiv li għandu jiġi kkumpensat mill-eżenzjoni jitnissel kif ġej: min joffri ċerti servizzi eżenti mit-taxxa jrid iħallas il-VAT fuq is-servizzi intermedjarji. Fin-nuqqas ta’ eżenzjoni skont l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, dan ikun ukoll il-każ anki f’ċirkustanzi fejn din l-impriża tkun imġiegħla tikkoopera ma’ professjonisti oħra fi struttura komuni responsabbli għall-attivitajiet neċessarji għall-provvista tal-imsemmija servizzi (eżenti mit-taxxa). Permezz tal-estensjoni tal-eżenzjoni għas-servizzi intermedjarji pprovduti b’mod konġunt, l-eżenzjoni applikabbli għat-tranżazzjoni tal-output tkopri l-istess valur miżjud bħal fil-każ ta’ kompetitur li jwettaq is-servizz intermedjarju permezz tal-impjegati tiegħu stess. Għaldaqstant, il-konsumatur finali jibbenefika mill-eżenzjoni anki meta grupp ta’ impriżi li jkunu qegħdin joperaw b’eżenzjoni tat-taxxa jipprovdi ċerti servizzi intermedjarji li jkunu kkontribwixxew direttament għas-servizz tal-output eżenti li jkun ġie pprovdut lilu. Għall-kuntrarju tal-fehma tal-Kummissjoni espressa fis-seduta, l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT għalhekk ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ newtralità, iżda kuntrarjament jikkumpensa l-iżvantaġġi kompetittivi tal-persuni taxxabbli li jikkondividu r-riżorsi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li l-eżenzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod strett, l-interpretazzjoni għandha madankollu tkun iggwidata mis-sens, mill-iskop u mill-finalità tad-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, <NAME.CASE>PFC Clinic</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑91/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:198">EU:C:2013:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Future Health Technologies</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑86/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:334">EU:C:2010:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070614">14 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Horizon College</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑434/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:343">EU:C:2007:343</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020620">20 ta’ Ġunju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑287/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:388">EU:C:2002:388</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>MDDP</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑319/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:778">EU:C:2013:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Jekk l-għan tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT jikkonsisti fl-estensjoni ta’ eżenzjonijiet oħra, sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar liema gruppi għandhom ikunu kkonċernati minn din id-dispożizzjoni, għandu jsir riferiment għall-finalità tal-attività eżenti mit-taxxa tal-membri tal-grupp li għandha tiġi estiża sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar liema gruppi għandhom ikunu koperti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Is-servizzi tal-assigurazzjoni huma eżenti mill-VAT peress li tali tranżazzjonijiet diġà huma suġġetti għal taxxa fuq l-assigurazzjoni, li għandha tiġi sostnuta anki mill-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990225">25 ta’ Frar 1999</DATE>, <NAME.CASE>CPP</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑349/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:93">EU:C:1999:93</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130117">17 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>BGŻ Leasing</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑224/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:15">EU:C:2013:15</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’dan il-mod, tiġi eliminata kompetizzjoni diretta bejn żewġ tipi ta’ taxxa fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">provvista tas-servizz tal-output</HT>. Sabiex tiġi eliminata sitwazzjoni kompetittiva fuq in-naħa tal-output, ma huwiex essenzjali li tingħata eżenzjoni għall-provvisti tal-input bħalma hija l-provvista ta’ servizz tal-GEIE lil Aviva f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>L-istess japplika għall-eżenzjoni ta’ provvisti ta’ servizzi bankarji. Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-għan tagħhom huwa essenzjalment li jiġu evitati diffikultajiet marbuta mad-determinazzjoni tal-ammont taxxabbli applikabbli u tal-ammont ta’ VAT li għandu jitnaqqas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>Velvet &amp; Steel Immobilien</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑455/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:232">EU:C:2007:232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Skandinaviska Enskilda Banken</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:137">EU:C:2011:137</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140612">12 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Granton Advertising</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑461/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1745">EU:C:2014:1745</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Lanqas dan l-għan ma huwa rilevanti għall-eżenzjoni tas-servizzi intermedjarji, peress li s-servizzi li l-GEIE jipprovdi lil Aviva b’konnessjoni mal-attività tiegħu eżenti mill-VAT ma jikkwalifikawx għal tnaqqis tat-taxxa fuq l-input. Għaldaqstant, il-problema tad-delimitazzjoni ma tqumx fil-każ ineżami.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT>Interpretazzjoni sistematika</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Mil-lat sistematiku, jista’ jiġi kkonstatat li l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ma huwiex dispożizzjoni ġenerali applikabbli għall-eżenzjonijiet fiskali kollha bħalma huwa l-Artikolu 131 tad-Direttiva tal-VAT. L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ma huwiex inkluż taħt id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Disposizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IX (Eżenzjonijiet).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Kuntrarjament, il-leġiżlatur għażel li jqiegħed l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT taħt il-Kapitolu 2 intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. L-eżenzjonijiet koperti mill-Artikolu 132(1) tad-Direttiva tal-VAT huma intiżi li jilliberaw lill-konsumaturi ta’ dawn il-provvisti u ta’ servizzi oħra mill-piż tal-VAT għal raġunijiet ta’ interess pubbliku – kemm minħabba li s-servizzi tipikament ikunu ta’ benefiċċju għal persuni fil-bżonn (pereżempju s-subparagrafu g – assistenza soċjali), jew minħabba li l-ispejjeż tat-trattament mediku essenzjali ma humiex intaxxati (pereżempju s-subparagrafi b u c), jew sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż relatati mal-edukazzjoni tas-soċjetà (pereżempju l-ittri i u j).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-eżenzjonijiet ibbażati fuq l-interess pubbliku, huwa raġonevoli li f’ċerti ċirkustanzi jiġu eżentati wkoll dawk il-provvisti tal-input, li jiġu pprovduti minn grupp ta’ tali kumpanniji fil-kuntest ta’ kooperazzjoni bbażata fuq diviżjoni tax-xogħol, sabiex jaqdu direttament lit-tranżazzjonijiet eżenti. Dan japplika iktar u iktar peress li l-mekkaniżmu tal-grupp VAT (Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT) ser jiġi applikat inqas frekwentement fis-setturi ta’ interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-fehma tal-Kummissjoni, dan lanqas ma huwa prekluż mill-istorja tal-abbozzar tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT. L-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward jirreferu biss għal eżenzjoni għal grupp ta’ tobba proposta mill-Kummissjoni iżda li ġiet abbandunata matul il-proċedura leġiżlattiva,. Il-leġiżlatur laqa’ din il-proposta għall-verżjoni attwali tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT. Madankollu, l-estensjoni ma biddlet xejn il-pożizzjoni sistematika tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT. Din il-pożizzjoni lanqas ma nbidlet permezz tar-riformulazzjoni tas-Sitt Direttiva bħala d-Direttiva tal-VAT fl-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Evidentement, il-leġiżlatur ma riedx ikopri biss gruppi ta’ tobba, iżda wkoll gruppi ta’ istituzzjonijiet edukattivi, eċċ. Madankollu, ma jistax jiġi dedott mill-istorja tal-abbozzar li gruppi ta’ banek jew ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni kellhom jiġu inklużi wkoll. Il-Qorti tal-Ġustizzja stess tikkunsidra li l-pożizzjoni skematika tad-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni hija importanti għall-interpretazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161005">5 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>TMD</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑412/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:738">EU:C:2016:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Kif issostni r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, jidher li sa ftit snin ilu, fi ħdan il-Kummissjoni kienet predominanti wkoll il-fehma li l-leġiżlatur kellu jintroduċi estensjoni korrispondenti għas-settur tal-banek u tal-assigurazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, b’mod partikolari, il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni f’COM(2007) 747 finali, – p. 2, u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-għażla ta’ raggruppament għall-iskop tal-VAT prevista fl-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud f’KUMM(2009) 325 finali – p. 4.</P></NOTE> li, kif ammettiet l-Kummissjoni fis-seduta, ma kinitx aċċettata mill-Kunsill. Fid-dawl tal-pożizzjoni sistematika tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, din id-deċiżjoni tal-leġiżlatur ma tistax tiġi kontradetta permezz ta’ interpretazzjoni estensiva ta’ din id-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Dan japplika iktar u iktar ladarba hija miċħuda interpretazzjoni wiesgħa tad-dispożizzjonijiet għal eżenzjonijiet fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 22 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, huwa l-leġiżlatur Ewropew li għandu jiddeċiedi jekk jixtieqx jestendi din l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 135 tad-Direttiva tal-VAT f’dan is-sens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni lanqas ma hija prekluża bis-sentenza Taksatorringen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, minkejja li din ingħatat fir-rigward ta’ grupp ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni. F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet madankollu biss ikkonċernata bl-interpretazzjoni tal-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet limitata għal din il-kwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). L-istess japplika għas-sentenza tagħha tas-sena 1989 (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890615">15 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Uitvoering Financiële Acties</NAME.CASE>, <NO.CASE>348/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:246">EU:C:1989:246</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha fondazzjoni riedet tinvoka eżenzjoni bħala grupp u l-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat dan għal raġunijiet oħra. Il-fatt dwar jekk fondazzjoni, bħala unità ta’ assi awtonoma, tistax fir-realtà tissejjaħ grupp <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ta’ persuni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> huwa iktar minn dubjuż.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT>Nuqqas ta’ ksur tal-prinċipju ta’ newtralità</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ newtralità fid-dritt dwar il-VAT ma jipprekludix ir-rifjut tal-eżenzjoni għall-gruppi ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni. Minn naħa, il-prinċipju ta’ newtralità jfisser li l-persuna taxxabbli (il-kumpannija), li tassisti lill-kreditur tat-taxxa fl-għamla ta’ persuna li tiġbor it-taxxa, għandha tiġi eżentata mill-VAT definittiva għajr konsum finali privat sa fejn l-attività intraprenditorjali stess (fil-prinċipju) isservi sabiex tiġġenera qligħ taxxabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kittel u Recolta Recycling</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑439/04 u C‑440/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:446">EU:C:2006:446</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070208">8 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Investrand</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑435/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:87">EU:C:2007:87</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>RBS Deutschland Holdings</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑277/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:810">EU:C:2010:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan ma huwiex rilevanti f’dan il-każ. Min-naħa l-oħra, dan il-prinċipju jipprekludi li l-operaturi ekonomiċi li jwettqu l-istess tranżazzjonijiet jiġu ttrattati b’mod differenti fil-kuntest tal-impożizzjoni tal-VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990907">7 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Gregg</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑216/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:390">EU:C:1999:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081016">16 ta’ Ottubru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Canterbury Hockey Club u Canterbury Ladies Hockey Club</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑253/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:571">EU:C:2008:571</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980611">11 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Fischer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑283/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:276">EU:C:1998:276</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Id-differenza fit-trattament tal-gruppi barra u fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 132 tad-Direttiva tal-VAT hija bbażata fuq jekk dawn iwettqux attivitajiet fl-interess pubbliku jew le. Bħala kriterju ta’ differenzazzjoni, ma hemmx oġġezzjoni mil-lat tal-prinċipju ta’ newtralità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-proposta li eżenzjoni tal-VAT mingħajr dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input għandha tiġi interpretata b’mod strett hija wkoll sostnuta mill-fatt li, analiżi iktar profonda turi li din l-eżenzjoni tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fil-fatt, hija toħloq, f’ċerti ċirkustanzi, inċentiv sabiex jiġi mminimizzat il-piż tal-VAT tal-input permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>insourcing<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jiġifieri l-integrazzjoni tal-attivitajiet fil-kumpannija stess, peress li l-portata tal-eżenzjoni fiskali fil-każ tal-konsumatur finali tiddependi mill-piż fiskali tal-VAT fuq l-input tal-kumpannija li tipprovdilu s-servizz. Dan sa ċertu punt jikkontradixxi l-prinċipju li l-operaturi jistgħu jagħżlu l-mudell ta’ organizzazzjoni li, mil-lat ekonomiku, huwa l-iktar konvenjenti għalihom, mingħajr il-perikolu li t-tranżazzjonijiet tagħhom jiġu esklużi mill-eżenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Abbey National</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑169/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:289">EU:C:2006:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Ludwig</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑453/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:369">EU:C:2007:369</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080403">3 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>J.C.M. Beheer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑124/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:196">EU:C:2008:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Finalment, mill-pożizzjoni sistematika u mill-għan tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT jirriżulta li dan għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv u li ma huwiex applikabbli għal grupp ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni bħal dak inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT>Fuq l-effett transkonfinali tal-eżenzjoni ta’ grupp</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT>Ġenerali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun ta’ fehma differenti, irid jiġi deċiż jekk l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT tkoprix ukoll servizzi pprovduti minn grupp transkonfinali lill-membri tiegħu stabbiliti fi Stati Membri oħra (jew fi Stati terzi). Din il-kwistjoni tqum ukoll fil-każ li l-grupp stess ikun stabbilit fi Stat terz.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prima facie</HT>,.il-formulazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ma tinkludi ebda restrizzjoni li teżiġi li l-membri tal-grupp u l-grupp stess għandhom ikunu stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-leġiżlatur illimita espressament il-portata ta’ dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva tal-VAT għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed biss. B’hekk, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-VAT, Stat Membru jista’ jqis bħala persuni taxxabbli biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>persuni stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Anki l-Artikolu 283(1)(ċ) tad-Direttiva tal-VAT jipprevedi tali restrizzjoni territorjali li skontha l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar ma tapplikax għal persuna taxxabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>li mhix stabbilita fl-Istat Membru li fih hi dovuta l-VAT<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">A contrario</HT>, minn dan jista’ jiġi konkluż li l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT irid jiġi applikat b’mod transkonfinali. Barra minn hekk, hemm ukoll dispożizzjonijiet li espressament jippreżumu li l-persuna taxxabbli twettaq tranżazzjonijiet transkonfinali (ara l-Artikolu 148(e) tad-Direttiva tal-VAT: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ajruplani […] li joperaw għal ħlas l-aktar fuq rotot internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>). Sa dan l-estent, l-argument ibbażat fuq il-kliem tad-dispożizzjoni ma huwiex neċessarjament konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Madankollu, b’analiżi iktar profonda, l-argumentazzjoni msemmija iktar ’il fuq tikkontradixxi l-istorja tal-abbozzar (ara, f’dan ir-rigward, it-taqsima b), is-sistema tal-eżenzjonijiet (ara, f’dan ir-rigward, it-taqsima c), l-evalwazzjoni tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan ir-rigward, it-taqsima d), u l-klawżola ta’ kompetizzjoni inkluża fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan ir-rigward, it-taqsima e). Finalment, lanqas il-libertajiet fundamentali ma jirrikjedu l-estensjoni tal-eżenzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT għal grupp transkonfinali (ara, f’dan ir-rigward it-taqsima f). Barra minn hekk, tali estensjoni tagħti lok għall-possibbiltà lill-impriżi li jieħdu vantaġġ mir-rati ta’ taxxa differenti jew minn sistemi ta’ tassazzjoni differenti (ara, f’dan ir-rigward it-taqsima g).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT>L-istorja tal-iskema tal-eżenzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prima facie</HT>, ma jidhirx li l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT huwa limitat għal gruppi mhux transkonfinali. Madankollu, ħarsa lejn il-leġiżlazzjoni preċedenti – is-Sitt Direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).</P></NOTE> – tispjega għalfejn ma hemmx tali restrizzjoni fil-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, għad-differenza tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-leġiżlazzjoni li ppreċediet id-Direttiva tal-VAT, l-eżenzjoni fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT kienet irregolata bl-Artikolu 13 tas-Sitt Direttiva. Kif jidher mit-titolu tagħha, din id-dispożizzjoni tapplika biss għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Eżenzjonijiet fit-territorju tal-pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Skont it-tielet premessa tad-Direttiva tal-VAT, din tal-aħħar ġiet adottata sempliċement sabiex tfassal mill-ġdid l-istruttura u l-formulazzjoni tad-Direttiva, mingħajr ebda emenda sostantiva tad-dritt applikabbli. L-emendi sostantivi li madankollu kien hemm huma elenkati b’mod eżawrjenti fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-traspożizzjoni u d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. F’dan ir-rigward, ma hemm ebda riferiment għall-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mis-Sitt Direttiva jista’ jiġi preżunt li eżenzjoni fit-territorju nazzjonali tkopri biss provvisti mwettqa minn gruppi jew membri ta’ grupp li huma stess huma stabbiliti fit-territorju nazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT>L-istruttura tal-eżenzjonijiet fid-Direttiva tal-VAT</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-istruttura tal-eżenzjonijiet fit-Titolu IX tad-Direttiva tal-VAT ukoll hija favur din l-interpretazzjoni restrittiva. F’dan ir-rigward, il-Kapitoli 4 sa 8 u 10 biss jinkludu eżenzjonijiet speċjali għal tranżazzjonijiet transkonfinali. B’mod partikolari, is-servizzi transkonfinali (bħat-trasport) huma rregolati espressament fil-Kapitolu 7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Din l-istruttura tindika wkoll li l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet għal eżenzjoni permezz tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT tapplika għal grupp transkonfinali. Dan japplika b’mod speċjali jekk l-eżenzjoni fl-Artikolu 132(1)(f) ma tkunx limitata għall-eżenzjonijiet fl-Artikolu 132(1) tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 19 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></HT></NO.P><TXT>Inkonsistenza mal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, interpretazzjoni wiesgħa tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT tkun inkonsistenti mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT. Din tippermetti lill-Istati Membri jqisu bħala persuni taxxabli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>persuni stabbiliti fit-territorju [tagħhom]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li, permezz ta’ grupp, huma b’mod jew ieħor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[marbuta] mill-qrib ma’ xulxin<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jekk żewġ impriżi jingħaqdu flimkien fi grupp b’tali mod li tkun waħda minnhom li jkollha maġġoranza fil-grupp, allura, fil-każ ta’ servizzi pprovduti mill-grupp ta’ din tal-aħħar, l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT ma jkollux effett transkonfinali. Kuntrarjament, l-eżenzjoni taħt l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ikollha effett transkonfinali. L-eżenzjoni mill-VAT f’dispożizzjoni li teżiġi inqas rekwiżiti dwar in-natura tal-grupp tkun topera transkonfinalment, iżda eżenzjoni f’dispożizzjoni li teżiġi rekwiżiti iktar stretti le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din l-inkonsistenza tista’ tiġi solvuta biss jekk anki l-effetti tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT jiġu ristretti għal Stat Membru wieħed, li jimplika li l-grupp u l-membru li lilu jiġi pprovdut is-servizz ikunu stabbiliti fl-istess Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Iż-żewġ każijiet huma bbażati fuq l-istess kunsiderazzjoni. Il-limitazzjoni tal-applikazzjoni tad-dispożizzjoni għat-territorju li fiha huwa stabbilit il-grupp, tiżgura li Stat Membru ma jinterferixxix mas-sovranità territorjali fiskali ta’ Stat Membru ieħor, sa fejn tal-ewwel jawtorizza l-integrazzjoni ta’ unità fiskali jew l-iffurmar ta’ grupp simili li r-rekwiżiti tagħhom jistgħu biss diffiċilment jiġu vverifikati mill-Istat Membru l-ieħor. Fl-istess ħin, tali limitazzjoni tiżgura li l-awtoritajiet fiskali ma jadottawx deċiżjonijiet kontradittorji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">e)</HT></HT></NO.P><TXT>Evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-eżenzjoni fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ma għandhiex, kif jidher mill-formulazzjoni tagħha, tagħti lok għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jimmilita wkoll favur limitazzjoni territorjali tal-eżenzjoni fiskali għal Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà tat risposta dwar l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-VAT fis-sentenza Isle of Wight Council, għad-domanda magħmula espressament dwar jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandux jiġi ddefinit b’riferiment għal suq lokali b’mod partikolari jew inkella għat-territorju ta’ Stat Membru kollu kemm hu. Hija tat risposta fis-sens li l-evalwazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni ma hijiex relatata ma’ suq lokali b’mod partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080916">16 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Isle of Wight Council <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑288/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:505">EU:C:2008:505</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Hija timmotiva dan l-argument<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080916">16 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Isle of Wight Council <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑288/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:505">EU:C:2008:505</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE> billi ssostni li l-monitoraġġ ta’ diversi swieq lokali jippreżumi evalwazzjoni mill-ġdid sistematika fuq il-bażi ta’ analiżijiet ekonomiċi, li spiss ikunu kumplessi, tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, li jista’ jkun partikolarment diffiċli li jiġu ddeterminati, peress li l-limiti ta’ dawn is-swieq ma jikkoinċidux neċessarjament mal-kompetenza territorjali tal-awtoritajiet lokali. Għaldaqstant, din is-sitwazzjoni għandha r-riskju li tikkomprometti l-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, l-amministrazzjonijiet finanzjarji huma saħansitra inqas kapaċi li jwettqu evalwazzjoni transkonfinali tal-preżenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni f’diversi Stati Membri (jew saħansitra fid-dinja kollha), milli huma kapaċi jwettqu evalwazzjoni ta’ diversi swieq lokali f’pajjiżhom stess. F’dan is-sens, l-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-VAT jista’ jiġi applikat ukoll għall-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk distorsjonijiet tal-kompetizzjoni – kemm jekk skont l-Artikolu 13 jew skont l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT – għandhom jiġu evalwati mill-awtoritajiet finanzjarji biss fir-rigward tal-Istat Membru tagħhom, allura fil-prinċipju l-eżaminazzjoni ta’ grupp sabiex jiġi ddeterminat jekk il-provvista tas-servizzi eżenti mit-taxxa lil dawn il-membri twassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni, tista’ biss issir fir-rigward tal-membri tiegħu li jinsabu fl-istess Stat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Kif indikat ukoll ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fis-seduta, l-istess problemi jqumu fir-rigward tar-rekwiżiti l-oħra kollha. Pereżempju, il-kwistjoni dwar jekk is-servizzi pprovduti kinux direttament neċessarji għall-attività eżenti mit-taxxa hija kwistjoni li għandha tiġi deċiża kemm mill-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-membru tal-grupp, kif ukoll mill-Istat Membru fejn jinsab il-grupp. Ir-riskju li jittieħdu deċiżjonijiet kontradittorji f’tali ċirkustanzi ma jistax jiġi nnegat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Peress li, meta nħolqot l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, is-sistema ta’ assistenza amministrattiva attwali tal-Unjoni kienet għadha bilkemm ġiet stabbilita, lanqas ma jista’ jiġi preżunt li l-leġiżlatur seta’ kellu f’moħħu grupp li jopera b’mod transkonfinali fid-dawl tal-possibbiltajiet ta’ assistenza amministrattiva li issa hemm fi ħdan l-Unjoni. Irrispettivament minn dan, fi kwalunkwe każ, is-sistema ta’ assistenza amministrattiva tal-Unjoni ma ssolvix il-problema f’sitwazzjonijiet li jikkonċernaw Stati terzi (ara, f’dan ir-rigward, il-punti 62 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il quddiem).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">f)</HT></HT></NO.P><TXT>Teħid inkunsiderazzjoni tal-libertajiet fundamentali fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni restrittiva lanqas ma tikkunfliġġi mal-libertajiet fundamentali. Peress li att tad-dritt tal-Unjoni bħalma hija d-Direttiva tal-VAT għandu sa fejn huwa possibbli jiġi interpretat konformement mad-dritt primarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑402/07 u C‑432/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:716">EU:C:2009:716</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100916">16 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Chatzi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑149/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:534">EU:C:2010:534</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160215">15 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>N.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑601/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:84">EU:C:2016:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, il-libertajiet fundamentali għandhom ukoll jittieħdu inkunsiderazzjoni meta dan jiġi interpretat. Restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali tista’ tiġi ġġustifikata biss b’raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Barra minn hekk, għandha tkun adatta sabiex tiggarantixxi l-kisba tal-għan inkwistjoni, u ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111129">29 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>National Grid Indus</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑371/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:785">EU:C:2011:785</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑196/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:544">EU:C:2006:544</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ir-restrizzjoni li possibbilment teżisti hawnhekk tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi hija ġġustifikata b’raġunijiet ta’ ħarsien tat-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Fuq din il-ġustifikazzjoni ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Marks &amp; Spencer</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:763">EU:C:2005:763</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111129">29 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>National Grid Indus</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑371/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:785">EU:C:2011:785</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Verder LabTec</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑657/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:331">EU:C:2015:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>SGI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑311/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:26">EU:C:2010:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-istess bħar-restrizzjoni territorjali tal-effetti ta’ grupp tal-VAT fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT. Barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi ggarantita l-effettività tal-kontroll fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Schmelz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:632">EU:C:2010:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Persche</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑318/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:33">EU:C:2009:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> wkoll tiġġustifika restrizzjoni possibbli tal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sa fejn, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, il-post ta’ provvista jista’ jkun fi Stat Membru ieħor li mhux neċessarjament jopera mekkaniżmu tal-grupp tal-VAT, l-effett tal-grupp tal-VAT ma jistax jiġi estiż lil hinn mill-fruntieri territorjali tal-Istati Membri u d-dħul mill-VAT fl-Istat Membru l-ieħor ma għandux jiġi suġġett għal riperkussjonijiet negattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-istess japplika fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT. Sa fejn l-awtorità fiskali fl-Istat Membru kkonċernat tkun tista’ tevalwa l-eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra marbuta mal-applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-Istat Membru tagħha biss, hija tkun tiddependi fuq l-evalwazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet ta’applikabbiltà minn Stat Membru ieħor. Madankollu, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-effett tal-eżenzjoni taħt l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ma jistax jestendi għal grupp transkonfinali jekk ma għandux ikun hemm riskju li d-dħul mill-VAT fi Stat Membru wieħed jiġi influwenzat minn Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fattur ieħor huwa l-fatt li skont l-Artikolu 131 tad-Direttiva tal-VAT, għandha tiġi ggarantita applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ din id-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni. Madankollu, dan ikun <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> eskluż jekk awtorità fiskali waħda kellha tevalwa l-preżenza ta’distorsjoni tal-kompetizzjoni b’mod globali jew fl-Unjoni, jew jekk diversi awtoritajiet fiskali, li possibbilment jikkontradixxu lil xulxin, iwettqu evalwazzjonijiet differenti. Dan joħloq effettivament distorsjoni tal-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Dan jirriżulta meta grupp inaqqas it-taxxa tal-input f’pajjiż partikolari minħabba li dan il-pajjiż ikun irrifjuta li jagħti l-eżenzjoni mill-VAT abbażi tal-fatt li huwa jqis li hemm preżenti distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Min-naħa l-oħra, fl-Istat Membru tal-benefiċjarju tal-provvista, minħabba l-awtolikwidazzjoni mill-membru tal-grupp, it-tranżazzjoni titqies li hija eżenti peress li ma hemm ebda distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.</P></NOTE>. Id-diffikultajiet prattiċi kunsiderevoli ta’ applikazzjoni u ta’ kontrolli jimmilitaw kontra interpretazzjoni wiesgħa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, f’dan ir-rigward, f’kawżi oħra wkoll, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>VDP Dental Laboratory u Staatssecretaris van Financiën</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑144/13, C‑154/13 u C‑160/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2163">EU:C:2014:2163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fuq il-ġustifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-libertajiet fundamentali fil-kuntest tal-iskema għall-impriżi żgħar, ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Schmelz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑97/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:632">EU:C:2010:632</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) – Ġustifikazzjoni tal-effett mhux mixtieq fuq il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, sabiex tiġi ggarantita l-effettività tal-kontrolli fiskali.</P></NOTE> tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">g)</HT></HT></NO.P><TXT>Il-problema tal-istati terzi u tar-rata ta’ tassazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Minbarra dan, interpretazzjoni estensiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>grupp<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> twassal għal mudell ta’ ottimizzazzjoni tat-taxxa li huwa faċli li jiġi implementat, b’mod partikolari għal gruppi li joperaw mad-dinja kollha. Dawn tal-aħħar iridu sempliċement iwaqqfu grupp mal-kumpanniji li joperaw magħhom fl-Ewropa stabbiliti fi stat terz fejn ma tinġabarx il-VAT (bħall-Istati Uniti), sabiex jakkwistaw is-servizzi kollha, suġġetti għall-VAT, mingħand terzi li qabel kienu jiġu akkwistati mill-Ewropa, mingħajr ma jista’ jkun hemm inkwistjoni arranġament purament artifiċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Peress li l-post ta’ provvista normalment huwa fl-Istati Uniti, fejn ma hemmx VAT, tali tranżazzjoni ma tkunx taxxabbli u ma tkunx suġġetta għall-VAT. Sussegwentement, il-grupp jerġa’ min-naħa tiegħu jipprovdi dawn is-servizzi akkwistati lill-membri tiegħu bi ħlas. Il-post ta’ dawn il-provvisti għalhekk ikun tassew jinsab fl-Istati Membri inkwistjoni. Madankollu, il-provvista tkun eżenti mill-VAT hemmhekk konformement mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT.<?PAGE NO="12"?> Irrispettivament mill-kwistjoni dwar kif l-Istati Membri kkonċernati għandhom ikunu jistgħu jivverifikaw l-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni jew ir-rekwiżiti l-oħra f’dan il-każ (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 50 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq), id-dħul mill-VAT mal-Unjoni kollha jkun jista’ jitnaqqas faċilment. Għall-kuntrarju, permezz ta’ grupp tal-VAT skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT (ara, f’dan ir-rigward, il-punt 46 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> iktar ’il fuq), tali riżultat ma kienx ikun possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Anki jekk, minn lat teleoloġiku, l-effett tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT jiġi limitat għal gruppi fit-territorju tal-Unjoni, il-gruppi kollha jkunu jistgħu jirrisjedu fil-pajjiż bl-iktar rata baxxa ta’ VAT, sabiex jimminimizzaw bl-bl-aħjar mod il-piż tal-VAT. Problema simili wasslet sabiex il-leġiżlaturi introduċew sistema ta’ livelli limitu għall-bejjiegħa mill-bogħod fl-Artikolu 34 tad-Direttiva tal-VAT, sabiex jiġi evitat li l-bejjiegħa mill-bogħod kollha jistabbilixxu ruħhom fil-pajjiż bl-iktar rata baxxa ta’ VAT<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Il-post ta’ provvista lill-konsumatur finali huwa ġeneralment fejn tibda l-kunsinna (pajjiż ta’ oriġini) u għalhekk il-provvista hija essenzjalment suġġetta għar-rata ta’ taxxa stabbilita f’dan il-pajjiż. Lil hinn minn ċerti livelli limitu, id-Direttiva tal-VAT għalhekk tipprovdi li l-post tal-provvista jkun il-pajjiż ta’ destinazzjoni, sabiex jiġi evitat l-effett imsemmi iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Il-fatt li, min-naħa l-oħra, fil-każ ta’ servizzi minn u lil gruppi indipendenti l-leġiżlatur kien lest jaċċetta tali riżultat, ma jistax jiġi preżunt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">h)</HT></HT></NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż li, anki fid-dawl tal-libertajiet fundamentali, l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv fis-sens li huma biss is-servizzi ta’ grupp lill-membri tiegħu li jinsabu fl-(istess) territorju ta’ Stat Membru li huma koperti mill-eżenzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT>Fuq l-interpretazzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu, tkun tal-fehma li anki l-gruppi transkonfinali huma koperti mill-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, għad iridu jiġu ċċarati l-kriterji li jiddeterminaw meta ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Centraal</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑407/071</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:713">EU:C:2008:713</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:562">EU:C:2002:562</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, permezz tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT għandu jiġi kkumpensat <HT TYPE="ITALIC">żvantaġġ kompetittiv</HT> meta mqabbel mas-sitwazzjoni meta dawn is-servizzi (tal-grupp) jiġu pprovduti mill-impjegati tiegħu stess jew fil-kuntest ta’ grupp tal-VAT. Madankollu, jekk din l-eżenzjoni hija intiża li tikkumpensa żvantaġġ kompetittiv, l-għoti tagħha ma jistax fl-istess waqt jagħti lok għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-klawżola tal-kompetizzjoni fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva ma tantx tagħmel sens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, f’dan is-sens ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:562">EU:C:2002:562</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0125">125</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>) – <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għandu jingħad li [is-suq] pjuttost huwa wieħed mhux tas-soltu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>.</P></NOTE> u konsegwentement trid tiġi interpretata b’mod restrittiv ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja toffri punt ta’ tluq għal tali interpretazzjoni restrittiva, li skontha l-konstatazzjoni ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni teżiġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li jkun hemm perikolu reali, li l-eżenzjoni fiha nnifisha tista’ twassal għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni immedjatament jew fil-futur. Għal dan l-għan, għandu jiġi eżaminat jekk il-grupp jistax iżomm il-klijentela tal-membri tiegħu anki mingħajr l-eżenzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mischo fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:562">EU:C:2002:562</NO.ECLI> punt <REF.NP.ECR REF="NP0131">131</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Bħala regola, membri ta’ grupp jingħaqdu flimkien biss meta jkunu ċerti li l-membri wkoll ser jakkwistaw il-provvisti tal-grupp. Din hija probabbilment r-raġuni vera għal kooperazzjoni bħal din. Għaldaqstant, din l-interpretazzjoni finalment timplika li fil-prinċipju għandu jiġi preżunt li l-ħolqien ta’ grupp ma jwassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-kriterju tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni għalhekk huwa intiż sabiex jiġi evitat l-abbuż (ara l-Artikolu 131 tad-Direttiva tal-VAT). B’mod partikolari, l-eżenzjoni ma tistax tiġi applikata b’mod inkompatibbli mal-iskop previst. Fl-aħħar mill-aħħar, dan għandu jiġi deċiż mill-qorti nazzjonali, li madankollu, għall-finijiet ta’ interpretazzjoni uniformi, għandhom jingħatawlha l-kriterji għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fost l-indikazzjonijiet li qiegħda ssir applikazzjoni żbaljata tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, jista’ jkun il-fatt li l-grupp ikun jipprovdi l-istess servizzi bi ħlas lil persuni mhux membri u f’dan ir-rigward jopera fis-suq bl-użu ta’ sinerġiji. Dan jista’ jikkostitwixxi riskju ġenwin ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Indikazzjoni oħra tista’ tkun li l-għan prinċipali tal-ħolqien tal-grupp ikun sempliċement l-ottimizzazzjoni tal-piż tal-VAT (il-ħolqien ta’ vantaġġ kompetittiv permezz tat-trasferiment ta’ kwalunkwe servizz estern lil grupp) u mhux il-kooperazzjoni reċiproka sabiex jiġi evitat żvantaġġ kompetittiv. Jista’ jkun indikazzjoni wkoll il-fatt li l-grupp ma jipprovdi ebda servizz imfassal għall-bżonnijiet tal-membri tiegħu, u b’hekk dawn ikunu jistgħu sempliċement jiġu offruti minn oħrajn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></HT></NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata lit-tieni u lit-tielet domandi għandha tkun li l-eżenzjoni nazzjonali hija limitata għal tali gruppi ta’ presuni taxxabbli, li jwettqu tranżazzjonijiet eżenti skont l-Artikolu 132(1) tad-Direttiva tal-VAT. F’dan ir-rigward, jista’ jiġi preżunt li s-servizzi ta’ grupp fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT fil-prinċipju ma jwasslux għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Grupp indipendenti ta’ persuni jista’ madankollu jipprovdi servizzi eżenti mit-taxxa biss lil dawk il-membri li huma suġġetti għall-istess ordinament ġuridiku bħal dak tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT>Fuq l-ewwel domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Polonja rriproduċiet il-formulazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT <HT TYPE="ITALIC">ad verbum</HT>. Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-leġiżlatur nazzjonali għandux barra minn hekk jipprevedi kundizzjonijiet jew proċeduri oħra għall-evalwazzjoni tal-assenza jew tal-eżistenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-kwistjoni hija dwar jekk hemmx obbligu possibbli li għall-espansjoni tal-formulazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ direttiva. Il-qorti tar-rinviju tiġġustifika d-domanda tagħha bi ksur possibbli tal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT>L-applikabbiltà diretta tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Obbligu ta’ espansjoni ta’ dispożizzjoni jeżiġi marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni tad-direttiva. Filwaqt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tafferma li jeżisti tali obbligu minħabba n-nuqqas ta’ preċiżjoni u n-natura inkundizzjonata tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, ir-Renju Unit jinnega tali marġni ta’ diskrezzjoni fl-implementazzjoni, minħabba li l-Artikolu 132(1)(f) huwa direttament applikabbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Kif spjegajt diġà fil-konklużjonijiet fil-kawża DNB Banka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Referenza tal-Qorti tal-Ġustizzja: C‑326/15 (punt 17 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>, ir-rekwiżit (negattiv) ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>biss<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> kunċett legali indeterminat, li ma jagħti ebda marġni ta’ diskrezzjoni <HT TYPE="ITALIC">astratt</HT> lil-leġiżlatur nazzjonali. Id-dispożizzjoni hija wkoll preċiża biżżejjed sabiex tissodisfa l-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tistabbilixxi obbligu f’termini inekwivoċi<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940223">23 ta’ Frar 1994</DATE>, <NAME.CASE>Comitato di coordinamento per la difesa della cava <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑236/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:60">EU:C:1994:60</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960917">17 ta’ Settembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Cooperativa Agricola Zootecnica S. Antonio <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑246/94 sa C‑249/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:329">EU:C:1996:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970529">29 ta’ Mejju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Klattner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑389/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:258">EU:C:1997:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gassmayr</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑194/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:386">EU:C:2010:386</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT b’hekk jissodisfa l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">lex certa</HT> u, kif spjegajt ukoll fid-dettall fil-konklużjonijiet fil-kawża DNB Banka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Referenza tal-Qorti tal-Ġustizzja: C‑326/15 (punt 17 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>, huwa suffiċjentement preċiż u inkundizzjonat sabiex ikollu effett dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031120">20 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Taksatorringen</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:621">EU:C:2003:621</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT>Huma meħtieġa atti ta’ traspożizzjoni oħra?</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Bir-riproduzzjoni kważi identika fid-dritt nazzjonali tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT, li għandu effett dirett, jidher <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> li r-Repubblika tal-Polonja ssodisfat l-obbligu ta’ traspożizzjoni tagħha. Minkejja dan, il-liġi nazzjonali, l-istess bħad-Direttiva tal-VAT innifisha hjia bbażata biss fuq il-fatt li l-eżenzjoni ma jkollhiex effetti ħżiena fuq il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni. Dan iwassal sabiex il-qorti tar-rinviju tiddubita jekk fl-eżerċizzju tal-obbligu ta’ traspożizzjoni tiegħu, l-Istat Membru kellux jinkludi kriterji oħra speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Madankollu, ma nistax nikkondividi din l-opinjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li l-Qorti tal-Ġustizzja, b’rabta mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-VAT, li wkoll jieħu inkunsiderazzjoni l-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u wkoll huwa applikabbli b’mod dirett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891017">17 ta’ Ottubru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Carpaneto Piacentino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>231/87 u 129/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:381">EU:C:1989:381</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060608">8 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Feuerbestattungsverein Halle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑430/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:374">EU:C:2006:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) dwar l-Artikolu 4(5)(2) tas-Sitt Direttiva.</P></NOTE>, diġà ċaħdet obbligu ta’ traspożizzjoni estensiva diversi drabi. B’mod partikolari, f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet espressament li l-Istat Membru ma huwiex obbligat jistipula kundizzjonijiet addizzjonali fil-liġi ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Għall-kuntrarju, Stat Membru jista’ jagħżel it-teknika leġiżlattiva li tidher li hija l-iktar xierqa għalih. Għalhekk, pereżempju, jista’ jillimita ruħu li fid-dritt nazzjonali jirriproduċi l-formulazzjoni użata fid-direttiva jew juża espressjoni li hija ekwivalenti għaliha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Kif indikat fis-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19891017">17 ta’ Ottubru 1989</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Carpaneto Piacentino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>231/87 u 129/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:381">EU:C:1989:381</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900515">15 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Carpaneto Piacentino <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑4/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:204">EU:C:1990:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001214">14 ta’ Diċembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Fazenda Pública</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:691">EU:C:2000:691</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-istess jgħodd għall-eżenzjoni fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT. Kif spjegajt fil-konklużjonijiet fil-kawża DNB Banka<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Referenza tal-Qorti tal-Ġustizzja: C-326/15 (punt 17 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>, l-eżenzjoni hija suffiċjentement preċiża u inkundizzjonata u b’hekk tapplika direttament. Ir-Repubblika tal-Polonja ttrasponiet ukoll id-dispożizzjoni b’mod korrispondenti. Għaldaqstant, huwa irrilevanti jekk setgħetx tkun iktar f’waqtha traspożizzjoni li hija iktar speċifika mil-lat tal-prattikant tal-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-Repubblika tal-Polonja ma tistax tiġi akkużata li naqset milli tespandi r-rekwiżit ta’ assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fid-dritt nazzjonali tagħha. Dan huwa b’mod partikolari minnu peress li kull provvediment espansiv ta’ direttiva li hija direttament applikabbli jesponi lill-Istat Membru għal riskju ikbar li jikser id-direttiva u li jkun suġġett għal proċeduri ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata lill-qorti tar-rinviju għandha tkun li dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni, li ma tipprevedi ebda kriterju jew proċedura dwar l-osservanza tal-kundizzjoni ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, hija kompatibbli mal-Artikolu 132(1)(f) moqri flimkien mal-Artikolu 131 tad-Direttiva tal-VAT, kif ukoll mal-prinċipji ta’ effettività, ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT>Proposta għal deċiżjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nipproponi li r-risposti għad-domandi magħmula min-Naczelny Sąd Administracyjny (qorti amministrattiva suprema, il-Polonja) f’Varsavja jkunu kif ġej:</TXT><P>Għandu jiġi preżunt li l-eżenzjoni prevista fid-dritt nazzjonali f’dan is-sens hija ristretta għal gruppi ta’ persuni taxxabbli li jwettqu tranżazzjonijiet eżenti skont l-Artikolu 132(1) tad-Direttiva tal-VAT. Il-gruppi ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT.</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li ma tipprevedi ebda kriterju jew proċedura dwar l-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Bħala regola, għandu jiġi preżunt li s-servizzi ta’ grupp fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-VAT ma jagħtux lok għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dan il-kriterju għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv fis-sens ta’ dispożizzjoni intiża li jiġi evitat l-abbuż.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Grupp indipendenti ta’ persuni jista’ jipprovdi servizzi eżenti biss lil dawk il-membri li huma suġġetti għall-istess ordinament ġuridiku bħal dak tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>