<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑371/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0371</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:507">EU:C:2015:507</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT – KAWŻA C‑371/14</P><P>APEX</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Yves Bot</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑371/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">APEX GmbH Internationale Spedition</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Hamburg-Stadt</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il‑Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Dazji antidumping</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 260/2013</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw miċ-Ċina</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni tal-istess prodotti mibgħuta mill-Vjetnam</KEYWORD><KEYWORD>Evażjoni</KEYWORD><KEYWORD>Estensjoni retroattiva tad-dazji antidumping deċiża wara l-iskadenza ta’ dawn id-dazji</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw minn Stat terz jista’, fil-każ ta’ evażjoni, jiġi estiż retroattivament fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw minn Stat terz ieħor permezz ta’ regolament adottat wara l-iskadenza ta’ dan id-dazju?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din hija l-kwistjoni ta’ prinċipju li tressqet fit-talba għal deċiżjoni preliminari preżenti, li tirrigwarda l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013, tat-<DATE ISO="20130318">18 ta’ Marzu 2013</DATE>, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u [sew] jekk le<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU L 82, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></NOTE>, wara investigazzjoni ta’ evażjoni fis-sens tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>, rettifika <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 7, p. 22</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn APEX GmbH Internationale Spedition<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>APEX<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></NOTE> u l-Hauptzollamt Hamburg-Stadt (uffiċċju doganali prinċipali tal-belt ta’ Hamburg)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Hauptzollamt<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></NOTE> dwar dazji antidumping mitluba retroattivament lil APEX minħabba importazzjonijiet imwettqa matul is-sena 2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet preżenti, ser niżviluppa r-raġunijiet li minħabba fihom ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi li l-eżami tal-ewwel domanda magħmula mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament bażiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 16 tar-Regolament bażiku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Huwa meħtieġ li jiġi previst għall-ġbir retroattiv tad-dazji proviżorji jekk dan ikun meqjus xieraq u li jiġu definiti ċ-ċirkustanzi li jistgħu idaħħlu fis-seħħ l-applikazzjoni retroattiva tad-dazju biex jiġi evitat is-sabutaġġ tal-miżuri definittivi li għandhom jiġu applikati. [...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Retroattività<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Miżuri proviżorji u dazji definittivi kontra d-dumping għandhom jiġu applikati biss għal prodotti li jidħlu f’ċirkolazzjoni ħielsa wara ż-żmien meta d-deċiżjoni meħuda skond l-Artikoli 7(1) jew 9(4), kif jista’ jkun il-każ, tiġi infurzata, soġġetta għall-eċċezzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(2) tal-imsemmi regolament jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Miżura definittiva kontra d-dumping għandha tiskadi ħames snin wara l-impożizzjoni tagħha jew ħames snin mid-data tal-konklużjoni ta’ l-iktar reviżjoni riċenti li kopriet kemm id-dumping kif ukoll il-ħsara, sakemm ma jiġix stabbilit f’reviżjoni li d-data ta’ skadenza kienet x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tal-bejgħ taħt il-prezz u l-ħsara. Reviżjoni ta’ skadenza bħal din għandha tinbeda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jew fuq talba magħmula minn, jew għan-nom ta’, produtturi Komunitarji, u l-miżura għandha tibqa’ infurzata fl-istennija tar-riżultat ta’ reviżjoni bħal din.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Evażjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazji ta’ kontra d-dumping imposti skond dan ir-Regolament jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ta’ prodotti simili, kemm jekk ftit modifikati kemm jekk le; jew għal importazzjonijiet ta’ prodotti simili ftit modifikati mill-pajjiż li hu soġġett għall-miżuri; jew għal partijiet minnhom, meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ. Id-dazji ta’ kontra d-dumping li ma jeċċedux d-dazju residwu ta’ kontra d-dumping impost skond l-Artikolu 9(5) jistgħu jiġu estiżi għal importazzjonijiet minn kumpanniji li jibbenefikaw minn dazji individwali fil-pajjiżi li huma suġġetti għall-miżuri fejn qed titwettaq l-evażjoni. Evażjoni għandha tiġi mfissra bħala bidla fix-xejra tal-kummerċ bejn pajjiżi terzi u l-Komunità jew bejn kumpanniji individwali fil-pajjiż soġġett għall-miżuri u l-Komunità, li tinħoloq minn prattika, proċess jew ħidma li għalihom hemm raġuni tajba jew ġustifikazzjoni ekonomika insuffiċjenti ħlief l-imposizzjoni ta’ dazju, u fejn ikun hemm xhieda ta’ ħsara jew li l-effetti tad-dazju biex iġibu rimedju qiegħdin jiddgħajfu fir-rigward tal-prezzijiet u/jew il-kwantitajiet ta’ prodott simili, u fejn ikun hemm xhieda ta’ dumping rigward il-valuri normali stabbiliti preċedentement għall-prodott simili, jekk ikun neċessarju skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 2.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-investigazzjonijiet għandhom jinbdew skond dan l-Artikolu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ l-Istati Membri jew xi parti interessata fuq il-bażi ta’ xiedha suffiċjenti rigward il-fatturi stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-bidu tal-investigazzjonijiet għandu jsir, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, permezz ta’ Regolament tal-Kummissjoni li jista’ wkoll jagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jagħmlu l-importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew li jitolbu garanziji. L-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni, li<?PAGE NO="3"?> tista’ tkun assistita minn awtoritajiet doganali u għandhom jintemmu fi żmien disa’ xhur. Jekk il-fatti kif finalment aċċertati jiġġustifikaw l-estensjoni tal-miżuri, dan għandu jsir mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta ppreżentata mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv. Il-proposta tiġi adottata mill-Kunsill kemm-il darba ma jiddeċidix b’maġġoranza sempliċi li jirrifjuta l-proposta, fi żmien xahar wara li tkun ġiet sottomessa mill-Kummissjoni. L-estensjoni tibda’ sseħħ mid-data li fiha ġiet imposta r-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) jew li fiha ġew mitluba l-garanziji. Id-disposizzjonijiet rilevanti dwar proċedura ta’ dan ir-Regolament rigward il-bidu u t-tmexxija ta’ investigazzjonijiet għandhom jgħoddu bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-Kummissjoni tista’, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali sabiex jieħdu l-passi approprjati biex jirreġistraw l-importazzjonijiet, sabiex il-miżuri jkunu jistgħu sussegwentement jiġu applikati kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni. L-importazzjonijiet jistgħu jsiru soġġetti għal reġistrazzjoni wara talba mill-industrija Komunitarja li jkun fiha biżżejjed evidenza biex tiġġustifika azzjoni bħal din. Għandha tiġi introdotta reġistrazzjoni mir-regolament li għandu jispeċifika l-iskop ta’ l-azzjoni u, jekk xieraq, l-ammont stmat ta’ obbligazzjoni possibbli fil-ġejjieni. L-importazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħmula soġġetti għal reġistrazzjoni ta’ perjodu itwal minn disa xhur.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-regolamenti antidumping dwar il-lajters taż-żnied tal-but, li jaħdmu bil-gass u li ma jistgħux jerġgħu jimtlew</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3433/91, tal-<DATE ISO="19911125">25 ta’ Novembru 1991</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament li jimponi dazju ta’ anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ flint lighters tal-but li jaħdmu bil-gass u li ma jerġawx jintlew u li joriġinaw mill-Ġappun, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea u t-Tajlandja u li definittivament jiġbru d-dazju proviżorju ta’ anti-dumping. (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 17, p. 292).</P></NOTE>, stabbilixxa dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ lajters taż-żnied tal-but, li jaħdmu bil-gass u li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Wara investigazzjoni dwar evażjoni possibbli tal-miżura, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/1999, tal-<DATE ISO="19990125">25 ta’ Jannar 1999</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament li jestendi d-dazju definittiv kontra r-rimi, impost bir-Regolament Nru 3433/91 fuq lajters taż-żnied tal-but importati, li jitqabbdu bil-gass u li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew ikkunsinnat minn jew li joriġinaw mit-Tajwan, u li jtemm il-proċedura dwar lajters li ma jistgħux jerġgħu jimtlew importati kkunsinnati minn Ħong Kong u l-Makaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 30, p. 170).</P></NOTE>, estenda id-dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ lajters identiċi, mibgħuta jew li joriġinaw mit-Tajwan, u fuq l-importazzjonijiet tal-lajters taż-żnied tal-but, li jaħdmu bil-gass u li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw miċ-Ċina jew mibgħuta jew li joriġinaw mit-Tajwan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1824/2001, tat-<DATE ISO="20010912">12 ta’ Settembru 2001</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament li jimponi dazju definittiv kontra x-xiri taħt il-prezz (dumping) fuq l-importazzjoni ta’ lighters zgħar tal-gass u żnied, li ma jimtlewx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u kunsinnati minn jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċertu lighters zgħar taż-żnied li jimtlew li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u kunsinnati minn jew joriġinaw mit-Tajwan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 143), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 155/2003, tas-<DATE ISO="20030127">27 ta’ Jannar 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 46, p. 36).</P></NOTE>, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1458/2007, tal-<DATE ISO="20071210">10 ta’ Diċembru 2007</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Regolament li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan u fuq l-importazzjoni ta’ ċerti lighters tal-but, taż-żnied, li jistgħu jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u kunsinnati jew joriġinaw mit-Tajwan (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 326, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, żammew id-dazju antidumping definittiv stabbilit mir-Regolament Nru 3433/91 u estiż mir-Regolament Nru 192/1999.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ talba għal eżami mill-ġdid wara l-pubblikazzjoni, fil-<DATE ISO="20120501">1 ta’ Mejju 2012</DATE>, ta’ avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, C 127, p. 3</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, dawn skadew fit-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Qabel din l-iskadenza, il-Kummissjoni, adita fis-<DATE ISO="20120417">17 ta’ April 2012</DATE> minn produttur tal-Unjoni Ewropea, kienet fetħet, abbażi tar-Regolament (UE) Nru 548/2012 tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Regolament li jibda investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ lighters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li huma konsenjati mill-Vjetnam, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Vjetnam u sew jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="165" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2012">ĠU L 165, p. 37</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, investigazzjoni dwar l-evażjoni eventwali ta’ miżuri antidumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet tal-lajters taż-żnied tal-but, li jaħdmu bil-gass u li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, mibgħuta mill-Vjetnam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tal-imsemmi regolament, skont l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1192/2012, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Regolament li jtemm ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ lajters taż-żnied tal-but bil-gass, li ma jimtlewx ikkunsinnati mill-Vjetnam, kemm jekk huma ddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam jew le, imposti bir-Regolament Nru 548/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="340" PAGE.FIRST="37" DATE.PUB="2012">ĠU L 340, p. 37</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, temm dan l-obbligu ta’ reġistrazzjoni mid-data tal-iskadenza tal-miżuri antidumping.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-regolament ikkontestat, adottat wara l-investigazzjoni mibdija mir-Regolament Nru 548/2012, jipprevedi l-estensjoni tal-miżuri antidumping definittivi stabbiliti mir-Regolament Nru 1458/2007. L-Artikolu 1 tar-regolament ikkontestat jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju anti-dumping definittiv impost bl-Artikolu 1(2) tar-Regolament [...] Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa b’dan estiż għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, ikkonsenjati mill-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw fil-Vjetnam u jekk le, li bħalissa jaqaw taħt il-kodiċi tan-NM ex 9613 10 00.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dazju estiż permezz tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar għall-importazzjonijiet ikkonsinnati mill-Vjetnam mis-<DATE ISO="20120627">27 ta’ Ġunju 2012</DATE> sat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Vjetnam kif ukoll jekk le, reġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament [...] Nru 548/2012 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-[Regolament bażiku].</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bejn ix-xahar ta’ Awwissu u dak ta’ Diċembru 2012, APEX, kumpannija tat-trasport internazzjonali, irrilaxxat għal ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni, <FT TYPE="NUMBER">4024080</FT> lajters taż-żnied tal-but, li jaħdmu bil-gass u li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mill-Vjetnam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130326">26 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Hauptzollamt adotta stima ta’ taxxa li jimponi fuq APEX il-ħlas <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dazji antidumping tal-ammont ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">261565.20</FT>, fuq il-bażi tar-regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20130415">15 ta’ April 2013</DATE>, APEX ippreżentat azzjoni amministrattiva kontra din l-istima ta’ taxxa. Peress li din l-azzjoni ġiet miċħuda fil-<DATE ISO="20130605">5 ta’ Ġunju 2013</DATE>, APEX ressqet kawża quddiem il-Finanzgericht Hamburg fil-<DATE ISO="20130705">5 ta’ Lulju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Din il-qorti għandha dubji dwar il-possibbiltà li jiġi estiż id-dazju antidumping stabbilit mir-Regolament Nru 1458/2007 peress li dan ma kienx għadu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tar-regolament ikkontestat u li, konsegwentement, il-miżura antidumping kienet skadiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Minn naħa, hija tistaqsi jekk mill-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi l-possibbiltà li jiġu estiżi d-dazji antidumping <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri <HT TYPE="ITALIC">fis-seħħ</HT><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>, jistax jiġi dedott li miżura antidumping ma tistax tiġi estiża ħlief jekk tkun fis-seħħ. Hija tosserva li l-kunsiderazzjonijiet dwar l-istruttura u l-iskop tal-miżura antidumping jistgħu wkoll jikkostitwixxu argument favur din l-interpretazzjoni. B’hekk, l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping tikkostitwixxi mhux biss is-sanzjoni ta’ aġir preċedenti, iżda wkoll miżura ta’ difiża u ta’ protezzjoni kontra l-kompetizzjoni żleali li tirriżulta minn prattiki ta’ dumping intiżi sabiex iwaqqfu jew irendu mhux ekonomikament vijabbli l-importazzjonijiet suġġetti għal dumping. Issa, tali għan ma jistax jintlaħaq fil-każ tal-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping għal perijodu preċedenti għad-data tal-adozzjoni tar-regolament li jipprevedihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Finanzgericht Hamburg tosserva li, sa fejn huwa permess effett retroattiv, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> tista’ wkoll tinftiehem bħala li tirrigwarda mhux id-data tal-adozzjoni tar-regolament ta’ estensjoni, iżda l-perijodu tal-applikazzjoni ta’ din l-estensjoni. L-għan ta’ effikaċja mfittex mill-miżuri kontra l-evażjoni jikkonferma din l-analiżi, peress li tkun determinanti biss il-konstatazzjoni li r-rekwiżiti sostantivi tal-estensjoni huma ssodisfatti indipendentement mid-data tal-adozzjoni tar-regolament li jistabbilixxi dawn il-miżuri. Għaldaqstant, regolament ta’ estensjoni jkollu biss natura anċillari fil-konfront tal-miżuri antidumping inizjali, li jista’ jfisser li l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku ma għandux data ta’ skadenza għall-adozzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Indeċiża bejn dawn iż-żewġ teżijiet, il-Finanzgericht Hamburg issospendiet il-proċeduri quddiemha u għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1)</NO.P><TXT>Ir-[regolament ikkontestat] huwa invalidu, minħabba li, fil-mument tal-adozzjoni [tiegħu], id-dazju antidumping stabbilit bir-Regolament Nru 1458/2007 u estiż permezz tar-[regolament ikkontestat], ma kienx iktar fis-seħħ?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, ir-[regolament ikkontestat] huwa invalidu minħabba li ma tista’ tiġi kkonstatata l-ebda evażjoni, fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-[Regolament bażiku], tal-miżuri imposti bir-Regolament Nru 1458/2007 [...]?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-analiżi tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Ser nillimita l-analiżi tiegħi għall-ewwel domanda li, waħedha, tqajjem diffikultà ġuridika ġdida li teħtieġ eżami fil-fond, filwaqt li element ta’ risposta għat-tieni domanda jistgħu jinsabu fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fis-sentenza Simon, Evers &amp; Co.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑21/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2154">EU:C:2014:2154</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi ddelimitata sew l-ewwel domanda, għandu jitfakkar li, għalkemm l-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi l-prinċipju skont liema l-miżuri antidumping ma jistgħux jiġu applikati ħlief fir-rigward ta’ prodotti rrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera wara d-data li fiha d-deċiżjoni li timponi dazju provviżorju jew definittiv tidħol fis-seħħ, madankollu, diversi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Dawn huma l-Artikoli 10(2), (4) u (5), l-Artikolu 11(4), l-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 13(3).</P></NOTE> jipprevedu deroga espressa minn dan il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività billi jipprovdu, b’mod partikolari, li l-miżuri antidumping jistgħu jiġu applikati fir-rigward ta’ prodotti rrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni, bil-kundizzjoni li<?PAGE NO="6"?> jkunu ġew irreġistrati skont l-Artikolu 14(5) tal-imsemmi regolament. Huwa għalhekk li, abbażi tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, il-mekkaniżmu ta’ reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, intiż sabiex jippermetti li jinġabru retroattivament id-dazji antidumping, japplika fil-każ ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni dwar l-eżistenza ta’ evażjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Peress li r-Regolament bażiku jirrikonoxxi r-retroattività possibbli ta’ miżuri li jwasslu għall-estensjoni ta’ dazju antidumping fil-każ ta’ evażjoni ta’ dan id-dazju, il-kwistjoni li tqum għaldaqstant ma hijiex dwar jekk dazju antidumping jistax jinġabar retroattivament, iżda dwar jekk deċiżjoni ta’ estensjoni tistax tiġi adottata minkejja li dan id-dazju ma jkunx għadu fis-seħħ, u dan sempliċement sabiex jiġi permess il-ġbir retroattiv tad-dazju estiż għall-perijodu inkluż bejn id-data li fiha r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tkun saret obbligatorja u dik li fiha jkun skada d-dazju inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Nipproponi li r-risposta għal din id-domanda għandha tkun fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Ma sibt l-ebda dispożizzjoni fir-Regolament bażiku li tipprekludi tali prattika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma nemminx li l-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament, li jgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[i]d-dazji ta’ kontra d-dumping [...] jistgħu jiġu estiżi [...] meta tkun qed issir evażjoni mill-miżuri <HT TYPE="ITALIC">fis-seħħ</HT><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>, għandu jinftiehem fis-sens li jipprojbixxi l-adozzjoni ta’ regolament ta’ estensjoni meta l-miżuri inizjali ma jkunux għadhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Xejn ma jippermetti li jiġi affermat, mill-qari ta’ din id-dispożizzjoni li għandha bħala għan li tistabbilixxi r-rekwiżit sostantiv ta’ applikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ estensjoni tad-dazji antidumping, dwar l-eżistenza ta’ evażjoni, li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jieħu evidentement pożizzjoni dwar id-data li fiha d-deċiżjoni ta’ estensjoni tista’ tiġi adottata. Barra minn hekk, anki jekk il-modalitajiet ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-miżuri antidumping estiżi jistgħu jitqiesu li huma determinanti, jidhirli li l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jfisser sempliċement li l-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri li jestendu dazju antidumping definittiv ma jistax jaqbeż il-perijodu li matulu dan id-dazju huwa fis-seħħ. F’dan is-sens, nosserva li, minn naħa, ir-rekwiżit uniku ta’ terminu impost mill-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku huwa li l-investigazzjoni dwar l-evażjoni eventwali tal-miżuri antidumping għandha tiġi konkluża fid-disa’ xhur wara li l-ftuħ tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Paragrafu 3.</P></NOTE> u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni li l-miżuri jiġu estiżi għandha tittieħed meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>l-fatti kif <HT TYPE="ITALIC">finalment</HT> aċċertati<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE> jiġġustifikaw din l-estensjoni. Jekk il-fatti jiġu definittivament aċċertati biss wara l-iskadenza tad-dazju, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom għaldaqstant ikunu jistgħu jadottaw regolament ta’ estensjoni, bil-kundizzjoni unika li jiġi osservat it-terminu ta’ disa’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Analiżi purament testwali tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku ma tippermettix għaldaqstant li tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġi deċiż li miżura antidumping inizjali tiġi estiża wara l-iskadenza ta’ din il-miżura, b’mod esklużivament retroattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-bogħod milli jikkontradixxu din l-analiżi, l-għanijiet u l-istruttura tar-Regolament bażiku jidhru li jikkorroboraw u jikkonfermaw li dan ir-regolament jimponi bħala rekwiżit uniku li l-miżuri li jestendu dazju antidumping ma jkomplux jeżistu wara l-iskadenza ta’ dan id-dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, in-natura anċillari tal-miżuri kontra l-evażjoni, hekk kif tirriżulta mill-istruttura tar-Regolament bażiku, b’mod ġenerali, u mis-sistema tal-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari, ma twassalx sabiex l-adozzjoni, wara l-iskadenza ta’ dazju antidumping, ta’ regolament li jestendi retroattivament dan id-dazju titqies bħala pprojbita.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja osservat diġà fis-sentenza tagħha Paltrade<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑667/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:368">EU:C:2013:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, mill-iskop u l-istruttura tar-Regolament bażiku jirriżulta, b’mod partikolari mill-premessa 19 tiegħu u mill-Artikolu 13 tiegħu, li miżura li testendi dazju antidumping definittiv għandha biss natura anċillari fil-konfront tal-att inizjali li jistabbilixxi dan id-dazju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Punt 28.</P></NOTE>. Dan il-prinċipju ta’ anċillarità li jirregola l-adozzjoni tal-miżuri li jestendu d-dazji antidumping jirriżulta, fir-realtà, mid-definizzjoni stess tal-evażjoni. Fil-fatt, mit-tielet sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku jirriżulta li l-eżistenza ta’ miżura antidumping hija parti mid-definizzjoni tal-elementi li jikkostitwixxu evażjoni, peress li din tissoponi bidla fil-konfigurazzjoni tal-iskambji bejn l-Istati terzi u l-Unjoni li, minn naħa, tirriżulta minn prattiki, tranżazzjonijiet jew xogħlijiet li ma għandhomx motivazzjoni suffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika ħlief l-impożizzjoni tad-dazju u, min-naħa l-oħra, tikkomprometti l-effetti korrettivi ta’ dan id-dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dan il-prinċipju ta’ anċillarità jwassal biss għal koeżistenza neċessarja, matul iż-żmien, tal-miżura prinċipali u l-miżura kontra l-evażjoni, peress li t-tieni waħda ma tistax tibqa’ teżisti wara l-iskadenza tal-ewwel waħda. Għaldaqstant, din ir-rabta neċessarja bejn il-miżura prinċipali u l-miżura kontra l-evażjoni bl-ebda mod ma timplika li d-deċiżjoni li tordna t-tieni waħda għandha tinħareġ waqt li l-ewwel waħda tkun għadha fis-seħħ, sa fejn ir-Regolament bażiku, billi jipprevedi l-possibbiltà li l-miżura kontra l-evażjoni tkun retroattiva sad-data li fiha r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet saret obbligatorja, jippermetti li din il-miżura tiġi applikata matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tal-miżura inizjali, anki jekk id-deċiżjoni tiġi adottata u applikata wara l-iskadenza ta’ dan id-dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-għan tal-effikaċja mfittex mill-miżuri intiżi sabiex jiġġieldu l-evażjoni jkun kompromessi jekk jitqies li regolament li jestendi dazju antidumping ma jistax jiġi adottat wara li jiskadi dan id-dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif josservaw ġustament il-Kunsill u l-Kummissjoni, id-dazju antidumping jista’ jiġi evitat b’mod deliberat matul l-aħħar xhur tal-applikazzjoni tiegħu fil-każijiet kollha fejn l-ftuħ tardiv tal-investigazzjoni dwar evażjoni eventwali jrendi improbabbli l-adozzjoni ta’ regolament ta’ estensjoni qabel l-iskadenza ta’ dan id-dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tagħha Paltrade<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑667/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:368">EU:C:2013:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li ddikjarat li regolament li jestendi dazju antidumping għandu biss bħala għan li jiżgura l-effikaċja tiegħu u li dan ma jiġix evitat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Punt 28.</P></NOTE>, osservat li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet inkwistjoni, fil-kuntest speċifiku ta’ tali evażjoni, jkopri wkoll l-effikaċja ta’ miżuri definittivi estiżi billi jrendi possibbli l-applikazzjoni retroattiva tad-dazji sabiex jiġi evitat li l-miżuri definittivi li għandhom jiġu applikati ma jiġux imċaħħda mill-effettività tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Punt 29.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Issa, tkun xi tkun id-data li fiha r-regolament li jestendi d-dazju antidumping jiġi adottat, il-miżura provviżorja li tikkostitwixxi l-obbligu ta’ reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet hija dejjem intiża, fil-każ ta’ evażjoni, sabiex tinżamm il-possibbiltà li l-estensjoni tad-dazji antidumping inizjali tiġi imposta b’mod retroattiv u dan sabiex jiġi evitat li l-effetti korrettivi ta’ dawn id-dazji jiġu kompromessi mill-effett tal-importazzjonijiet imwettqa, b’mod partikolari tul l-investigazzjoni dwar l-evażjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li dazju antidumping ma huwiex dazju b’intensità varjabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>. Il-bogħod milli jieqaf jeżisti progressivament matul il-perijodu ta’ applikazzjoni tiegħu, dan jibqa’ fis-seħħ sakemm jiskadi. Jidhirli li anki l-affermazzjoni ta’ APEX, li tgħid li estensjoni purament retroattiva tal-miżuri antidumping ma hijiex intiża sabiex tipproteġi l-effett korrettiv tal-miżura sussegwenti kontra l-evażjoni matul il-perijodu ta’ investigazzjoni, iżda tikkostitwixxi biss taxxa fuq il-profitti tal-impriżi importatriċi, hija infondata. Minkejja li hija tiġi deċiża għall-passat biss,<?PAGE NO="8"?> l-estensjoni ta’ dazju antidumping għandha bħala għan li tevita n-newtralizzazzjoni tiegħu minħabba operazzjonijiet ta’ evażjoni. Jekk tiġi prekluża din l-estensjoni, dan ikun ifisser li operaturi bla skrupli jkunu qed jiġu offruti metodu konvenjenti ta’ evażjoni mingħajr riskju ta’ dazju antidumping matul l-aħħar ftit xhur ta’ dan id-dazju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Nixtieq nippreċiża li ma jidhirlix li jista’ jiġi dedott mill-formulazzjoni, li tidher fis-sentenza Paltrade<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C-667/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:368">EU:C:2013:368</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li tgħid li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni huwa intiż għaż-żamma tal-effettività tal-miżuri definittiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>li għandhom jiġu applikati<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Punt 29.</P></NOTE>, li, fid-data tal-adozzjoni tar-regolament ta’ estensjoni, ċerti miżuri għandkom ikunu applikabbli fil-futur, liema fatt kieku jipprojbixxi estensjoni purament retroattiva tad-dazji antidumping. Fl-opinjoni tiegħi, il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni eżistenti fid-data li fiha l-Kummissjoni tiddeċiedi li ġġiegħel lill-awtoritajiet doganali jirreġistraw l-importazzjonijiet. F’din id-data, id-dazju antidumping, li regolament ta’ estensjoni jkun jista’ jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, ikun diġà fis-seħħ, filwaqt li l-miżura ta’ estensjoni ta’ dan id-dazju tkun għadha ma ġietx deċiża u għaldaqstant tkun tista <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>tiġi applikata<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> wara. Barra minn hekk, din il-formulazzjoni ssib konferma diretta fil-kliem tal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku li jipprevedu li l-Kummissjoni tista’ timponi r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sabiex il-miżuri jkunu jistgħu <HT TYPE="ITALIC">sussegwentement jiġu applikati</HT> kontra dik l-importazzjoni mid-data ta’ dik ir-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. B’mod definittiv, l-imsemmija formulazzjoni ma tagħmel xejn ħlief tesprimi ċirkustanza evidenti. Jekk l-ebda miżura ta’ difiża ma tirriżulta neċessarja u l-proċedura antidumping tingħalaq mingħajr ma jiġu stabbiliti miżuri, l-ebda dazju antidumping ma jkun jista’ jinġabar mill-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-prinċipju li jipprovdi li l-istabbiliment ta’ dazji antidumping ma jikkostitwixxix sanzjoni ta’ aġir preċedenti, iżda miżura ta’ difiża u ta’ protezzjoni kontra l-kompetizzjoni żleali li jirriżultaw mill-prattiki ta’ dumping, ma jfissirx li l-ġbir ta’ dazji antidumping estiżi fuq l-importazzjonijiet suġġetti għal reġistrazzjoni jkun suġġett għall-adozzjoni ta’ miżuri antidumping fil-futur. Minn dan il-prinċipju, stabbilit fis-sentenza Industrie des poudres sphériques vs Il‑Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑458/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:531">EU:C:2000:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>. Ara wkoll, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>tal-Qorti Ġenerali Brosmann Footwear (HK) <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑401/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:67">EU:T:2010:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0198">198</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Zhejiang Aokang Shoes vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑407/06 u T‑408/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:68">EU:T:2010:68</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0155">155</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sun Sang Kong Yuen Shoes Factory vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑409/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:69">EU:T:2010:69</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0157">157</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Foshan City Nanhai Golden Step Industrial vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑410/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:70">EU:T:2010:70</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0133">133</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet esklużivament li kien neċessarju li ssir investigazzjoni fuq il-bażi ta’ informazzjoni kemm jista’ jkun attwali sabiex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti dazji antidumping li huma adattati sabiex tiġi protetta l-industrija Komunitarja kontra l-prattiki ta’ dumping<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Industrie des poudres sphériques vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑458/98 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:531">EU:C:2000:531</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalkemm huwa għandu għalhekk impatt fuq l-għażla tal-perijodu ta’ investigazzjoni dwar evażjoni eventwali ta’ dazju antidumping, l-imsemmi prinċipju ma jimplikax, madankollu, tnaqqis tat-terminu massimu ta’ disa’ xhur impost fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex itemmu l-investigazzjoni u jestendu, jekk ikun il-każ, id-dazji antidumping definittivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-interpretazzjoni li tgħid li regolament li jestendi dazju antidumping ma jistax jiġi adottat wara l-iskadenza ta’ dan id-dazju ma tirriżultax mir-relazzjoni sistematika bejn il-proċedura ta’ eżami mill-ġdid prevista fl-Artikolu 11(2) sa (4) tar-Regolament bażiku u l-proċedura dwar evażjoni eventwali, prevista fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Huwa minnu, b’mod ġenerali, li jistgħu jirriżultaw diversi interazzjonijiet bejn il-miżuri inizjali u l-miżuri kontra l-evażjoni. Meta miżura prinċipali u miżura kontra l-evażjoni huma fis-seħħ, l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi prevedibbli tat-tħassir, tal-bdil jew tal-iskadenza tal-miżura prinċipali tissoponi li għandhom jittieħdu wkoll inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi prevedibbli taż-żamma jew tat-tħassir tal-miżura kontra l-evażjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, f’dan is-sens, Müller, W., Khan, N., u Scharf, T., <HT TYPE="ITALIC">EC and WTO Anti-Dumping Law</HT>, it-tieni edizzjoni, Oxford University Press, 2009, Nru 13.70, p. 597.</P></NOTE>. Barra minn hekk, din hija l-prattika abitwali segwita mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, b’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 654/2008, tad-<DATE ISO="20080429">29 ta’ April 2008</DATE>, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ kumarina li toriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għall-importazzjonijiet ta’ kumarina konsenjati mill-Indja, mit-Tajlandja, mill-Indoneżja u mill-Malażja, kemm jekk dikjarati li joriġinaw fl-Indja, fit-Tajlandja, fl-Indoneżja u fil-Malażja kif ukoll jekk le wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="183" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 183, p. 1</REF.DOC.OJ>); ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 102/2012, tas- <DATE ISO="20120127">27 ta’ Jannar 2012</DATE>, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 1225/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="036" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 36, p. 1</REF.DOC.OJ>), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/519, tas-<DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="082" PAGE.FIRST="78" DATE.PUB="2015">ĠU L 82, p. 78</REF.DOC.OJ>). Dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-aħħar, bħar-Regolament Nru 654/2008, jekwivali l-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ prattiki ta’ evażjoni għal indikatur tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dumping għall-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina (ara l-premessa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2015/519).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-każ ma għandux jiġi konfuż ma dak li fih l-investigazzjoni dwar evażjoni eventwali tkun għada għaddejja filwaqt li l-miżura antidumping tkun ser tiskadi dalwaqt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalkemm, fl-ipoteżi fejn l-iskadenza imminenti ta’ dazju antidumping definittiv, proċedura ta’ eżami mill-ġdid tal-miżura tista’ tinbeda kemm fuq inizjattiva tal-Kummissjoni u kemm fuq talba tal-produtturi tal-Unjoni, fejn għandu jiġi ppreċiżat li, f’din l-ipoteżi, il-miżura li tistabbilixxi dan id-dazju tibqa’ fis-seħħ fl-istennija tar-riżultati tal-eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 11(2) tal-imsemmi Regolament bażiku, l-assenza tal-eżerċizzju, mill-Kummissjoni, tal-possibbiltà mogħtija lilha ta’ eżami mill-ġdid ma tistax iċaħħad lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni mis-setgħa li jestendu, anki jekk fuq bażi esklużivament retroattiv, dazju antidumping fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fir-realtà, l-evalwazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-kuntest ta’ eżami mill-ġdid ta’ miżura antidumping li tkun ser tiskadi dalwaqt huma distinti minn dawk li jkollhom iwettqu fil-każ ta’ investigazzjoni dwar evażjoni eventwali ta’ din il-miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, iż-żamma ta’ miżura antidumping lil hinn mid-data li fiha kellha tiskadi normalment ma hijiex possibbli ħlief meta jiġi stabbilit, waqt eżami mill-ġdid, li teżisti rabta bejn l-iskadenza tal-miżura antidumping, minn naħa, u l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni li l-Kummissjoni twettaq fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid hija bbażata mhux biss fuq analiżi retrospettiva tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni kkunsidrata, mid-data li fiha tkun ġiet stabbilita l-miżura definittiva inizjali, iżda wkoll fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>analiżi prospettiva tal-iżvilupp probabbli tas-sitwazzjoni, mill-adozzjoni tal-miżura ta’ reviżjoni, sabiex l-impatt probabbli tat-tneħħija jew ta’ emenda tal-miżura definittiva jiġi evalwat<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Valimar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑374/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2231">EU:C:2014:2231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, iż-żamma ta’ miżura antidumping tiddependi fuq ir-riżultat tal-evalwazzjoni tal-konsegwenzi tal-iskadenza tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bil-kontra, l-investigazzjoni dwar evażjoni eventwali ta’ dazju antidumping ma jkollhiex neċessarjament dimensjoni prospettiva, peress li ma għandiex tiġi ddeterminata probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u ta’ rikorrenza tad-dumping jew tad-dannu fl-iskadenza tal-miżura antidumping evitata, iżda r-realtà ta’ evażjoni attwali ta’ din il-miżura, b’mod partikolari permezz ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Peress li n-neċessità taż-żamma tal-miżuri antidumping inizjali u dik tal-estensjoni tagħhom minħabba l-evażjoni tagħhom huma s-suġġett ta’ evalwazzjonijiet distinti, li jirrigwardaw perijodi ta’ żmien differenti, il-Kummissjoni tista’ tqis validament, mingħajr kontradizzjoni, li hija ma għandhiex provi sabiex tistabbilixxi li l-iskadenza tal-miżura antidumping fis-seħħ kienet tiffavorixxi l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dumping u tad-dannu u li hija għandha, bil-kontra, provi suffiċjenti li juru li kien hemm evażjoni ta’ din il-miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ma jidhirlix li l-projbizzjoni ta’ adozzjoni ta’ regolament li jestendi dazju antidumping wara l-iskadenza ta’ dan id-dazju, għalkemm tkun ġiet ikkonstatata evażjoni tal-miżuri eżistenti, hija konformi mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Fil-fatt, l-għoti ta’ drittijiet proċedurali lil-lanjant li, billi jiddenunċja l-eżistenza ta’ evażjoni, jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ investigazzjoni, ma jkunx jagħmel sens jekk, wara din l-investigazzjoni, għalkemm imwettqa fit-termini stabbiliti mir-Regolament bażiku, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, minkejja li jikkonstataw l-eżistenza ta’ prattiki ta’ evażjoni, li juru l-fondatezza tal-ilment, ma jkunux jistgħu jieħdu miżuri kontrihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, ir-Regolament Nru 1458/2007 stabbilixxa, sat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw mic-Ċina. Fil-<DATE ISO="20120625">25 ta’ Ġunju 2012</DATE>, jiġifieri qabel l-iskadenza ta’ din il-miżura, ir-Regolament Nru 548/2012, billi fetaħ investigazzjoni fuq l-evażjoni possibbli tagħha, impona r-reġistrazzjoni tal-prodotti kkonċernati mibgħuta mill-Vjetnam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Wara d-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ evażjoni, ir-regolament ikkontestat, adottat fit-<DATE ISO="20130318">18 ta’ Marzu 2013</DATE>, stabbilixxa l-estensjoni tad-dazju antidumping definittiv stabbilit mir-Regolament Nru 1458/2007 fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati mibgħuta mill-Vjetnam, irrispettivament minn jekk ġewx iddikjarati jew le u li joriġinaw minn dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-investigazzjoni fuq l-evażjoni infetħet fuq talba ta’ produttur tal-Unjoni ppreżentata fis-<DATE ISO="20120417">17 ta’ April 2012</DATE>, jiġifieri qabel il-pubblikazzjoni, fil-<DATE ISO="20120501">1 ta’ Mejju 2012</DATE>, tal-avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti dazji antidumping. Din kienet tkopri l-perijodu bejn l-<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE> u l-<DATE ISO="20120331">31 ta’ Marzu 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Jekk ir-regolament ikkontestat kellu jiġi adottat qabel l-iskadenza tal-miżura inizjali, jiġifieri qabel it-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni kien ikollha neċessarjament tagħlaq l-investigazzjoni tagħha f’terminu iqsar mit-terminu ta’ disa’ xhur previst fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, jekk jitqies li dan ir-regolament seta’ jiġi adottat validament sat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, qabel nofsillejl, u mhux f’data sussegwenti, minkejja li taqa’ fit-terminu ta’ disa’ xhur, dan ma jidhirlix li huwa loġiku u koerenti. Kif jista’ s-sempliċi fatt li l-miżura tkun għada applikabbli, anki jekk għal mument qasir ħafna, jivvalida l-adozzjoni ta’ regolament ta’ estensjoni li jkun, bil-kontra, illegali mill-<DATE ISO="20121214">14 ta’ Diċembru 2012</DATE> fl-00:00am? Għandna mmorru lil hinn u nitolbu li l-Kunsill jadotta l-miżura ta’ estensjoni retroattiva tad-dazji antidumping f’terminu minimu qabel l-iskadenza ta’ dawn id-dazji? Għandna mmorru iktar lil hinn u, għalkemm il-kwistjoni tkun tirrigwarda l-ġlieda kontra prattika ta’ evażjoni kkonstatata fil-passat, nissuġġettaw l-estensjoni retroattiva tal-miżura antidumping għaż-żamma tagħha fil-futur, u dan wara eżami mill-ġdid? L-istabbiliment ġurisprudenzjali ta’ tali terminu jew ta’ tali rekwiżit sabiex titkompla l-miżura inizjali jkun jwassal sabiex jiżdiedu mar-Regolament bażiku kundizzjonijiet li huwa manifestament ma fihx. Dan ir-regolament lanqas ma<?PAGE NO="11"?> jobbliga lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, f’dan il-każ partikolari, fejn prattika li taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ evażjoni żviluppat qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ applikazzjoni ta’ dazju antidumping, jieħdu inkunsiderazzjoni din il-prattika billi jibdew proċedura antidumping ġdida minflok ma jkomplu l-proċedura prevista speċifikament għal dan il-għan fl-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Huma dawn ir-raġunijiet għalfejn jiena nqis li l-ewwel domanda mressqa mill-qorti tar-rinviju ma żvelat ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel domanda magħmula mill-Finanzgericht Hamburg għandha tkun li l-eżami ta’ din id-domanda ma żvela ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 260/2013, tat-<DATE ISO="20130318">18 ta’ Marzu 2013</DATE>, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 1458/2007 fuq l-importazzjoni ta’ lajters tal-but, tal-gass u ż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjoni ta’ lajters tal-but, taż-żnied, li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, kemm jekk ikun iddikjarat li joriġinaw mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u [sew] jekk le.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>