<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-168/19</NO.CASE><NO.CASE>C-169/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0168</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:338">EU:C:2020:338</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200430">30.4.2020</DATE> – Kawżi magħquda C‑168/19 u C‑169/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Istituto nazionale della previdenza sociale</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P><P>[Test rettifikat permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20200608">8 ta’ Ġunju 2020</DATE>]</P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 18 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema tas-settur pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Pensjonant li jirrisjedi fi Stat Membru differenti minn dak li jħallsu pensjoni tal-irtirar u li ma għandux in-nazzjonalità tal-Istat Membru ta’ residenza</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq id-dħul</KEYWORD><KEYWORD>Allegat telf ta’ vantaġġi fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Allegat ostakolu għall-moviment liberu u allegata diskriminazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑168/19 u C‑169/19,</P><P>li jirrigwardaw żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte dei conti – Sezione Giurisdizionale per la Regione Puglia (Il-Qorti tal-Awdituri – Awla Ġurisdizzjonali għar-Reġjun tal-Puglia, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20180710">10 ta’ Lulju 2018</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190225">25 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HB</HT> (C-168/19),</P><P><HT TYPE="BOLD">IC</HT> (C-169/19)</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn L. S. Rossi, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn E. De Bonis, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn P. Cottin u J.-C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn R. Kanitz u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>[Kif rettifikat permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20200608">8 ta’ Ġunju 2020</DATE>] għall-Gvern Elleniku, minn E.-M. Mamouna u A. Magrippi kif ukoll minn K. Georgiadis, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn E. de Moustier u A. Alidière kif ukoll minn D. Colas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u M. Noort, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg u H. Eklinder, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Gossement u B.-R. Killmann, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ żewġ tilwimiet bejn rispettivament HB u IC minn naħa u l-Istituto nazionale della previdenza sociale (l-Istituzzjoni Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali, l-Italja) min-naħa l-oħra rigward ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tħallashom l-ammont tal-pensjoni ta’ rtirar tagħhom rispettivi mingħajr it-tnaqqis tat-taxxi Taljani.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-convenzione tra la Repubblica italiana e la Repubblica portoghese per evitare le doppie imposizioni e prevenire l’evasione fiscale in materia di imposte sul reddito (il-Ftehim bejn ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika Portugiża għall-ħelsien mit-taxxa doppja u sabiex tiġi evitata l-evażjoni fiskali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul), iffirmat f’Ruma fl-<DATE ISO="19800514">14 ta’ Mejju 1980</DATE>, irrattifikat mir-Repubblika Taljana bil-legge n. 562 (il-Liġi Nru 562), tal-<DATE ISO="19820710">10 ta’ Lulju 1982</DATE> (suppliment ordinarju għall-GURI Nru 224, tas-<DATE ISO="19820816">16 ta’ Awwissu 1982</DATE>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim Italo-Portuguż<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2), il-pensjonijiet u kumpens ieħor simili li jitħallsu lil residenti fi Stat kontraenti minħabba xi impjieg fl-imgħoddi għandhom ikunu taxxabbli biss f’dak l-Istat.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(2) tal-Ftehim Italo-Portugiż jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>a)</NO.P><TXT>Il-pensjonijiet imħallsa minn wieħed mill-Istati kontraenti, minn waħda mis-sottodiviżjonijiet politika jew amministrattiva jew minn waħda mill-kollettivitajiet lokali, jew direttament jew permezz ta’ tnaqqis mill-fondi li huma kkostitwiti minnhom, lil persuna fiżika abbażi ta’ servizzi pprovduti f’dan l-Istat jew f’din il-kollettività lokali, huma taxxabbli biss fl-imsemmi Stat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Madankollu, dawn il-pensjonijiet huma taxxabbli biss fl-Istat kontraenti l-ieħor jekk il-persuna fiżika hija residenti ta’ dan l-Istat u għandha n-nazzjonalità tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>HB u IC, ta’ nazzjonalità Taljana, huma ex aġenti tas-settur pubbliku Taljan. Huma t-tnejn benefiċjarji ta’ penjoni tal-irtirar imħallsa mill-INPS. Wara li ttrasferew ir-residenza tagħhom fil-Portugall, huma talbu lill-INPS, matul l-2015, li jirċievu, b’applikazzjoni tal-Artikolu 18 u 19(2) tal-Ftehim Italo-Portugiż, l-ammont gross tal-pensjoni tal-irtirar ta’ kull xahar tagħhom, mingħajr it-tnaqqis tat-taxxa mis-sors mir-Repubblika Taljana. L-INPS ċaħdet dawn it-talbiet, peress li kkunsidrat li, abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim Italo-Portugiż, għad-differenza tal-pensjonijiet Taljani tas-settur privat, l-aġenti rtirati tas-settur pubbliku Taljan għandhom jiġu ntaxxati fl-Italja, u unikament f’dan l-Istat kontraenti. HB u IC it-tnejn ippreżentaw rikors kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Corte dei conti – Sezione Giurisdizionale per la Regione Puglia (Il-Qorti tal-Awdituri – Awla Ġurisdizzjonali għar-Reġjun tal-Puglia, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-Ftehim Italo-Portugiż jistabbilixxi nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament manifest bejn il-pensjonanti Taljani tas-settur privat u tas-settur pubbliku residenti fil-Portugall, sa fejn tal-ewwel jibbenefikaw indirettament minn trattament fiskali iktar vantaġġuż mit-tieni, li jikkostitwixxi, skont din il-qorti, ostakolu għall-moviment liberu ggarantit lil kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-Artikolu 21 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirreleva wkoll li d-differenza fit-trattament fiskali tal-pensjonijiet tal-irtirar taċ-ċittadini Taljani li jittrasferixxu r-residenza tagħhom fil-Portugall, skont jekk ikunux ex aġenti tas-settur pubbliku jew ex impjegati tas-settur privat, tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità pprojbita mill-Artikolu 18 TFUE, peress li, sabiex ikunu jistgħu jiġu ntaxxati fil-Portugall, il-kundizzjoni ta’ residenza hija biżżejjed għat-tieni, filwaqt li tal-ewwel għandhom ukoll jiksbu n-nazzjonalità Portugiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte dei conti – Sezione Giurisdizionale per la Regione Puglia (Il-Qorti tal-Awdituri – Awla Ġurisdizzjonali għar-Reġjun tal-Puglia, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja id-domanda preliminari li ġejja, ifformulata b’mod identiku fiż-żewġ kawżi magħquda:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tipprevedi fir-rigward ta’ persuna residenti fi Stat Membru ieħor, li rċeviet kompletament id-dħul tagħha mill-ewwel Stat Membru iżda li ma hijiex ċittadina tat-tieni Stat, tassazzjoni tad-dħul mingħajr il-benefiċċji fiskali offruti minn dan tal-aħħar?<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikoli 18 u 21 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li d-dħul ta’ persuna residenti fi Stat Membru ieħor, li tkun kisbet it-totalità tad-dħul tagħha fl-ewwel Stat Membru iżda li ma għandhiex in-nazzjonalità tat-tieni Stat Membru, huma unikament intaxxati fl-ewwel Stat Membru, fejn din il-persuna hija minħabba f’hekk eskluża mill-benefiċċju tal-vantaġġi fiskali offruti mit-tieni Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. F’din il-perspettiva, jekk ikun meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Gómez del Moral Guasch</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑125/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:138">EU:C:2020:138</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, fl-ewwel lok, li, minkejja li l-qorti tar-rinviju ma tippreċiżax jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ttrasferewx ir-residenza tagħhom fil-Portugall wara li temmew kull attività professjonali jew le, hija tikkunsidra li s-sitwazzjoni tagħhom hija rregolata mill-Artikolu 21 TFUE relatat mal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni. Billi tibbaża ruħha fuq din id-dispożizzjoni tat-Trattat FUE, il-qorti tar-rinviju tidher li qegħda tindika lill-Qorti tal-Ġustizzja li t-trasferiment ta’ residenza sar wara l-waqfien ta’ kwalunkwe attività professjonali tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali. Għaldaqstant, huwa fir-rigward ta’ din iċ-ċirkustanza biss li l-Qorti tal-Ġustizzja ser teżamina d-domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Gvern Belġjan u dak Svediż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, l-Artikolu 18 TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, huwa applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li kull ċittadin tal-Unjoni jista’ jgawdi mill-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità li tinsab fl-Artikolu 18 TFUE f’sitwazzjoni fejn ikun eżerċita l-libertà fundamentali tiegħu ta’ moviment u li joqgħod fuq it-territorju tal-Istati Membri mogħtija mill-Artikolu 21 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Raugevicius</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑247/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:898">EU:C:2018:898</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>TopFit u Biffi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑22/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:497">EU:C:2019:497</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-tielet u l-aħħar lok, għandu jiġi rrilevat li mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tal-Ftehim Italo-Portugiż, redatti fl-istess termini bħad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-mudell ta’ ftehim fiskali relatat mad-dħul u l-patrimonju stabbilit mill-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiċi (OCDE), fil-verżjoni tiegħu tal-2014, huma intiżi sabiex jaqsmu l-ġurisdizzjoni fiskali bejn ir-Repubblika Taljana u r-Repubblika Portugiża għal dak li jikkonċerna l-pensjonijiet u jinvolvu, f’dan ir-rigward, fatturi ta’ konnessjoni differenti skont jekk il-persuni taxxabbli kinux jaħdmu fis-settur privat jew fis-settur pubbliku. Fir-rigward ta’ din l-aħħar kategorija ta’ persuni taxxabbli, dawn huma, bħala prinċipju, intaxxati fl-Istat debitur tal-pensjoni tal-irtirar, ħlief jekk għandhom in-nazzjonalità tal-Istat kontraenti l-ieħor ta’ fejn huma residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 18 u 21 TFUE jipprekludux sistema fiskali li tirriżulta minn ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja konkluż bejn żewġ Stati Membri, li abbażi tiegħu l-ġurisdizzjoni fiskali ta’ dawn l-Istati Membri fil-qasam ta’ tassazzjoni fuq il-pensjoni tal-irtirar hija maqsuma skont jekk il-benefiċjarji tagħhom kinux jeżerċitaw impjieg fis-settur privat jew fis-settur pubbliku u, f’dan l-aħħar każ, skont jekk għandhomx jew le, in-nazzjonalità tal-Istat Membru ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, adita b’talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar il-kwistjoni dwar jekk il-ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni għandhomx ikunu kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u, b’mod ġenerali, mal-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mid-dritt primarju tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Istati Membri huma liberi, fil-kuntest ta’ ftehim bilaterali għall-ħelsien minn taxxa doppja, li jistabbilixxu l-fatturi ta’ konnessjoni għall-finijiet tat-tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bukovansky</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:766">EU:C:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li ftehim bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja, bħall-Ftehim Italo-Portugiż, għandu l-għan li jiġi evitat li l-istess dħul jiġi ntaxxat f’kull waħda miż-żewġ partijiet f’din il-konvenzjoni u mhux li jiġi ggarantit li t-taxxa li għaliha hija suġġetta l-persuna taxxabbli f’parti kontraenti ma tkunx ogħla minn dik li għaliha hija tkun suġġetta fil-parti kontraenti l-oħra (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bukovansky</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:766">EU:C:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ma huwiex mhux raġonevoli għall-Istati Membri li jużaw il-kriterji segwiti fil-prassi fiskali internazzjonali u, b’mod partikolari, kif għamlu r-Repubblika Taljana u r-Repubblika Portugiża f’dan il-każ kif jirriżulta mill-punt 14 ta’ din is-sentenza, il-mudell ta’ ftehim fiskali dwar id-dħul u l-patrimonju stabbilit mill-OCDE, li l-Artikolu 19(2) tiegħu, fil-verżjoni tal-2014, jipprovdi fatturi ta’ konnessjoni bħall-Istat li jħallas u n-nazzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gilly</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:221">EU:C:1998:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-l-ewwel sentenza tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Nru 1107/2009 tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Sauvage u Lejeune</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑602/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:856">EU:C:2018:856</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta, fi ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja konkluża bejn Stati Membri, il-kriterju ta’ nazzjonalità jidher f’dispożizzjoni li l-għan tagħha jkun it-tqassim tal-ġurisdizzjoni fiskali, din id-differenzazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità ma tistax titqies li tikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bukovansky</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:766">EU:C:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-għażla tal-Istat debitur tal-pensjoni tal-irtirar (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>l-Istat li jħallas<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) bħala li għandu ġurisdizzjoni sabiex jintaxxa l-pensjonijiet riċevuti mis-settur pubbliku ma tistax, minnha nfisha, jkollha riperkussjonijiet negattivi għall-persuni taxxabbli kkonċernati, sa fejn in-natura favorevoli jew sfavorevoli tat-trattament fiskali rriżervat għal dawn il-persuni taxxabbli ma jirriżultax eżattament mill-għażla tal-fattur ta’ konnessjoni, iżda mil-livell ta’ tassazzjoni tal-Istat li għandu l-ġurisdizzjoni, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta’ skali ta’ tassazzjoni diretta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Gilly</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑336/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:221">EU:C:1998:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn applikazzjoni għaċ-ċirkustanzi tal-kawżi prinċipali tal-prinċipju li joħorġu mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mfakkra fil-punti 16 sa 20 ta’ din is-sentenza jirriżulta li d-differenza fit-trattament li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jallegaw li sofrew tirriżulta mit-tqassim tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn il-partijiet għall-Ftehim Italo-Portugiż u min-nuqqas ta’ ugwaljanza li teżisti bejn is-sistemi fiskali rispettivi ta’ dawn il-partijiet kontraenti. Issa, l-għażla tal-imsemmija partijiet, sabiex titqassam il-ġurisdizzjoni ta’ tassazzjoni, ta’ fatturi ta’ konnessjoni differenti, bħal, f’dan il-każ, l-Istati debitur tal-pensjoni tal-irtirar u n-nazzjonalità, ma għandhiex tiġi kkunsidrata, bħala tali, bħala li tikkostitwixxi diskriminazzjoni pprojbita mill-Artikoli 18 u 21 TFUE (ara, b’analoġija, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151119">19 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Bukovansky</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:766">EU:C:2015:766</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 18 u 21 TFUE ma jipprekludux sistema fiskali li tirriżulta minn ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja konkluż bejn żewġ Stati Membri, li abbażi tiegħu l-ġurisdizzjoni fiskali ta’ dawn l-Istati Membri fil-qasam ta’ tassazzjoni fuq il-pensjoni tal-irtirar hija maqsuma skont jekk il-benefiċjarji tagħhom kinux jeżerċitaw impjieg fis-settur privat jew fis-settur pubbliku u, f’dan l-aħħar każ, skont jekk għandhomx jew le, in-nazzjonalità tal-Istat Membru ta’ residenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 18 u 21 TFUE ma jipprekludux sistema fiskali li tirriżulta minn ftehim għall-ħelsien mit-taxxa doppja konkluż bejn żewġ Stati Membri, li abbażi tiegħu l-ġurisdizzjoni fiskali ta’ dawn l-Istati Membri fil-qasam ta’ tassazzjoni fuq il-pensjoni tal-irtirar hija maqsuma skont jekk il-benefiċjarji tagħhom kinux jeżerċitaw impjieg fis-settur privat jew fis-settur pubbliku u, f’dan l-aħħar każ, skont jekk għandhomx jew le, in-nazzjonalità tal-Istat Membru ta’ residenza.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="6"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>