European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2816

2.6.2025

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006  (1) )

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2816)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2022) 1504

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2025) 3123

it-22 ta’ Mejju 2025

4-nonilfenol, ramifikat u lineari, etossilat (4-NPnEO)

Nru KE: -, Nru CAS:-

Chemetall GmbH, Trakehner Str. 3, 60487 Frankfurt, il-Ġermanja

REACH/25/27/0/R1

REACH/25/27/1/R1

Użu ta’ aġent tensjoattiv li fih il-4-NPnEO għall-formulazzjoni tal-komponent tat-twebbis tas-siġillanti tal-polisulfur bisintetizzati għall-użu fis-settur ajruspazjali

Taħlit ta’ komponenti tas-siġillanti tal-polisulfuri bażi ma’ komponent tat-twebbis li fih il-4-NPnEO, li jirriżulta f’taħlitiet li jkun fihom anqas minn 0,1 % w/w ta’ 4-NPnEO għall-użijiet ajruspazjali li jkunu eżenti minn awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 56(6)(a), tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, fis-settur ajruspazjali u fil-katini tal-provvista assoċjati

4 ta’ Jannar 2031

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2816/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)