|
13.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 247/50 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1140
tal-5 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/687 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 67 u tal-Artikolu 272(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, l-aktar il-mard tal-kategoriji A, B u C f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod aktar partikolari, ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi restrizzjonijiet u kundizzjonijiet għall-movimenti tal-annimali u tal-prodotti tagħhom fiż-żoni ristretti u ’l barra minnhom, bħala parti mill-miżuri għall-kontroll tat-tixrid tal-mard tal-kategorija A. |
|
(2) |
Ir-regoli previsti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jissupplimentaw dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429. Jinkludu diversi aspetti tekniċi tal-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ikun hemm suspett jew konferma ta’ mard imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/429. Minħabba li dawn ir-regoli huma interrelatati, huma stabbiliti flimkien fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Fl-interess taċ-ċarezza u għall-applikazzjoni effettiva tagħhom, huwa xieraq li r-regoli li jemendaw ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġu stabbiliti wkoll f’att delegat wieħed li jipprovdi sett komprensiv ta’ miżuri tekniċi għall-kontroll tal-mard elenkat rilevanti. |
|
(3) |
L-Artikolu 21(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi l-possibbiltà għall-awtorità kompetenti biex tiddeċiedi jekk tistabbilixxix żona ristretta f’ċerti ċirkostanzi jew le. Il-formulazzjoni attwali ta’ dak l-Artikolu tista’ tiżvija, għax tista’ tiġi interpretata b’modi differenti. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-Artikolu jiġi emendat biex jipprevedi b’mod ċar dik il-possibbiltà. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jkunu proporzjonati għar-riskji involuti. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet ikopru biss dawk l-ispeċijiet ta’ annimali u l-prodotti tagħhom li jippreżentaw riskju għat-tixrid ta’ marda partikolari tal-kategorija A, filwaqt li jitqiesu l-ispeċijiet ta’ annimali elenkati għall-marda rilevanti tal-kategorija A. |
|
(5) |
L-Artikolu 22(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi l-obbligu li jinħareġ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn żona ristretta u jiġu mċaqalqa barra minnha mingħajr ma jispeċifika l-ispeċijiet ta’ annimali koperti minn dik id-dispożizzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li dak il-paragrafu jiġi emendat biex jillimita dan l-obbligu għall-konsenji ta’ prodotti sekondarji miksuba mill-annimali tal-ispeċijiet elenkati għall-marda tal-kategorija A rilevanti. |
|
(6) |
L-Artikolu 272(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali relatati mat-tħassir ta’ diversi Direttivi eżistenti, l-aktar id-Direttivi tal-Kunsill 92/66/KEE (4), 2000/75/KE (5), 2001/89/KE (6), 2002/60/KE (7), 2003/85/KE (8) u 2005/94/KE (9). B’mod partikolari, jipprevedi l-possibbiltà li dawk id-Direttivi jkomplu japplikaw minflok l-artikoli korrispondenti ta’ dak ir-Regolament għal perjodu ta’ tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni tiegħu jew sa data aktar bikrija li għandha tiġi ddeterminata f’att delegat. F’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, l-Artikolu 112 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi li d-Direttivi 92/66/KEE, 2001/89/KE, 2003/85/KE u 2005/94/KE iridu jieqfu japplikaw mill-21 ta’ April 2021, minħabba li dak ir-Regolament Delegat jistabbilixxi regoli li jikkorrispondu ma’ dawk stabbiliti qabel f’dawk id-Direttivi. |
|
(7) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jistabbilixxi wkoll regoli dwar il-miżuri għall-kontroll tal-mard kollu tal-kategorija A, inkluż id-deni Afrikan tal-ħnieżer. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 112 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi emendat billi tiżdied id-Direttiva 2002/60/KE, li tistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż, mal-lista ta’ Direttivi li għandhom jieqfu japplikaw mill-14 ta’ Lulju 2021. |
|
(8) |
Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (10) jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-bluetongue. Dawk ir-regoli ser japplikaw mill-21 ta’ April 2021. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 112 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi emendat billi tiżdied id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue, mal-lista ta’ Direttivi li għandhom jieqfu japplikaw mill-14 ta’ Lulju 2021, sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-inkonsistenza tar-regoli fis-seħħ fir-rigward tas-sorveljanza, tal-eradikazzjoni u tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-bluetongue fl-Unjoni. |
|
(9) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jistabbilixxi l-projbizzjonijiet li jridu jiġu implimentati mill-awtorità kompetenti fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-każ ta’ tifqigħa tal-mard tal-kategorija A biex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-marda. Dawn il-projbizzjonijiet huma elenkati fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament Delegat. Madankollu, il-projbizzjoni fuq il-movimenti tal-konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza mhijiex kompluta, peress li din tirreferi biss għal ċerti prodotti sekondarji tal-annimali. Dan jista’ joħloq riskju għat-tixrid tal-mard matul l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti f’dak ir-Regolament Delegat. Jenħtieġ li l-anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiċċara li l-movimenti kollha tal-konsenji ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza huma pprojbiti. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 japplika mill-21 ta’ April 2021. Fl-interessi taċ-ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 21(3), il-frażi tal-bidu hija sostitwita b’dan li ġej: “3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi, wara li twettaq valutazzjoni tar-riskju li tqis il-profil tal-marda, li ma tistabbilixxix żona ristretta meta sseħħ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fil-postijiet li ġejjin:” |
|
2. |
fl-Artikolu 22, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Prodotti sekondarji tal-annimali tal-ispeċijiet elenkati, li joriġinaw minn żona ristretta u li jiġu mċaqalqa barra minnha għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali maħruġ minn veterinarju uffiċjali li jiddikjara li huwa permess li jiġu mċaqalqa miż-żona ristretta fil-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità kompetenti f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.” |
|
3. |
L-Artikolu 112 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 112 Tħassir 1. Id-Direttivi 92/66/KEE, 2001/89/KE, 2003/85/KE u 2005/94/KE kif ukoll l-atti adottati fuq il-bażi ta’ dawk id-Direttivi, għandhom jieqfu japplikaw b’effett mill-21 ta’ April 2021. 2. Id-Direttivi 2000/75/KE u 2002/60/KE kif ukoll l-atti adottati fuq il-bażi ta’ dawk id-Direttivi, għandhom jieqfu japplikaw b’effett mill-14 ta’ Lulju 2021.” |
|
4. |
L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda Newcastle (ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1).
(5) Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74).
(6) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5).
(7) Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
ANNESS
Fl-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
PROJBIZZJONIJIET TA’ ATTIVITAJIET LI JIKKONĊERNAW L-ANNIMALI U L-PRODOTTI RELATATI MAL-MARD TAL-KATEGORIJA A1 |
FMD |
RP |
RVFV |
LSD |
CBPP |
SPGP |
PPR |
CCPP |
CSF |
ASF |
AHS |
GLAND |
HPAI |
NCD |
|
|
Movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
X |
X |
|
|
Movimenti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati għal stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
X |
X |
|
|
Ripopolazzjoni ta’ annimali tal-kaċċa tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
X |
X |
|
|
Fieri, swieq, wirjiet u ġemgħat oħrajn ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati, inkluż il-ġbir u d-dispersjoni ta’ dawk l-ispeċijiet |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
X |
X |
|
|
Movimenti ta’ semen, ooċiti u embrijuni miksuba minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X2 |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
|
|
Ġbir ta’ semen, ooċiti u embrijuni minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NP |
NA |
NA |
NA |
|
|
Inseminazzjoni artifiċjali itineranti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
|
|
Servizz naturali itineranti ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
NA |
NA |
|
|
Movimenti ta’ bajd għat-tifqis minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
|
|
Movimenti ta’ laħam frisk, eskluż il-ġewwieni, minn annimali miżmuma u selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, minn biċċeriji jew stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
NP |
NP |
X |
X |
NP |
X |
X |
NP |
NA |
X |
X |
|
|
PROJBIZZJONIJIET TA’ ATTIVITAJIET LI JIKKONĊERNAW L-ANNIMALI U L-PRODOTTI RELATATI MAL-MARD TAL-KATEGORIJA A1 (kont.) |
FMD |
RP |
RVFV |
LSD |
CBPP |
SPGP |
PPR |
CCPP |
CSF |
ASF |
AHS |
GLAND |
HPAI |
NCD |
|
|
Movimenti tal-ġewwieni tal-annimali miżmuma u selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati, minn biċċeriji jew stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NP |
NA |
X |
X |
|
|
Movimenti ta’ prodotti tal-laħam miksuba minn laħam frisk tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
NP |
NP |
NP |
X |
NP |
X |
X |
NP |
NA |
X |
X |
|
|
Movimenti ta’ ħalib mhux ipproċessat u kolostru miksubin minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
NP |
X |
X |
NP |
NA |
NA |
NP |
NA |
NA |
NA |
|
|
Movimenti ta’ prodotti tal-ħalib u prodotti abbażi tal-kolostru minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
X |
X |
X |
X |
NP |
X |
X |
NP |
NA |
NA |
NP |
NA |
NA |
NA |
|
|
Movimenti ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem minn stabbilimenti fiż-żona ristretta |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
NA |
X |
X |
|
|
Movimenti ta’ prodotti sekondarji tal-annimali minn annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati minn stabbilimenti fiż-żona ristretta, għajr karkassi sħaħ jew partijiet ta’ annimali mejta |
Demel, inkluż il-mifrex u l-marqad użat |
X |
X |
X |
X |
NP |
X |
X |
NP |
X |
X |
NP |
NA |
X |
X |
|
Ġlud, suf, lanżit u rix |
X |
X |
X |
X |
NP |
X |
X |
NP |
X |
X |
NP |
NA |
X |
X |
|
|
Prodotti sekondarji tal-annimali għajr demel, inkluż il-mifrex u l-marqad użat, u għajr ġlud, suf, lanżit u rix |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
NA |
X |
X |
|
|
PROJBIZZJONIJIET TA’ ATTIVITAJIET LI JIKKONĊERNAW L-ANNIMALI U L-PRODOTTI (kont.) RELATATI MAL-MARD TAL-KATEGORIJA A1 |
FMD |
RP |
RVFV |
LSD |
CBPP |
SPGP |
PPR |
CCPP |
CSF |
ASF |
AHS |
GLAND |
HPAI |
NCD |
|
|
Movimenti ta’ materjal tal-għalf li joriġina mill-pjanti u tiben miksubin fiż-żona ta’ protezzjoni |
X |
X |
NP |
NP |
NP |
NP |
NP |
NP |
NP |
NP |
NP |
NA |
NP |
NP |
|
NOTES
|
1 |
Abbrevjazzjonijiet għall-mard tal-Kategorija A f’konformità mal-Anness II |
|
2 |
Ooċiti u embrijuni biss |
|
NA |
= |
Mhux applikabbli |
|
X |
= |
projbizzjoni |
|
NP |
= |
Mhux ipprojbit |