<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-798/18</NO.CASE><NO.CASE>C-799/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0798</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:280">EU:C:2021:280</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210415">15.4.2021</DATE> – Kawżi magħquda C‑798/18 u C‑799/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie)</HT> <HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="SC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi</KEYWORD><KEYWORD>Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/28/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(3)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli</KEYWORD><KEYWORD>Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi</KEYWORD><KEYWORD>Emenda ta’ skema ta’ sostenn</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑798/18 u C‑799/18,</P><P>li għandhom bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tat‑<DATE ISO="20180928">28 ta’ Settembru 2018</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20181217">17 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie)</HT> <HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT> (C‑798/18),</P><P><HT TYPE="BOLD">Athesia Energy Srl <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT> (C‑799/18),</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dello Sviluppo economico,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Elettricità Futura Unione delle imprese elettriche italiane,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Confederazione generale dell’agricoltura italiana – Confagricoltura,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, M. Ilešič, E. Juhász, C. Lycourgos u I. Jarukaitis (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn V. Onida, C. Montella u B. Randazzo, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Elettricità Futura Unione delle imprese elettriche italiane u l-Confederazione generale dell’agricoltura italiana – Confagricoltura, minn V. Onida u B. Randazzo, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Varrone u de G. Aiello, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn S. Eisenberg u D. Klebs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn K. Boskovits, S. Charitaki u A. Magrippi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Centeno Huerta, J. Ruiz Sánchez u A. Rubio González, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn O. Beynet, K. Talabér‑Ritz, Y. Marinova, G. Gattinara u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tad-<DATE ISO="20201029">29 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 216(2) TFUE, flimkien mat-Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija, approvat f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika bid-Deċiżjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, tat‑<DATE ISO="19970923">23 ta’ Settembru 1997</DATE>, rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 24, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta tal-Enerġija<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="140" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 140, p. 16</REF.DOC.OJ>), moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effett utli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ tilwimiet bejn, minn naħa, fil-Kawża C‑798/18, il-Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie) (il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Impriżi Elettrotekniċi u Elettroniċi) u 159 impriża tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi u, fil-Kawża C‑799/18, Athesia Energy Srl u 15‑il<?PAGE NO="3"?> impriża oħra li joperaw fl-istess settur, u, min-naħa l-oħra, il-ministero dello Sviluppo economico (il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku, l-Italja) u Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA fir-rigward tal-annullament tad-digrieti li jimplimentaw dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali li jipprovdu għal reviżjoni tat-tariffi ta’ inċentiv għall-produzzjoni tal-elettriku minn installazzjonijiet fotovoltajċi u għall-modalitajiet ta’ ħlas marbuta magħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Promozzjoni, protezzjoni u trattament ta’ l-investimenti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistipula, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kull Parti Kontraenti għandha, skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, tinkoraġġixxi u toħloq kondizzjonijet stabbli, ekwi, favorevoli u trasparenti għall-investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra biex jagħmlu investimenti fiż-żona tagħha. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu impenn biex jagħtu dejjem trattament ġust u ekwu lill-investimenti ta’ investituri ta’ Partijiet Kontraenti oħra. Dawn l-investimenti għandhom ukoll igawdu l-aktar protezzjoni u sigurtà kostanti u l-ebda Parti Kontraenti ma tista’ b’xi mod ixxellef b’miżuri mhux raġonevoli jew diskriminatorji l-amministrazzjoni, l-manutenzjoni, l-użu, it-tgawdija jew it-tneħħija tagħhom. […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 14 u 25 tad-Direttiva 2009/28 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(14)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni ta’ miri nazzjonali mandatorji huwa li jipprovdi ċertezza għall-investituri u li jinkoraġġixxi żvilupp kontinwu ta’ teknoloġiji li jiġġeneraw l-enerġija mit-tipi kollha ta’ sorsi rinnovabbli. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(25)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom potenzjali għall-enerġija rinnovabbli differenti u joperaw skemi differenti ta’ appoġġ għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell nazzjonali. […] Għall-iffunzjonar tajjeb tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali huwa kruċjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkontrollaw l-effett u l-ispejjeż tal-iskemi ta’ appoġġ nazzjonali tagħhom skont il-potenzjali differenti tagħhom. Mezz importanti biex jintlaħaq l-għan ta’ din id-Direttiva hu li jkun garantit il-funzjonament tajjeb ta’ skemi ta’ appoġġ nazzjonali, bħal fid-Direttiva 2001/77/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20010927">27 ta’ Settembru 2001</DATE> fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern ta’ l-elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121)], sabiex tinżamm il-fiduċja tal-investitur u sabiex jiġi permess lill-Istati Membri jfasslu miżuri nazzjonali effettivi għall-konformità mal-mira. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/28, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Hija tistabbilixxi miri nazzjonali mandatorji għas-sehem globali ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija u għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fit-trasport. […]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Miri u miżuri globali nazzjonali mandatorji għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli […] fil-konsum finali gross ta’ enerġija fl-2020 jkun mill-inqas il-mira globali nazzjonali tiegħu għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fit-tielet kolonna tat-tabella fil-Parti A tal-Anness I. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri mfassla b’mod effikaċi biex jiżguraw li s-sehem ta’ enerġija mis-sorsi rinnovabbli tkun ugwali għal jew taqbeż dawk murija fit-trajettorja indikattiva stabbilita fil-Parti B tal-Anness I.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sabiex jintlaħqu l-miri mniżżla fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, japplikaw il-miżuri li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>skemi ta’ sostenn;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-decreto legislativo n. 387 – Attuazione della direttiva 2001/77/KE relativa alla promozione dell’energia elettrica prodotta da fonti energetiche rinnovabili nel mercato interno dell’elettricità (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 387, li jimplimenta d-Direttiva 2001/77/KE fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-suq intern tal-elettriku) tad‑<DATE ISO="20031229">29 ta’ Diċembru 2003</DATE> (Suppliment Ordinarju tal-GURI Nru 25, tal‑<DATE ISO="20040131">31 ta’ Jannar 2004</DATE>, p. 5, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, il-ministro delle Attività produttive [il-Ministru tal-Attivitajiet Produttivi], bi qbil mal-ministro dell’Ambiente e della Tutela del territorio [il-Ministru tal-Ambjent u tal-Protezzjoni tat-Territorju], bi qbil mal-Conferenza unificata [il-Konferenza Unifikata], għandu jadotta digriet jew diversi digrieti li permezz tagħhom jiġu ddefiniti l-kriterji sabiex tiġi inċentivata l-produzzjoni tal-enerġija elettrika mill-enerġija solari.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr spejjeż għall-baġit tal-Istat u skont il-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ, il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti mill-entitajiet sabiex jibbenefikaw mill-miżura ta’ inċentiv;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>jistabbilixxu l-modalitajiet sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-inċentiv. Fir-rigward tal-elettriku prodott permezz ta’ konverżjoni fotovoltajka tal-enerġija solari, dawn jipprevedu tariffa ta’ inċentiv speċifika, ta’ ammont dejjem jonqos u ta’ tul li jippermetti li tiġi ggarantita remunerazzjoni ekwa tal-ispejjeż tal-investiment u tal-operat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jistabbilixxu mira ta’ saħħa nominali li għandha tiġi installata;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>jistabbilixxu wkoll il-limitu massimu għas-saħħa elettrika akkumulata tal-installazzjonijiet kollha li jistgħu jibbenefikaw mill-inċentiv;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tad-decreto legislativo n. 28 – Attuazione della direttiva 2009/28/KE sulla promozione dell’uso dell’energia da fonti rinnovabili, recante modifica e successiva abrogazione delle direttive 2001/77/KE e 2003/30/KE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 28 li jittrasponi d-Direttiva 2009/28/KE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li jemenda u sussegwentement iħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE) tat‑<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE> (Suppliment Ordinarju tal-GURI Nru 71, tat‑<DATE ISO="20110328">28 ta’ Marzu 2011</DATE>, p. 1, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Mekkaniżmi ta’ inċentiv<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet operati minn sorsi rinnovabbli u li bdew joperaw wara l-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE> għandha tibbenefika minn inċentiv permezz tal-istrumenti u abbażi tal-kriterji ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-produzzjoni ta’ enerġija elettrika mill-installazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tibbenefika minn inċentivi abbażi tal-kriterji ġenerali li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-inċentiv għandu bħala għan li jiggarantixxi ħlas ekwu għall-ispejjeż ta’ investiment u ta’ operat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-tul taż-żmien tad-dritt tal-inċentiv huwa daqs it-tul ta’ ħajja utli medja konvenzjonali tat-tip ta’ installazzjonijiet ikkonċernat u jibda jiddekorri mid-data tad-dħul fis-servizz ta’ dawn l-installazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>l-inċentiv ma jvarjax matul it-tul taż-żmien kollu tad-dritt u jista’ jieħu inkunsiderazzjoni l-valur ekonomiku tal-enerġija prodotta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-inċentivi għandhom jingħataw permezz ta’ kuntratti tad-dritt privat konklużi bejn GSE u l-entità responsabbli għall-installazzjonijiet, fuq il-bażi ta’ tip ta’ kuntratt iddefinit mill-Autorità per l’energia elettrica e il gas [l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass] […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 25 ta’ dan id-digriet leġiżlattiv:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="025.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet li jużaw sorsi rinnovabbli u li bdew joperaw mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE> għandha tiġi inkoraġġita mill-mekkaniżmi eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="025.010"><NO.PARAG>10.</NO.PARAG><ALINEA><P>[…] l-inċentiv għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi li jibdew joperaw wara [l‑<DATE ISO="20110531">31 ta’ Mejju 2011</DATE>] għandu jkun irregolat bid-digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku li għandu jiġi adottat sat-<DATE ISO="20110430">30 ta’ April 2011</DATE> b’kooperazzjoni mal-ministro dell’Ambiente e della Tutela del [territorio e del] Mare [il-Ministru tal-Ambjent u tal-Protezzjoni<?PAGE NO="6"?> tat-Territorju u tal-Baħar], wara l-konsultazzjoni tal-Konferenza Unifikata prevista fl-Artikolu 8 tad-decreto legislativo n. 281 (id-Digriet Leġislattiv Nru 281), tat‑<DATE ISO="19970828">28 ta’ Awwissu 1997</DATE>, abbażi tal-prinċipji li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>iffissar ta’ limitu annwali għas-saħħa elettrika prodotta minn installazzjonijiet fotovoltajċi li huma ammissibbli għall-benefiċċju tat-tariffi ta’ inċentiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iffissar ta’ tariffi ta’ inċentiv fid-dawl tat-tnaqqis fl-ispejjeż tat-teknoloġiji u tal-installazzjonijiet kif ukoll tal-miżuri ta’ inċentiv applikati fl-Istati Membri […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tbassir ta’ tariffi ta’ inċentiv u ta’ partijiet differenzjati fid-dawl tan-natura tas-sit tal-installazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Digriet Leġislattiv Nru 387/2003 […] fil-limitu tal-kompatibbiltà tagħhom ma’ dan il-paragrafu.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 tad-decreto-legge n. 91 – Disposizioni urgenti per il settore agricolo, la tutela ambientale e l’efficientamento energetico dell’edilizia scolastica e universitaria, il rilancio e lo sviluppo delle imprese, il contenimento dei costi gravanti sulle tariffe elettriche, nonché per la definizione immediata di adempimenti derivanti dalla normativa europea (id-Digriet Liġi Nru 91 dwar dispożizzjonijiet urġenti għas-settur agrikolu, il-protezzjoni tal-ambjent u l-effettività enerġetika tal-binjiet tal-iskejjel u tal-universitajiet, ir-rilanċ u l-iżvilupp tal-intrapriżi, il-limitazzjoni tal-ispejjeż imposti fuq it-tariffi tal-elettriku, kif ukoll għad-definizzjoni immedjata tal-formalitajiet li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Ewropea), tal‑<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE> (GURI Nru 144, tal‑<DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>), ikkonvertit f’liġi, b’emendi, bil-Liġi Nru 116, tal‑<DATE ISO="20140811">11 ta’ Awwissu 2014</DATE> (Suppliment Ordinarju tal-GURI Nru 192, tal‑<DATE ISO="20140820">20 ta’ Awwissu 2014</DATE>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Digriet Liġi Nru 91/2014<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex titjieb il-ġestjoni tat-termini għall-ġbir u għall-ħlas ta’ inċentivi u tiġi ffavorita politika iktar sostenibbli ta’ sostenn għall-enerġiji rinnovabbli, it-tariffi ta’ inċentiv tal-enerġija elettrika prodotta minn installazzjonijiet fotovoltajċi solari, irrikonoxxuti fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv [Nru 387/2003] u tal-Artikolu 25(10) tad-Digriet Leġislattiv [Nru 28/2011] għandhom jitħallsu skont il-modalitajiet previsti f’dan l-artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mit-tieni semestru [tas-sena] 2014, [GSE] għandha tħallas it-tariffi ta’ inċentiv imsemmija fil-paragrafu 1, b’pagamenti mensili kostanti, sal-ammont ta’ 90 % tal-kapaċità stmata ta’ produzzjoni annwali medja ta’ kull installazzjoni, matul is-sena kalendarja ta’ produzzjoni u tagħmel kalkolu, skont il-produzzjoni effettiva, qabel it‑30 ta’ Ġunju tas-sena sussegwenti. Il-modalitajiet operazzjonali huma stabbiliti minn GSE fil-ħmistax‑il jum ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ dan id-digriet u approvati permezz ta’ digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="026.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa mill-<DATE ISO="20150101">1 ta’ Jannar 2015</DATE>, it-tariffa ta’ inċentiv għall-enerġija prodotta permezz tal-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 200 kW għandha tiġi organizzata mill-ġdid, skont l-għażla tal-operatur, abbażi ta’ waħda mill-għażliet segwenti li għandha tiġi kkomunikata lil GSE sa mhux iktar tard mit-<DATE ISO="20141130">30 ta’ Novembru 2014</DATE>:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-tariffa għandha titħallas għal tul ta’ żmien ta’ 24 sena b’effett mill-bidu tal-funzjonament tal-installazzjonijiet, u għalhekk hija tiġi kkalkolata mill-ġdid skont il-perċentwali ta’ tnaqqis indikata fit-tabella prevista fl-Anness 2 ta’ dan id-digriet;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>bla ħsara għat-tul ta’ żmien tal-ħlas ta’ 20 sena, it-tariffa għandha tiġi organizzata mill-ġdid billi jiġi previst l-ewwel perijodu ta’ benefiċċju minn tariffa mnaqqsa meta mqabbla mat-tariffa attwali u t-tieni perijodu ta’ benefiċċju minn tariffa miżjuda bl-istess mod. Il-perċentwali tar-riorganizzazzjoni huma stabbiliti b’digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku, fuq parir tal-Autorità per l’energia elettrica, il gas e il sistema idrico [l-Awtorità għall-Enerġija Elettrika, il-Gass u n-Network tal-Ilma], li għandu jiġi adottat sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20141001">1 ta’ Ottubru 2014</DATE>, b’mod li jippermetti, f’każ ta’ adeżjoni ta’ dawk kollha li għandhom dritt għall-għażla, iffrankar ta’ mill-inqas EUR 600 miljun kull sena għall-perijodu 2015‑2019, meta mqabbel mal-ħlas previst bit-tariffi fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>bla ħsara għat-tul ta’ żmien tal-ħlas ta’ 20 sena, it-tariffa għandha tiġi mnaqqsa b’perċentwali tal-miżura ta’ inċentiv fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet, għat-tul ta’ żmien residwu tal-perijodu ta’ applikazzjoni tal-imsemmija miżura, skont l-ammonti segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>6 % għall-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 200 kW u sas-saħħa nominali ta’ 500 kW;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>7 % għall-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 500 kW u sas-saħħa nominali ta’ 900 kW;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>8 % għall-installazzjonijiet ta’ saħħa nominali ta’ iktar minn 900 kW.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>Fin-nuqqas ta’ komunikazzjoni min-naħa tal-operatur, GSE għandha tapplika l-għażla prevista fil-paragrafu (c).</P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="026.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Il-benefiċjarju tat-tariffa ta’ inċentiv prevista fil-paragrafi 3 u 4 għandu l-fakultà li jaċċedi għal finanzjamenti bankarji ta’ ammont massimu ekwivalenti għad-differenza bejn l-inċentiv diġà miksub fil-<DATE ISO="20141231">31 ta’ Diċembru 2014</DATE> u l-inċentiv organizzat mill-ġdid fis-sens tal-paragrafi 3 u 4. Minn dawn il-finanzjamenti jistgħu jibbenefikaw, b’mod kumulattiv jew alternattiv, fuq il-bażi ta’ ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> mas-sistema bankarja, dispożizzjonijiet speċifiċi jew garanziji mogħtija mill-Cassa Depositi e Prestiti SpA […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Anie tirrappreżenta l-impriżi li jeżerċitaw, fl-Italja, attività intiża għall-produzzjoni ta’ oġġetti u/jew servizzi fis-settur elettrotekniku u elettroniku, jew f’setturi relatati. Hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>federazzjoni tal-ewwel livell<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, li fiha jingħaqdu assoċjazzjonijiet settorjali, li fosthom hemm l-assoċjazzjoni Anie Energie Rinnovabili, li għandha bħala għan il-protezzjoni tal-industrija tas-settur tal-enerġija rinnovabbli. Ir-rikorrenti l-oħra fil-kawża prinċipali huma kumpanniji u intraprendituri individwali, proprjetarji u persuni responsabbli għal installazzjoni fotovoltajka waħda jew iktar b’saħħa ta’ iktar minn 200 kW, li jinsabu f’lokalitajiet differenti tat-territorju Taljan, li kkonkludew ma’ GSE ftehimiet għal perijodu ta’ 20 sena, ikkwalifikati bħala kuntratti rregolati mid-dritt privat, fis-sens tad-dritt Taljan, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-tariffa ta’ inċentiv għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika li tirriżulta mill-konverżjoni fotovoltajka. Għalhekk, dawn ir-rikorrenti kienu jibbenefikaw minn miżuri ta’ inċentivi previsti fl-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003 u fl-Artikolu 25 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011. GSE hija kumpannija pubblika kkontrollata kollha kemm hi mill-ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, l-Italja) u li lilha ngħataw diversi funzjonijiet ta’ natura pubblika fis-settur tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-iskema Taljana ta’ inċentivi għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi ġiet emendata bl-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, implimentata permezz ta’ digrieti ministerjali tas-16 u tas-<DATE ISO="20141017">17 ta’ Ottubru 2014</DATE>, li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jitolbu l-annullament tagħhom quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva, essenzjalment, li l-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 ippreveda riorganizzazzjoni tal-inċentivi għall-installazzjonijiet b’saħħa ta’ iktar minn 200 kW sabiex tittejjeb il-ġestjoni tat-termini tal-ġbir u tal-ħlas tal-inċentivi kif ukoll sabiex tiġi promossa politika iktar sostenibbli ta’ għajnuna għall-enerġiji rinnovabbli. Hija tindika wkoll li, skont din id-dispożizzjoni, il-leġiżlatur Taljan impona fuq l-operaturi tas-settur ikkonċernat it-tranżizzjoni għal sistema tariffarja differenti skont waħda mill-għażliet previsti fil-paragrafu 3 tal-imsemmija dispożizzjoni. Kull waħda minn dawn l-għażliet taffettwa mingħajr dubju b’mod negattiv is-sitwazzjoni ta’ dawn l-operaturi kif stabbilita fil-ftehimiet ta’ inċentivi konklużi bejn dawn tal-aħħar u GSE, billi tintroduċi elementi ġodda f’dawn il-ftehimiet, f’dak li jirrigwarda t-tul jew l-ammont tat-tariffi ta’ inċentiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tindika li, skont l-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, għat-tieni semestru tas-sena 2014, it-tariffi ta’ inċentiv kellhom jitħallsu fil-forma ta’ pagamenti mensili kostanti sal-ammont ta’ 90 % tal-kapaċità stmata ta’ produzzjoni medja annwali ta’ kull installazzjoni matul is-sena kalendarja ta’ produzzjoni, filwaqt li sussegwentement isir il-kalkolu fid-dawl tal-produzzjoni effettiva. Għalhekk, din id-dispożizzjoni bidlet il-kundizzjonijiet kuntrattwali fis-seħħ, billi ssostitwixxiet il-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>produzzjoni effettiva<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> b’dak tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>kapaċità ta’ produzzjoni medja annwali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-benefiċjarji tal-inċentivi inkwistjoni aċċedew għall-iskema ta’ sostenn taħt kundizzjonijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu, quddiem l-imsemmija qorti, li d-Digrieti Ministerjali tas-16 u tas-<DATE ISO="20141017">17 ta’ Ottubru 2014</DATE> affettwaw negattivament relazzjonijiet pendenti, diġà suġġetti għad-deċiżjonijiet rispettivi ta’ ammissjoni għall-benefiċċju tat-tariffi ta’ inċentiv u għall-ftehimiet konklużi konsegwentement ma’ GSE, u ppreġudikaw serjament l-aspettattivi leġittimi tagħhom. Huma jinvokaw ukoll ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-Direttiva 2009/28, sa fejn l-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 introduċa b’mod retroattiv miżuri ta’ inċentivi inqas favorevoli, li jistgħu jfixklu l-kundizzjonijiet inizjali ta’ investimenti diġà mwettqa, u għaldaqstant, għandu jibqa’ mhux applikat sa fejn imur kontra d-dritt primarju u sekondarju tal-Unjoni. Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku jitlob li r-rikorsi kontra dawn id-digrieti ministerjali jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-kawżi prinċipali jifformaw parti minn diversi kawżi li fil-kuntest tagħhom impriżi li jinsabu f’sitwazzjonijiet analogi għal dik tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali qajmu l-istess kwistjonijiet bħal dawk imqajma fil-kawżi prinċipali. B’hekk, il-qorti tar-rinviju adixxiet lill-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) bil-kwistjoni tal-kostituzzjonalità tal-Artikolu 26(3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014. Il-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali), permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20170124">24 ta’ Jannar 2017</DATE>, iddeċidiet li din id-dispożizzjoni ma kinitx tmur kontra l-Kostituzzjoni Taljana. Hija kkonstatat li l-imsemmija dispożizzjoni tikkostitwixxi intervent li, fir-rigward tal-ibbilanċjar ekwu tal-interessi opposti inkwistjoni, jissodisfa interess ġenerali intiż sabiex jikkonċilja l-għajnuna għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli ma’ tnaqqis tal-oneru irrappreżentat mill-ispejjeż relatati għall-utenti finali tal-enerġija elettrika. Hija ddeċidiet, barra minn hekk, li l-emenda tal-iskema<?PAGE NO="9"?> ta’ inċentivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali la kienet imprevedibbli u lanqas f’daqqa, b’tali mod li operatur ekonomiku prudenti u avżat seta’ jieħu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp leġiżlattiv possibbli, fid-dawl tan-natura temporanja u mutabbli tal-iskemi ta’ sostenn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, madankollu, li l-imsemmija sentenza tal-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) ma ddeċidietx dwar ċerti kwistjonijiet rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawżi prinċipali u li għandha ssir domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddetermina jekk huwiex permess li l-leġiżlatur nazzjonali, skont id-dritt tal-Unjoni, jintervjeni b’mod li jaffettwa b’mod sfavorevoli mhux biss l-iskema ġenerali ta’ inċentivi, applikabbli għall-impriżi tas-settur ikkonċernat, iżda wkoll il-ftehimiet konklużi individwalment minn dawn l-impriżi ma’ kumpannija pubblika, f’dan il-każ GSE, għad-determinazzjoni tal-miżuri ta’ inċentivi konkreti għal perijodu ta’ 20 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Hija tistaqsi, b’mod partikolari, jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali kkonċernati humiex kompatibbli mal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn l-intervent leġiżlattiv inkwistjoni fil-kawża prinċipali biddel unilateralment il-kundizzjonijiet legali li abbażi tagħhom ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienu bdew l-attività ekonomika tagħhom, u dan fl-assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw tali emenda. Għal dawn l-istess raġunijiet, hija għandha wkoll dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, li jirrigwardaw, rispettivament, il-libertà tal-intrapriża u d-dritt għall-proprjetà, kif ukoll mal-Artikolu 10 tal-Karta tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, id-dispożizzjonijiet nazzjonali kkonċernati jistgħu jkunu kuntrarji għall-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28, sa fejn dawn jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-iskemi ta’ sostenn għall-produzzjoni tal-elettriku mill-installazzjonijiet fotovoltajċi, li għandhom, skont din id-direttiva, ikunu stabbli u kostanti. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu wkoll jippreġudikaw l-għanijiet tal-politika tal-enerġija, fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’kull waħda mill-kawżi magħquda, id-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hi dik li tinsab fl-Artikolu 26(2) u (3) tad-[Digriet Liġi Nru 91/2014], li tnaqqas jew aħjar idewwem b’mod sinjifikattiv il-ħlas tal-inċentivi diġà mogħtija b’liġi u ddefiniti skont ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> miftiehma mill-produtturi tal-elettriku mill-konverżjoni fotovoltajika mal-[GSE], kumpannija pubblika inkarigata b’din il-funzjoni?</P><P>B’mod partikolari tali dispożizzjoni nazzjonali hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-[Unjoni ta’ protezzjoni] tal-aspettattivi leġittimi, ta’ ċertezza legali, ta’ koperazzjoni leali u ta’ effettività mal-Artikoli 16 u 17 tal-[Karta]; mad-Direttiva [2009/28] u mar-regolamentazzjoni tal-iskemi ta’ appoġġ li huma previsti hemmhekk; mal-Artikolu 216(2) TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tat-Trattat tal-[Karta tal-Enerġija]?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<DATE ISO="20190205">5 ta’ Frar 2019</DATE>, il-Kawżi C‑798/18 u C‑799/18 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u dik orali, kif ukoll għall-finijiet tas-sentenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28 u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif ukoll l-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-tnaqqis jew il-posponiment tal-ħlas tal-inċentivi għall-enerġija prodotta mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi mogħtija preċedentement permezz ta’ deċiżjonijiet amministrattivi u kkonfermati permezz ta’ ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> konklużi bejn l-operaturi ta’ dawn l-installazzjonijiet u kumpannija pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Dik il-qorti tirrileva li l-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 organizza mill-ġdid l-inċentivi għall-installazzjonijiet ta’ saħħa ta’ iktar minn 200 kW, mogħtija skont l-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003 jew l-Artikolu 25 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, sabiex itejbu l-ġestjoni tat-termini tal-ġbir u tal-ħlas ta’ inċentivi u sabiex tiġi promossa politika iktar sostenibbli ta’ sostenn għall-enerġiji rinnovabbli. Dan l-Artikolu 26 b’hekk ipprovda, fil-paragrafu 2 tiegħu, li, mit-tieni semestru tas-sena 2014, it-tariffi ta’ inċentiv għandhom jitħallsu fil-forma ta’ pagamenti mensili kostanti sa 90 % tal-kapaċità stmata ta’ produzzjoni medja annwali ta’ kull installazzjoni matul is-sena kalendarja ta’ produzzjoni, filwaqt li sussegwentement isir il-kalkolu fid-dawl tal-produzzjoni effettiva. Barra minn hekk, huwa stabbilixxa t-tranżizzjoni għal sistema tariffarja differenti skont waħda mill-għażliet indikati fil-paragrafu 3 tiegħu, jiġifieri l-estensjoni tat-tul ta’ żmien tal-inċentiv, li huwa ta’ 24 sena, bi tnaqqis proporzjonali tal-pagamenti annwali ta’ perċentwali partikolari, it-tnaqqis tal-ammonti għall-perijodu mis-sena 2015 sas-sena 2019, ikkumpensat b’żieda għall-perijodu sussegwenti, jew tnaqqis tat-tariffa b’perċentwali li għandha tiġi ddeterminata skont is-saħħa nominali tal-installazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-imsemmi Artikolu 26 jista’ jmur kontra d-dritt tal-Unjoni, peress li naqqas it-tariffi u emenda l-modalitajiet ta’ ħlas ta’ inċentivi diġà mogħtija skont l-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003 kif ukoll l-Artikolu 25(10) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011 u kkonfermati permezz ta’ ftehimiet konklużi individwalment minn GSE mal-operaturi tal-installazzjonijiet fotovoltajċi, li jindikaw it-tariffi ta’ inċentiv konkreti u l-modalitajiet speċifiċi tal-ħlas tagħhom għal perijodu ta’ 20 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward, fl-ewwel lok, tad-Direttiva 2009/28 li l-iskema ta’ inċentivi fil-kawża prinċipali hija intiża li timplimenta, din għandha l-għan, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, li tiddefinixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, billi tistabbilixxi, b’mod partikolari, miri nazzjonali mandatorji dwar is-sehem tal-enerġija prodotta minn tali sorsi fil-konsum finali gross tal-enerġija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28 jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu, b’mod partikolari, japplikaw skemi ta’ sostenn sabiex jiksbu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 3(1) u (2) ta’ din id-direttiva, li jipprovdu, minn naħa, li kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija fl-2020 jikkorrispondi mill-inqas għall-mira nazzjonali globali tiegħu, kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness I tal-imsemmija direttiva, u, min-naħa l-oħra, li l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri mfassla b’mod effettiv sabiex jiżguraw li s-sehem tagħhom tal-enerġija prodotta minn tali sorsi tkun mill-inqas ugwali għal dak previst fit-trajettorja indikattiva stabbilita fil-Parti B tal-Anness I tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-premessa 25 tad-Direttiva 2009/28, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[l]-Istati Membri għandhom potenzjali għall-enerġija rinnovabbli differenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u huwa essenzjali li jkunu jistgħu, sabiex jiżguraw il-funzjonament tajjeb tal-iskemi ta’ sostenn nazzjonali, li jikkontrollaw l-effetti u l-ispejjeż tal-iskemi ta’ sostenn tagħhom skont il-potenzjal tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28 u, b’mod partikolari, tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jistgħu<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, l-Istati Membri ma humiex obbligati jadottaw skemi ta’ sostenn sabiex jippromwovu l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Fil-fatt, huma għandhom marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward tal-miżuri li huma jqisu xierqa sabiex jintlaħqu l-miri mandatorji nazzjonali globali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Anness I tagħha. Tali marġni ta’ diskrezzjoni jimplika li l-Istati Membri huma liberi li jadottaw, jemendaw jew iħassru skemi ta’ sostenn, bil-kundizzjoni, b’mod partikolari, li dawn il-miri jintlaħqu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat li, kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita, meta l-Istati Membri jadottaw, b’dan il-mod, miżuri li permezz tagħhom jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni, huma jkunu marbuta josservaw il-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt, inkluż, b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ ċertezza legali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, li temenda skema ta’ sostenn billi tnaqqas it-tariffi u temenda l-modalitajiet ta’ ħlas ta’ inċentivi għall-produzzjoni tal-elettriku mill-installazzjonijiet fotovoltajċi, sa fejn din tosserva dawn il-prinċipji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mit-titoli u l-kontenut rispettivi tagħhom, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003 jimplimenta d-Direttiva 2001/77 u d-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011 jittrasponi fid-dritt Taljan id-Direttiva 2009/28, li ħassret din l-ewwel direttiva. Minn dan isegwi li d-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-digrieti leġiżlattivi jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta, b’tali mod li din hija applikabbli għat-tilwimiet fil-kawżi prinċipali. Konsegwentement, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali previst mill-Karta għandu jintlaħaq meta ssir tali traspożizzjoni, indipendentement mill-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istat Membri għandhom f’din it-traspożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190729">29 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Pelham <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑476/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:624">EU:C:2019:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward, l-ewwel nett, tal-Artikolu 17 tal-Karta, dan jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li kull persuna għandha d-dritt li tgawdi mill-proprjetà tal-beni tagħha li tkun akkwistat legalment, li tużahom, li tiddisponi minnhom u li tħallihom bħala wirt u li l-ebda persuna ma tista’ tiġi mċaħħda mill-proprjetà tagħha, ħlief fl-interess pubbliku, fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti mil-liġi, bi ħlas ta’ kumpens xieraq fi żmien utli għal dak li tkun tilfet. Barra minn hekk, l-użu tal-proprjetà jista’ jiġi rregolat bil-liġi sa fejn dan ikun meħtieġ fl-interess pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-protezzjoni mogħtija f’dan l-artikolu ma tirrigwardax biss sempliċi interessi jew opportunitajiet ta’ natura kummerċjali, li n-natura aleatorja tagħhom tifforma parti sħiħa mis-sustanza stess tal-attivitajiet ekonomiċi, iżda drittijiet li għandhom valur patrimonjali li minnhom tirriżulta, fid-dawl tal-ordinament ġuridiku, pożizzjoni ġuridika miksuba li tippermetti li dawn id-drittijiet jiġu eżerċitati b’mod awtonomu<?PAGE NO="12"?> minn u favur il-proprjetarju tagħhom (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Österreich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:28">EU:C:2013:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Użufrutt fuq artijiet agrikoli),</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑235/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:432">EU:C:2019:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi evalwat, f’dan il-każ, jekk il-garanziji mogħtija mill-Artikolu 17(1) tal-Karta jestendux għall-inċentivi għall-produzzjoni tal-enerġija fotovoltajka, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-ammonti tagħhom għadhom ma tħallsux, iżda li kienu ngħataw fil-kuntest ta’ skema ta’ sostenn eżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk jistax jitqies li dawn l-inċentivi għandhom valur patrimonjali, mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, jirriżulta li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 52(3) tal-Karta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> imsemmi fl-ewwel parti ta’ dan l-Artikolu 1 għandu portata awtonoma li ma hijiex limitata għall-proprjetà tal-beni korporali u li ċerti drittijiet u interessi oħra li jikkostitwixxu attiv jistgħu jitqiesu wkoll li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>drittijiet patrimonjali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (il-Qorti EDB, <DATE ISO="20040622">22 ta’ Ġunju 2004</DATE>, Broniowski vs Il-Polonja, CE:ECHR:2004:0622JUD003144396, punt 129).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qieset għalhekk li, f’ċerti ċirkustanzi, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jista’ jkopri valuri patrimonjali, inklużi krediti (ara, f’dan is-sens, il-Qorti EDB, <DATE ISO="20040928">28 ta’ Settembru 2004</DATE>, Kopecký vs Is-Slovakkja, CE:ECHR:2004:0928JUD004491298, punt 35).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-proċessi ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ftehimiet konklużi minn GSE mal-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi kkonċernati skont l-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003 kif ukoll l-Artikolu 25(10) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, kienu hekk konklużi b’mod <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> u individwali u li dawn il-ftehimiet kienu jindikaw it-tariffi ta’ inċentiv speċifiċi u t-tul taż-żmien tal-ħlas tagħhom. Għaldaqstant, jidher li l-inċentivi mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u kkonfermati mill-imsemmija ftehimiet ma kinux jikkostitwixxu sempliċi interessi jew opportunitajiet ta’ natura kummerċjali, iżda kellhom valur patrimonjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, jeħtieġ ukoll, sabiex id-dritt għal inċentivi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jkun jista’ jaqa’ taħt il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 17 tal-Karta, li tiġi eżaminata l-kwistjoni dwar jekk dan id-dritt jikkostitwixxix pożizzjoni ġuridika miksuba, fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Österreich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:28">EU:C:2013:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret, fil-punt 61 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑398/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:535">EU:C:2015:535</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali jirriżulta li dħul futur jista’ jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>beni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li jista’ jibbenefika mill-protezzjoni tal-Artikolu 17 tal-Karta biss jekk ikun diġà ġie miksub, jekk kien is-suġġett ta’ kreditu ċert jew jekk ikun hemm ċirkustanzi speċifiċi li jistgħu joħolqu, fir-rigward tal-parti kkonċernata, aspettattivi leġittimi għall-ksib ta’ valur patrimonjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ, fid-dawl tal-punti 30 u 39 ta’ din is-sentenza, li tiġi eżaminata l-portata tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li għandu bħala korollarju tiegħu l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jeżiġi, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari u preċiżi u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-persuni suġġetti għalihom, b’mod partikolari meta jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u l-impriżi. B’mod partikolari, l-imsemmi prinċipju jeżiġi li leġiżlazzjoni tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu b’eżattezza l-portata tal-obbligi li hija timponi fuqhom u li dawn tal-aħħar ikollhom il-possibbiltà li jkollhom għarfien tad-drittijiet u tal-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità u li jkunu jistgħu jaġixxu konsegwentement (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita wkoll tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-possibbiltà li jiġi invokat il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi hija miftuħa għal kull operatur ekonomiku li fil-konfront tiegħu awtorità nazzjonali tkun tat lok għal tamiet fondati. Madankollu, fejn operatur ekonomiku prudenti u avżat ikun f’pożizzjoni li jipprevedi l-adozzjoni ta’ miżura ta’ natura li taffettwa l-interessi tiegħu, huwa ma jistax jinvoka dan il-prinċipju jekk il-miżura tiġi adottata. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi ma humiex iġġustifikati li jinvokaw aspettattivi leġittimi għaż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti, li tista’ tinbidel fl-ambitu tas-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet nazzjonali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex konformi mal-imsemmija prinċipji, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja, meta tiddeċiedi fuq rinviju għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, għandha biss ġurisdizzjoni sabiex tipprovdi lil dik il-qorti bil-kriterji kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jippermettulha tevalwa din il-konformità. Il-qorti tar-rinviju tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, għal dan l-għan, il-fatturi kollha rilevanti li jirriżultaw mill-kliem, mill-għan jew mill-istruttura tal-leġiżlazzjonijiet ikkonċernati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Bil-għan li tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandhom jiġu rrilevati, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin, li jirriżultaw mill-proċessi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabelxejn, tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003, li stabbilixxa l-iskema ta’ inċentivi għall-produzzjoni tal-enerġija mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi fl-Italja billi ttraspona d-Direttiva 2001/77, mill-Artikolu 7(2) ta’ dan id-digriet leġiżlattiv jirriżulta li, fir-rigward tal-elettriku prodott mill-installazzjonijiet fotovoltajċi, id-digrieti ministerjali li japplikaw l-imsemmi digriet leġiżlattiv stabbilixxew tariffa ta’ inċentiv speċifika ta’ ammont li jonqos u ta’ tul ta’ żmien li jippermetti li tiġi ggarantita remunerazzjoni ekwa tal-ispejjeż ta’ investiment. Dawn id-digrieti stabbilixxew ukoll limitu massimu għas-saħħa elettrika akkumulata tal-installazzjonijiet kollha li setgħu jibbenefikaw mill-inċentiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni stess ta’ dan l-Artikolu 7 tista’ għalhekk titqies, bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju, bħala li tindika lil operatur ekonomiku prudenti u avżat, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 42 ta’ din is-sentenza, li l-inċentivi inkwistjoni ma kinux iggarantiti għall-operaturi kollha kkonċernati matul perijodu determinat, fid-dawl,<?PAGE NO="14"?> b’mod partikolari, tar-riferiment għal ammont li jonqos tat-tariffi ta’ inċentiv kif ukoll għat-tul ta’ żmien limitat tal-inċentiv u tal-iffissar ta’ limitu massimu tas-saħħa elettrika akkumulata eliġibbli għall-benefiċċju tal-istess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, sussegwentement, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, li ħassar id-Digriet Leġiżlattiv Nru 387/2003, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà għamlet, essenzjalment, l-istess konstatazzjoni billi ddeċidiet, fil-punt 44 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusignano Due</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati abbażi ta’ dan id-digriet kienu ta’ natura li jindikaw immedjatament lil operaturi ekonomiċi prudenti u avżati li l-iskema ta’ inċentivi applikabbli għall-installazzjonijiet solari fotovoltajċi setgħet tiġi adattata, jew imneħħija, mill-awtoritajiet nazzjonali, sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp ta’ ċerti ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011 kien jipprovdi, fl-Artikolu 25 tiegħu, li l-inċentiv għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi huwa rregolat minn digriet ministerjali li jistabbilixxi limitu annwali għas-saħħa elettrika akkumulata ta’ tali installazzjonijiet ammissibbli għall-benefiċċju tat-tariffi ta’ inċentiv u li jipprevedi dawn it-tariffi fid-dawl tat-tnaqqis fl-ispiża tat-teknoloġiji u tal-installazzjonijiet kif ukoll ta’ miżuri ta’ inċentivi applikati fl-Istati Membri l-oħra u tan-natura tas-sit tal-installazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ftehimiet konklużi ma’ GSE, mill-proċessi ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minn naħa, il-ftehimiet konklużi mal-proprjetarji tal-installazzjonijiet fotovoltajċi kkonċernati li bdew jiġu applikati qabel il‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE> kienu jipprevedu biss il-kundizzjonijiet prattiċi għall-ħlas tal-inċentivi, li kienu mogħtija fil-forma ta’ deċiżjoni amministrattiva preċedenti mogħtija minn GSE. Skont il-Gvern Taljan, dawn il-ftehimiet ġew ikklassifikati bħala kuntratti rregolati mid-dritt pubbliku wara att amministrattiv mill-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-inċentivi għall-installazzjonijiet applikati wara l‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dawn l-inċentivi kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>mogħtija<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 24(2)(d) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, permezz ta’ kuntratti rregolati mid-dritt privat konklużi bejn GSE u l-entitajiet responsabbli mill-installazzjonijiet ikkonċernati, abbażi ta’ kuntratt standard iddefinit mill-Awtorità għall-Enerġija Elettrika u l-Gass.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Konsegwentement, jidher, kif indika l-Gvern Taljan fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-ftehimiet konklużi bejn l-operaturi tal-installazzjonijiet fotovoltajċi kkonċernati u GSE kienu ffirmati abbażi ta’ kuntratti standard, li dawn ma kinux jagħtu, bħala tali, inċentivi għal dawn l-installazzjonijiet, iżda kienu jistabbilixxu biss il-modalitajiet tal-ħlas tagħhom, u li, tal-inqas f’dak li jikkonċerna l-ftehimiet konklużi wara l‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, GSE kienet irriżervat id-dritt li temenda unilateralment il-kundizzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar minħabba eventwali żviluppi leġiżlattivi, kif indikat espressament f’dawn il-ftehimiet. Dawn il-fatturi kienu jikkostitwixxu għalhekk indikazzjoni suffiċjentement ċara għall-operaturi ekonomiċi li l-inċentivi kkonċernati setgħu jiġu emendati jew imħassra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-miżuri previsti fl-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 ma jaffettwawx l-inċentivi diġà mħallsa, iżda huma applikabbli biss sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan id-digriet liġi u biss għall-inċentivi previsti, iżda li ma jkunux għadhom dovuti. Konsegwentement, dawn il-miżuri ma humiex retroattivi, kuntrarjament għal dak li jsostnu r-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Dawn iċ-ċirkustanzi kollha jidhru, bla ħsara wkoll għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, li jirriżultaw b’mod ċar mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’tali mod li l-applikazzjoni tagħhom kienet, bħala prinċipju, prevedibbli. Fil-fatt, mill-proċessi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li d-dispożizzjonijiet regolamentari inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew debitament ippubblikati, kienu preċiżi biżżejjed u r-rikorrenti fil-kawża prinċipali kellhom għarfien tal-kontenut tagħhom. Għaldaqstant, operatur ekonomiku prudenti u avżat ma jistax jinvoka ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi minħabba l-emendi magħmula għal din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, kif irrileva wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 48 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dritt allegat mill-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi kkonċernati li jibbenefikaw mill-inċentivi inkwistjoni fil-kawża prinċipali b’mod kostanti għat-tul taż-żmien kollu tal-ftehimiet li huma kkonkludew ma’ GSE ma jikkostitwixxix pożizzjoni ġuridika miksuba u ma jaqax taħt il-protezzjoni prevista fl-Artikolu 17 tal-Karta u, konsegwentement, l-emenda tal-ammonti ta’ dawn l-inċentivi jew tal-modalitajiet ta’ ħlas tagħhom li saret minn dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 ma tistax tiġi assimilata għal preġudizzju għad-dritt għall-proprjetà kif irrikonoxxut minn dan l-Artikolu 17.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-Artikolu 16 tal-Karta, għandu jitfakkar li dan jistabbilixxi l-libertà ta’ intrapriża u jipprevedi li din hija rrikonoxxuta konformement mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll mal-leġiżlazzjonijiet u mal-prattiki nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-protezzjoni mogħtija minn dan l-Artikolu 16 tinkludi l-libertà li tiġi eżerċitata attività ekonomika jew kummerċjali, il-libertà kuntrattwali u l-kompetizzjoni libera, kif jirriżulta mill-ispjegazzjonijiet relatati mal-istess artikolu, li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikolu 52(7) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130122">22 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sky Österreich</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:28">EU:C:2013:28</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-libertà kuntrattwali, fis-sens tal-Artikolu 16 tal-Karta, hija intiża, b’mod partikolari, għall-għażla libera tas-sieħeb ekonomiku kif ukoll il-libertà li jiġi ddeterminat il-prezz mitlub għal servizz (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Polkomtel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:989">EU:C:2017:989</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 jippreġudika l-libertà kuntrattwali tal-benefiċjarji tal-inċentivi previsti mill-ftehimiet konklużi ma’ GSE kif ukoll id-dritt tagħhom li jiddisponu liberament mir-riżorsi ekonomiċi u finanzjarji tagħhom, minħabba li dan id-digriet liġi emenda l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn l-inċentivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, kif ġie rrilevat fil-punti 49 u 50 ta’ din is-sentenza, mill-proċessi ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minn naħa, il-ftehimiet konklużi mal-proprjetarji tal-installazzjonijiet u applikati qabel il‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE> kienu jipprevedu biss il-kundizzjonijiet prattiċi għall-ħlas tal-inċentivi mogħtija permezz ta’ deċiżjonijiet amministrattivi preċedenti u li, min-naħa l-oħra, l-inċentivi għall-installazzjonijiet applikati wara din id-data kienu kkonfermati permezz ta’ kuntratti standard konklużi bejn GSE u l-operaturi tal-installazzjonijiet ikkonċernati li kienu jistabbilixxu biss il-modalitajiet ta’ ħlas ta’ dawn l-inċentivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, jidher li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma kellhomx setgħa ta’ negozjar fir-rigward tal-kontenut tal-ftehimiet konklużi ma’ GSE. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tiegħu, peress li dan huwa kuntratt standard stabbilit minn parti kontraenti, il-libertà kuntrattwali tal-parti l-oħra tikkonsisti, essenzjalment, f’li jiġi deċiż jekk hija taċċettax jew le t-termini ta’ tali kuntratt. Barra minn hekk, kif ġie indikat fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, tal-inqas f’dak li jikkonċerna l-ftehimiet konklużi wara t‑<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, GSE kienet qiegħda tirriżerva d-dritt li temenda unilateralment il-kundizzjonijiet ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax, bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju, titqies li tikkostitwixxi interferenza fil-libertà kuntrattwali tal-partijiet fil-ftehimiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fis-sens tal-Artikolu 16 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-libertà ta’ intrapriża stipulata f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar tinkludi wkoll id-dritt, għal kull impriża, li tkun tista’ tuża liberament, fil-limiti tar-responsabbiltà li tinkorri għall-atti tagħha stess, ir-riżorsi ekonomiċi, tekniċi u finanzjarji li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC Telekabel Wien</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑314/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:192">EU:C:2014:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lidl</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑134/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:498">EU:C:2016:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Restrizzjoni ta’ dan id-dritt hija kkostitwita, b’mod partikolari, mill-obbligu li jittieħdu miżuri li jistgħu jirrappreżentaw, għal operatur ekonomiku, spiża kbira, u li jkollhom impatt kunsiderevoli fuq l-organizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu jew li jeħtieġu soluzzjonijiet tekniċi diffiċli u kumplessi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140327">27 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>UPC Telekabel Wien</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑314/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:192">EU:C:2014:192</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, ma jidhirx li l-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 irrestrinġa, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 62 u 63 ta’ din is-sentenza, id-dritt tal-operaturi tal-installazzjonijiet fotovoltajċi kkonċernati li jużaw liberament ir-riżorsi li huma għandhom, peress li t-tariffi ta’ inċentiv, kif mogħtija mill-atti amministrattivi u stabbiliti fil-ftehimiet konklużi bejn dawn l-operaturi u GSE, ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala tali riżorsi, sa fejn, kif jirriżulta, essenzjalment, mill-punti 51 sa 53 ta’ din is-sentenza, dawn huma biss inċentivi previsti, li għadhom mhux dovuti, u dawn l-operaturi ma jistgħux jinvokaw aspettattivi leġittimi mill-fatt li jibbenefikaw minn tali inċentivi b’mod kostanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-proċessi ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li l-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 issuġġetta lill-operaturi ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi għal restrizzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 63 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 26 tad-Digriet Liġi Nru 91/2014, ma tistax titqies li tippreġudika l-libertà ta’ intrapriża stabbilita fl-Artikolu 16 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, peress li l-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 26(2) u (3) tad-Digriet Liġi Nru 91/2014 mal-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija, għandu jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-Artikolu 216(2) TFUE, din il-karta torbot lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri, peress li l-imsemmija karta hija ftehim imħallat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija, kull parti kontraenti għandha, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-trattat, tinkoraġġixxi u toħloq kundizzjonijiet stabbli, ekwi, favorevoli u trasparenti sabiex isiru investimenti fiż-żona tagħha mill-investituri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ta’ Partijiet Kontraenti oħra<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni tal-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija jirriżulta li l-kundizzjonijiet iddeterminati f’dan l-artikolu għandhom jiġu żgurati għall-investituri tal-partijiet kontraenti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, mill-proċessi għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li wieħed jew iktar mill-investituri kkonċernati huma investituri tal-partijiet kontraenti l-oħra fis-sens tal-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija jew li allegaw ksur ta’ dan l-artikolu f’tali kwalità ta’ investitur. Konsegwentement, l-Artikolu 10 tal-Karta tal-Enerġija ma jidhirx li japplika fil-kawżi prinċipali, b’tali mod li ma hemmx lok li tiġi eżaminata l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu premess, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li, bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq billi tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28 u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tnaqqis jew il-posponiment tal-ħlas ta’ inċentivi għall-enerġija prodotta mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi mogħtija preċedentement b’deċiżjonijiet amministrattivi u kkonfermati bi ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> konklużi bejn l-operaturi ta’ dawn l-installazzjonijiet u kumpannija pubblika, meta din il-leġiżlazzjoni tirrigwarda l-inċentivi li jkunu diġà previsti, iżda għadhom mhux dovuti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq billi tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE> dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tnaqqis jew il-posponiment tal-ħlas ta’ inċentivi għall-enerġija prodotta mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi mogħtija preċedentement b’deċiżjonijiet amministrattivi u kkonfermati bi ftehimiet <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> konklużi bejn l-operaturi ta’ dawn l-installazzjonijiet u kumpannija pubblika, meta din il-leġiżlazzjoni tirrigwarda l-inċentivi li jkunu diġà previsti, iżda għadhom mhux dovuti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>