IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 15.9.2021
COM(2021) 574 final
ANNESS
tal-
Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
li tistabbilixxi l-Programm ta' Politika tal-2030 “Perkors għad-Deċennju Diġitali”
{SWD(2021) 247 final}
ANNESS - Oqsma ta’ attività
Oqsma ta’ attività:
(a)Infrastruttura u servizzi tad-data komuni Ewropej;
(b)L-għoti ta’ proċessuri tal-ġenerazzjoni li jmiss b’konsum baxx tal-enerġija lill-Unjoni;
(c)L-iżvilupp tal-introduzzjoni pan-Ewropea tal-kurituri 5G;
(d)L-akkwist ta’ supercomputers u kompjuters kwantistiċi, konnessi mal-EuroHPC;
(e)L-iżvilupp u l-użu ta’ infrastrutturi tal-komunikazzjoni ultrasiguri, kwantistiċi u bbażati fl-ispazju;
(f)L-introduzzjoni ta’ network ta’ ċentri tal-operazzjonijiet tas-sigurtà;
(g)Amministrazzjoni pubblika konnessa;
(h)Infrastruttura Ewropea tal-blockchain għas-servizzi;
(i)Hubs ta’ innovazzjoni diġitali Ewropej;
(j)Sħubijiet ta’ teknoloġija avvanzata għall-ħiliet diġitali permezz tal-Patt għall-Ħiliet;
(k)Proġetti oħra li jissodisfaw il-kriterji kollha tal-Artikolu 12 ta’ din id-Deċiżjoni u li jsiru meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-programm ta’ politika Deċennju Diġitali maż-żmien minħabba żviluppi soċjali, ekonomiċi jew ambjentali emerġenti.