|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6783 |
29.12.2025 |
Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-finanzjament tal Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP) u l-Istrument ta' Appoġġ għall-Ukrajna skont ir-Regolament EDIP
(C/2025/6783)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirrikonoxxu l-ħtieġa imperattiva li tiġi appoġġata l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea u l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ukrena biex tiżdied il-kompetittività tagħhom billi jitħaffef l-aġġustament tal-industrija għall-bidliet strutturali, inkluż billi jiżdiedu l-kapaċitajiet ta' produzzjoni u tiżdied il-kooperazzjoni fl-akkwist ta' prodotti tad-difiża, b'mod partikolari fid-dawl tal-isfidi maħluqa mill-gwerra ta' aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċeduri baġitarji annwali futuri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tesplora bħala kwistjoni ta' prijorità, filwaqt li tqis l-impenji politiċi preċedenti tal-awtorità baġitarja, inkluż biex jiġi kopert il-kost tal-imgħax tal-EURI, l-għażliet biex jissaħħaħ il-baġit għall-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u l-Istrument ta' Appoġġ għall-Ukrajna f'konformità mal-punt 18 tal-FII dwar id-dixxiplina baġitarja mingħajr ma jitnaqqsu programmi u fondi simili tal-UE.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6783/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)