5.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1848

tal-4 ta’ Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 692/2014 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Ġunju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/386/PESK u r-Regolament (UE) Nru 692/2014 (2), dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.

(2)

Billi l-indirizzi tas-siti web għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz u dettalji oħra ta’ kuntatt għan-notifiki lill-Kummissjoni elenkat fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 692/2004 jistgħu jinbidlu maż-żmien, u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 692/2014, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li temenda l-Anness I tiegħu.

(3)

Jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 692/2014 jiġi sostitwit peress li l-informazzjoni li fih jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(4)

Dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ftagħhom fl-Istati Membri kollha.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 692/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 692/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, punt (e), il-kelma “Anness” hija sostitwita b’“Anness I”;

(2)

fl-Artikolu 9(1) u (3), il-kelma “Anness” hija sostitwita b’“Anness I”;

(3)

fl-Artikolu 9, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness I abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.”;

(4)

L-Anness I huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-4 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. STANJURA


(1)   ĠU L 183, 24.6.2014, p. 70.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat-23 ta’ Ġunju 2014 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 9).


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 692/2014 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS I

Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni

IL-BELĠJU

https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy-areas/peace-and-security/sanctions/belgian-authorities-in-charge-implementation-restrictive-measures-eu

IL-BULGARIJA

https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

IĊ-ĊEKJA

www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

L-ESTONJA

https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid

L-IRLANDA

https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

L-ITALJA

https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/

ĊIPRU

https://mfa.gov.cy/themes/

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

L-UNGERIJA

https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

MALTA

https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

IN-NETHERLANDS

https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

IL-POLONJA

https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

IL-PORTUGALL

https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

https://um.fi/pakotteet

L-IŻVEZJA

https://www.regeringen.se/sanktioner

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA)

Rue de Spa 2

B-1049 Brussell, il-Belġju

Email: relex-sanctions@ec.europa.eu

”.