20.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/5


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10215 — CVC/Carlyle/MedRisk)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 139/05)

1.   

Fit-13 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

—

The Carlyle Group, Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

MedRisk Holdco, LLC (“MedRisk”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Carlyle.

CVC u Carlyle jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MedRisk kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CVC: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment u pjattaformi li għandhom interessi f’kumpaniji attivi f’diversi industriji primarjament fl-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerka u r-reġjun tal-Asja-Paċifiku,

—

Carlyle: ġestjoni ta’ assi alternattivi globali ta’ fondi attivi globalment f’dixxiplini ta’ inverstiment differenti, inklużi fondi ta’ ekwità privata korporattiva, proprjetà immobbli, u riżorsi naturali,

—

MedRisk: forniment ta’ terapija fiżika ġestita għall-industrija tal-kumpens tal-ħaddiema u s-setturi tas-suq relatati fl-Istati Uniti tal-Amerka.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10215 — CVC/Carlyle/MedRisk

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.