11.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 167/171


P9_TA(2022)0414

L-istabbiliment tal-Programm ta' Politika tal-2030 għad-Deċennju Diġitali

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm ta' Politika tal-2030 “Il-Perkors għad-Deċennju Diġitali” (COM(2021)0574 – C9-0359/2021 – 2021/0293(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 167/36)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0574),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0359/2021),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2022 (1),

—

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

—

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Lulju 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0159/2022),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 194, 12.5.2022, p. 87.


P9_TC1-COD(2021)0293

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Novembru 2022 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2022/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm ta' Politika tal-2030 dwar id-Deċennju Diġitali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni (UE) 2022/2481.)