31990R2921



Official Journal L 279 , 11/10/1990 P. 0022 - 0027
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 34 P. 0180
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 34 P. 0180


Regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 2921/90

tal-10 ta’ Ottubru 1990

dwar għajnuna għall-produzzjoni ta’ casein u caseinate magħmulin minn ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u prodotti tal-ħalib [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3879/89 [2], u partikolarment l-Artikolu 11(3) and 28 tiegħu,

Billi Regolament tal-Kunsill (KEE) 987/68 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1435/90 [4], jistabbilixxi regoli ġenerali dwar għajnuna għall-ipproċessar ta’ ħalib xkumat fil-casein u caseinate; billi disposizzjonijiet dettaljati għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli kienu adottati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 756/70 [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2832/90 [6];

Billi Regolament (KEE) Nru 756/70 jikkonsisti f’numru ta’ disposizzjonijiet fuq verifikazzjoni finali dwar l-użu ta’ casein u caseinate b’konnessjoni ma’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (EEC) Nru 987/68; billi skond l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 [7] id-disposizzjoni ta’ l-aħħar ma tkunx aktar applikabbli mill-15 ta’Ottubru 1990; billi d-disposizzjonijiet relevanti ta’ Regolament (KEE) Nru 756/70 għandhom għaldaqstant ikunu mħassra b’effett minn dik id-data;

Billi l-esperjenza turi li disposizzjonijiet fuq sorveljanza, partikolarment, fir-rigward tal-frekwenza u tip ta’ inspezzjoni li ssir fuq il-post u dwar penali għal nuqqas ta’ konformità mal-kondizzjonijiet mniżżlin għall-għoti ta’ għajnuna, għandhom ikunu speċifikati, billi in vista tal-bdil hawn fuq imsemmija li jrid isir fl-arranġamenti ta’ għajnuna ir-regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għandhom ikunu iggrupjati mill-ġdid f’Regolament ġdid u Regolament (EEC) Nru 756/70 jiġi mħassar;

Billi l-Kumitat tat-tmexxija tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib ma tax l-opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għajnuna ser tingħata biss lill-produtturi ta’ casein u caseinate jekk dawn il-prodotti

- ġew prodotti minn ħalib xkumat ta’ oriġini jew minn casein u caseinate mhux maħduma jew minn estratti minn ħalib ta’oriġini Komunitarja,

- jilħqu rekwiżiti ta’ kompożizzjoni ta’ l-Anness I, II jew III,

- huma ppakjati kif stipulat fl-Artikolu 3.

2. Għajnuna ser titħallas wara li ssir applikazzjoni bil-miktub lill-awtorità kompetenti li turi:

(i) l-isem u indirizz tal-produttur,

(ii) il-kwantità ta’ casein u caseinate koperti mill-applikazzjoni u l-kwalità tiegħu,

(iii) in-numru tal-gruppi ta’ produzzjoni.

3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament grupp ta’ produzzjoni jrid jikkonsisti fi prodotti ta’ kwalità identika magħmulha fl-istess ġurnata. Madankollu, fejn il-produzzjoni totali ta’ casein u caseinate ta’ l-istabbiliment ikkonċernat matul is-sena ta’ kalendarju ta’ qabel ma jaqbiżx l-1000 tunnellata, il-grupp ta’ produzzjoni jista’ jikkonsisti fi prodotti magħmulha matul l-istess ġimgħa kalendarja.

Artikolu 2

1. L-għajnuna kull 100 kilogramma ta’ ħalib xkumat ipproċessat f’casein u caseinate kif indikat fil-paragrafu 2 ser ikun ta’ 7,94 ECU.

2. Meta tiġi kalkolata l-għajnuna li għandha tingħata ser ikun ikkunsidrat illi:

(a) kilogramma ta’ casein aċiduża kif definit fl-Anness I kien prodott minn 32,17 kilogramma ta’ ħalib xkumat;

(b) kilogramma waħda ta’:

- kaseinat kif imsemmi fl-Anness I

jew

- rennet-casein kif imsemmi fl-Anness I

jew

- casein aċiduż kif imsemmi fl-Anness II

kien prodott minn 33,97 kilogramma ta’ ħalib xkumat;

(ċ) kilogramma waħda ta’:

- rennet-casein kif imsemmi fl-Anness II

jew

- caseinate kif imsemmi fl-Anness II

kien prodott minn 35,77 kilogramma ta’ ħalib xkumat;

(d) kilogramma waħda ta’ casein kif imsemmi fl-Anness III kien prodott minn 24,97 kilogramma ta’ ħalib xkumat;

(e) kilogramma waħda ta’ caseinate kif imsemmi fl-Anness III kien prodott minn 28,57 kilogramma ta’ ħalib xkumat.

3. Għajnuna għandha tingħata bir-rata applikabbli fid-data ta’ produzzjoni ta’ casein u caseinate.

4. L-għajnuna għandha tkun imsarrfa fil-munita nazzjonali waqt li tintuża rata rappreżentattiva applikabbli fil-jum ta’ produzzjoni ta’ casein u caseinate.

Artikolu 3

Kunjetti u pakketti ta’ casein u caseinate iridu juru:

(a) id-deskrizzjoni tal-prodott u jew minimu jew massimu jew il-persentaġġ attwali tal-komponenti indikati fl-Annessi I, II u III. Id-deskrizzjoni li trid tidher għall-prodotti msemmija fl-Anness III hija s-segwenti, skond kif ikun jixraq:

"Casein/caseinates li għandhom aktar minn 5 % imma mhux aktar minn 17 %, ikkalkulat fuq it-total ta’ kontenut ta’ proteini, ta’ proteini ta’ ħalib mħawwad li ma jinkludux il-casein u caseinate’";

(b) il-kliem "Regolament (KEE) Nru 2921/90’;"

(ċ) in-numru ta’ grupp ta’ produzzjoni.

Artikolu 4

1. Produtturi ma’ jistgħux jirċievu l-għajnuna jekk jonqsu milli:

(a) Jżommu estratti kull xahar tal-kwantitajiet ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib, inklużi l-casein u caseinate, ikkunsinjati, prodotti, użati u disponuti;

(b) joqogħdu għas-sorveljanza mill-awtorità kompetenti.

2. Estratti ta’ kull xahar msemmija fil-paragrafu 1 (a) ser ikopru ta’ l-anqas is-segwenti:

(a) entraturi ta’ ħalib u krema;

(b) xirjiet ta’ casein mhux maħdum;

(ċ) xirjiet ta’ casein u caseinate;

(d) kwantitajiet ta’ dak u dawk li bih isir il-ġobon prodotti, identifikati b’numru ta’ grupp ta’ produzzjoni, bid-data ta’ produzzjoni;

(e) kwantitajiet ta’ prodotti tal-ħalib oħra magħmula;

(f) kwantitajiet ta’ casein u caseinate mibjugħa, bid-data tal-bejgħ u isem u indirizz ta’ min qed jirċievi;

(g) telf, kampjuni u kwantitajiet ritornati u mibdula ta’ ħalib, prodotti ta’ ħalib, casein u caseinate.

L-estratti ser ikunu msaħħa partikolarment b’noti ta’ konsenja, irċevuti u r-reġistri tal-impriżi.

Artikolu 5

1. Sabiex jiġi żgurat illi d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ikunu obduti l-Istati Membri għandhom jagħmlu spezzjonijiet mhux imħabbra fuq il-post li għandhom ikunu deċiżi a bażi ta’ l-iskeda ta’ produzzjoni ta’ l-istabbiliment. Ta’ l-inqas għandha ssir spezzjoni waħda kull sebat ijiem ta’ produzzjoni.

Fl-inspezzjonijiet għandhom jittieħdu kampjuni għall kull grupp ta’ produzzjoni u għandhom ikopru l-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni, kwantità u komposizzjoni ta’ casein u caseinate.

2. L-inspezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ser tkun supplimentata, minn żmien għal żmien jiddependi fuq il-kwantità prodotta ta’ casein u caseinate minn skrutinju u teħid ta’ kampjuni sabiex tiġi rikonċiljata l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni ta’ għajnuna u l-astratt ta’ kull xahar imsemmi fl-Artikolu 4 b’dokumenti relevanti kummerċjali u ħażniet ta’ prodotti attwalment miżmuma.

Dawn l-inspezzjonijiet l-oħra jridu jkopru ta’ l-inqas 25 % tal-kwantità attwali koperta mill-applikazzjonijiet ta’ għajnuna u kull stabbiliment għandu jkun spezzjonat ta’ l-inqas darba kull sitt xhur.

3. Jekk

(a) irregolaritajiet sinifikanti li jaffettwaw 5 % jew aktar ta’ l-operazzjonijiet ta’ għajnuna eżaminati,

(b) diskrepanzi sinifikattivi b’paragun ma’ l-operazzjonijiet ta’ qabel

tar-riċevitur, isiru magħrufa, l-Istat Membru għandu jintensifika l-operazzjonijiet ta’ spezzjoni imsemmija fil-paragrafu 2 u immedjatament jinforma lill-Kummissjoni.

4. Stati Membri għandhom jieħdu lura l-flus fi ħlasijiet li saru bi żball, kif ukoll l-interess fuqhom. Ir-rati ta’ interessi li applikati għandhom ikunu dawk iffissati skond l-Artikolu 3 jew 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 411/88 [8] u għandhom ikunu kkalkulati mid-data ta’ ħlas ta’ l-għajnuna.

5. Salv f’każijiet ta’ forza maġġuri, jekk minn xi spezzjoni joħroġ illi għajnuna applikata jew imħallsa hija ogħla minn dik attwalment dovuta skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament:

- din għandha titnaqqas bi 15 % jekk id-differenza hija anqas minn 8 % u b’50 % jekk id-differenza hija bejn 8 % u 20 %. Jekk din tkun diġà tħallset, 15 % jew 50 % ta’ l-ammont, kif ikun xieraq, għandu jitħallas lura,

- l-ebda għajnuna m’għandha tingħata, jew l-għajnuna kollha għandha titħallas lura, jekk id-differenza hija aktar minn 20 %.

6. Jekk l-ispezzjoni turi illi d-differenza msemmija fil-paragrafu 5 ġejja minn żball fl-applikazzjoni li sar jew apposta jew b’negliġenza kbira, l-applikant m’għandux jingħata għajnuna għal sitt xhur mid-data ta’ notifika ta’ din l-esklużjoni.

Artikolu 6

Ir-Regolament (KEE) Nru 756/70 huwa hawnhekk imħassar.

Garanziji mogħtija taħt it-tieni daħla ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1)(b) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu rilaxxati malli l-Istat Membru jkun daħħal l-arranġamenti ta’ kontroll speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 u ħareġ l-awtorizzazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2742/90 [9] u għal dawk il-kwantitajiet li, fl-14 ta’ Ottubru 1990, ikunu għadhom ma’ laħqux id-destinazzjonijiet speċifikati fit-tieni u t-tielet daħliet ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 756/70. Fejn id-destinazzjonijiet ta’ hawn fuq ikunu ntlaħqu sa l-14 ta’ Ottubru 1990, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jitolbu r-rilaxx immedjat tal-garanziji billi jagħtu applikazzjoni akkompanjata b’dokumenti li jivverifikaw il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12 jew 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 569/88 [10].

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun applikat għal casein u caseinate prodotti b’seħħ mill-15 ta’Ottubru 1990.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-10 ta’ Ottubru 1990.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, ta’ l-1.6.1968, pġ. 13.

[2] ĠU L 378, tas-27.12.1989, pġ. 1.

[3] ĠU L 169, tat-18.7.1968, pġ. 6.

[4] ĠU L 138, tal-31.5.1990, pġ. 8.

[5] ĠU L 91, tal-25.4.1970, pġ. 28.

[6] ĠU L 268, tad-29.9.1990, pġ. 85.

[7] ĠU L 201, tal-31.7.1990, pġ. 7.

[8] ĠU L 40, ta’ l-1.2.1988, p. 25.

[9] ĠU L 264, ta’ l-1.9.1990, p. 20.

[10] ĠU L 55, ta’ l-1.3.1988, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Rekwiżiti dwar komposizzjoni

Casein u caseinate indikati hawn taħt ser ikollhom kontenut ta' proteini ta' ħalib minbarra l-casein li ma jaqbiżx 5 % tal-kontenut totali ta' proteini ta' ħalib

I.Casein aċiduż

1.Kontenut massimu ta' ftit tixrib | 12,00 % |

2.Kontenut massimu ta' xaħam | 1,75 % |

3.Aċidi liberi, espressi bħala aċidu biz-zokkor tal-ħalib (massimu) | 0,30 % |

II.Rennet casein

1.Kontenut massimu ta' ftit tixrib | 12,00 % |

2.Kontenut massimu ta' xaħam ta' | 1,00 % |

3.Kontenut minimu ta' irmied | 7,50 % |

III.Dawk li bih isir il-ġobon

1.Kontenut massimu ta' ftit tixrib | 6,00 % |

2.kontenut minimu ta' sustanzi ta' proteini tal-ħalib | 88,00 % |

3.Kontenut massimu ta' xaħam u irmied | 6,00 % |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Rekwiżiti għall-komposizzjoni

Casein u caseinate indikati hawn taħt għandhom ikollhom kontenut ta’ proteini ta’ ħalib minbarra l-casein li ma jaqbiżx 5 % tal-kontenut totali ta’ proteini ta’ ħalib.

| Casein aċiduż | Rennet-casein |

I.Caeins

1.moisture massimu kontenut | 10,00 % | 8,00 % |

2.Kontenut massimu ta’ xaħam | 1,50 % | 1,00 % |

3.Aċidi liberi mogħtija f’aċidi biz-zokkor tal-ħalib– massimu | 0,20 % | - |

4.Kontenut minimu ta’ irmied | - | 7,50 % |

5.Kont ta’ bakterja totali (massimu fi 1 g) | 30000 | 30000 |

6.Coliforms (fi 10,1 g) | assenza | assenza |

7.Thermophilic bacterial count (massimu fi 1 g) | 5000 | 5000 |

IICaseinates

1.Kontenut ta’ ftit tixrib massimu | 6,00 % | |

2.Kontenut minimu f’sustanzi ta’ protejini ta’ ħalib | 88,00 % | |

3.Xaħam massimu u kontenut ta’ irmied | 6,00 % | |

4.Kont totalo ta’ mikrobi (massimu fi 1 g) | 30000 | |

5.Coliforms (in 0,1 g) | assenza | |

6.Kont ta’ Thermophilic mikrobi (massimu f 1 g) | 5000 | |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Rekwiżiti għall-Komposizzjoni

Casein u caseinate b'kontenut ta' proteini ta' ħalib minbarra l-casein dak li ma jaqbiżx is-17 % tal-kontenut totali ta' proteini ta' ħalib

I.Caseins

1.Kontenut massimu ta' ftit tixrib | 8,00 % |

2.Kontenut massimu ta' xaħam | 1,50 % |

3.Aċidi liberi, mogħtija bħala aċidu biz-zokkor tal-ħalib– massimu | 0,20 % |

4.Kontenut massimu ta' biz-zokkor tal-ħalib | 1,00 % |

5.Kontenut massimu ta' irmied | 10,00 % |

6.Kont totali ta' mikrobi (il-massimu fi 1 g) | 30000 |

7.Coliforms (in 0,1 g) | Xejn |

8.Kont totali ta' Thermopilic bacteria (massimu fi 1 g) | 5000 |

II.Caseinates

1.Kontenut massimu ta' ftit tixrib | 6,00 % |

2.Totali minimu ta' kontenut ta' proteini ta' ħalib | 85,00 % |

3.Kontenu massimu ta' xaħam | 1,50 % |

4.Kontenut massimu ta' lactose | 1,00 % |

5.Kontenut massimu ta' irmied | 6,50 % |

6.Kont totali ta' mikrobi (massimu fi 1 g) | 30000 |

7.Coliforms (in 0,1 g) | Xejn |

8.kont ta' thermophilic bacteria (massimu fi 1 g) | 5000 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KONTROLL

(a) Metodu ta’ analiżi

Għal skop ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-metodi ta’ riferenza mniżżla fl-ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 85/503/KEE tal-25 ta’ Ottubru 1985 dwar metodi ta’ analiżi għal Caseins u Caseinates li jittieklu kif imniżżlin hawn taħt u jorbtu:

1. determinazzjoni tal-kontenut ta’ ftit tixrib (mogħti bħala ilma),

2. determinazzjoni tal-kontenut ta’ proteini (proteini),

3. determinazzjoni ta’ aċidità titratabbli (aċidità),

4. determinazzjoni ta’ irmied (jinkludi P2O5).

(b) Definizzjonijiet

1. Kontenut ta’ xaħam

"Kontenut ta’ xaħam" ifisser il-kwantità ta’ sustanza totali miksuba bil-metodu Schmid-Bondzjnski-Ratzlaff jew il-metodu Roese-Gottlieb, mogħtija f’persentaġġ ta’ piż.

2. Kontenut ta’ proteini ta’ ħalib minbarra casein

"Kontenut ta’ proteini tal-ħalib minbarra casein"’ ifisser il-kontenut determinat bil-kejl ta’ -SH u -S-S-gruppi marbutin ma’ proteini, il-valuri ta’ riferenza huma 0,25 % u 3 % rispettivament għal casein pur u protejini ta’ xorrox.

3. Kontenut ta’ lactose

"Kontenut ta’" Lactose ifisser il-kontenut miksub bir-reazzjoni tal-kulur ma’ soluzzjoni ta’ sulphuric phenol wara qsim tal-prodott f’odium bicarbonate u wara s-separazzjoni tax-xorrox bi preċipitazzjoni tal-proteini f’medium aċiduż.

4. Kont totali ta’ mikrobi

"Kont ta’ mikrobi totali" ifisser il-kontenut miksub meta jingħaddu l-kolonni żviluppati fuq culture medium wara inkubazzjoni għall-72 siegħa f’temperatura ta’ 30 °C.

5. Coliforms

"Nuqqas ta’ coliforms" f’0,1 gramma tal-prodott ifisser ir-reazzjoni negattiva miksuba fuq culture medium wara inkubazzjoni għall-24 siegħa f’temperatura ta’ 30 °C.

6. Kont ta’ hermophilic bacterial

Kont ta’ "Thermophilic bacterial" ifisser il-kontenut determinat billi jingħadu l-kolonji żviluppati fuq culture medium wara inkubazzjoni għal 48 siegħa f’temperatura ta’ 55 °C.

(ċ) Kampjun

Il-kampjuni għandhom jittieħdu skond il-proċedura stabbilita permezz Standard Internazzjonali ISO 707; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodu ieħor ta’ kampjuni sakemm dan jikkonforma mal-prinċipji ta’ l-i standard hawn fuq imsemmi.

--------------------------------------------------