<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑213/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0213</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:994">EU:C:2016:994</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>27</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeKONKLUŻJONIJIET BOBEK – KAWŻA C-213/15 P</P><P>IL-KUMMISSJONI vs BREYER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-213/15 P</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Patrick Breyer</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15(3) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Ambitu ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti fil-pussess tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Noti magħmula minn Stat Membru matul proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri in camera</KEYWORD><KEYWORD>Aċċess minn terzi</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet</KEYWORD><KEYWORD>Atteġġament miftuħ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tat-twettiq tal-attività ġudizzjarju tagħha</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>I –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Introduzzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>II –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Qafas ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt primarju</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>)</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-Dritt sekondarju</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Regolament (KE) Nru 1049/2001</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Deċiżjoni dwar aċċess pubbliku għal dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>III –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti u l-kawża prinċipali</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>IV –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Is-sentenza appellata u l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</ITEM.CONT><ITEM.REF>6</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>V –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Evalwazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM><?PAGE NO="2"?><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>A –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Is-sentenza appellata</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>L-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>L-impatt tal-Artikolu 15(3) TFUE fuq l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>B –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Problemi operazzjonali u prattiċi għas-soluzzjoni API</ITEM.CONT><ITEM.REF>12</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>C –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ u l-qrati</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Atteġġament miftuħ fil-Qorti tal-Ġustizzja</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt għall-informazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-valuri sottostanti l-atteġġament miftuħ ġudizzjarja</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>a)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Aġġudikazzjoni demokratika</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>b)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Il-kwalità tal-ġustizzja</ITEM.CONT><ITEM.REF>18</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>4.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Ispirazzjoni komparattiva</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>D –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Eżami mill-ġdid tal-aċċess għal dokumenti ġudizzjarji (esterni) tal-Qorti tal-Ġustizzja</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Aċċess fiżiku minn terz għal dokumenti individwali fil-proċess</ITEM.CONT><ITEM.REF>22</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Aċċess remot minn terz għal dokumenti individwali fil-proċess</ITEM.CONT><ITEM.REF>23</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>3.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Aċċess online għal dokumenti ġudizzjarji magħżula</ITEM.CONT><ITEM.REF>24</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>4.</NO.ITEM><ITEM.CONT>Kunsiderazzjonijiet finali</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>E –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Spejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>25</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>VI –</NO.ITEM><ITEM.CONT>Konklużjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>27</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Patrick Breyer (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>appellat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) talab lill-Kummissjoni (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>appellanti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) għal aċċess għal noti li Stat Membru kien issottometta matul proċeduri ta’ ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Malli l-proċeduri ntemmu l-appellat talab lill-appellanti tagħtih aċċess għal dawn in-noti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p 331).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolament<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>). Il-Kummissjoni rrifjutat. Breyer ippreżenta kawża quddiem il-qorti ġenerali. Il-qorti ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, billi ddeċidiet li l-Kummissjoni kellha tagħti aċċess għan-noti mitluba.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-appell il-Kummissjoni qiegħda tikkontesta s-sentenza tal-qorti ġenerali. Il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandha diversi livelli. L-ewwel wieħed jikkonċerna l-kwistjoni speċifika mqajma minn dan l-appell: in-noti ta’ Stati Membri, li jkunu fil-pussess tal-Kummissjoni, jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament? Dawn jistgħu jiġu żvelati ladarba l-proċeduri li fihom ikunu ġew issottomessi jkunu ngħalqu?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Insegwitu għall-approċċ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>API<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, ma nistax ma nissuġġerixxix li dawn iż-żewġ kwistjonijiet jitwieġbu fl-affermattiv. Madankollu dan jiftaħ ukoll il-livelli iktar profondi tal-problema attwali, kemm mil-lat prattiku, kif ukoll minn dak normattiv. Mil-lat prattiku, għandha waħda mill-partijiet jew mill-intervenjenti f’kawża tkun tabilħaqq obbligata tiżvela n-noti ta’ parti oħra, jekk hekk tintalab? Ma għandux dan ikun l-irwol tal-Qorti tal-Ġustizzja? B’mod iktar ġenerali, mil-lat normattiv, liema grad ta’ atteġġament miftuħ għandu japplika għall-Qorti tal-Ġustizzja meta hija tkun qiegħda twettaq l-attività ġudizzjarja tagħha?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Qafas ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt primarju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15(1) TFUE “Sabiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod kemm jista’ jkun miftuħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(3) TFUE jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandha jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom, suġġett għall-prinċipji u l-kondizzjonijiet kif definiti skond dan il-paragrafu.</P><P>Il-prinċipji ġenerali u l-limiti għar-raġuni ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta’ l-aċċess għal dokumenti jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja.</P><P>Kull istituzzjoni, korp jew organu għandu jassigura t-trasparenza tal-ħidma tiegħu u jelabora fir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu d-dispożizzjonijiet speċifiċi rigward l-aċċess għad-dokumenti tiegħu, skond ir-regolamenti previst fit-tieni subparagrafu.</P><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandhom ikunu suġġetti għal dan il-paragrafu biss meta jeżerċitaw il-kompiti amministrattivi tagħhom.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) tal-Karta jipprovdi li: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kull persuna għandha d-dritt għal-libertà ta’ l-espressjoni Dan id-dritt jinkludi l-libertà ta’ opinjoni u l-libertà li tirċievi jew tagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtorità pubblika u indipendentement mill-fruntieri.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 42 tal-Karta, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Dritt sekondarju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Regolament (KE) Nru 1049/2001</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jirregola l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 2, ir-Regolament għandu l-għan li jgħin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>liċ-ċittadin jieħu sehem fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod aktar mill-qrib, u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi aktar leġittimità u tkun aktar effettiva u kontabbli liċ-ċittadin f'sistema demokratika<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Il-premessa 4 tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[l]-iskop ta’ dan ir-Regolament huwa li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt ta’ l-aċċess pubbliku għad-dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 10, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>sabiex ikun hemm aktar trasparenza fix-xogħol ta’ l-istituzzjonijiet, aċċess għal dokumenti għandu jingħata mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni mhux biss għad-dokumenti miktuba mill-istituzzjonijiet, iżda wkoll għad-dokumenti li dawn jirċievu. F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li d-Dikjarazzjoni Nru 35, mehmuża ma’ l-Att Finali tat-Trattat ta’ Amsterdam [t]ipprovdi li Stat Membru jista’ jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill li ma jikkommunikawx lil partijiet terzi dokument li ġej minn dak l-Istat mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-premessa 11, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Bħala prinċipju, [id-dokumenti kollha] ta’ l-istituzzjonijiet għandhom jkunu aċċessibbli għall-pubbliku. Madankollu, bħala eċċezzjonijiet, xi interessi pubbliċi u privati għandhom jitħarsu. L-istituzzjonijiet għandhom ikollhom id-dritt li jħarsu l-konsultazzjonijiet u deliberazzjonijiet interni tagħhom fejn meħtieġ sabiex jissalvagwardjaw is-setgħa tagħhom li jwettqu l-kompiti tagħhom. Meta jagħmlu stima ta’ l-eċċeżżjonijiet, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-prinċipji tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta’ data personali, f’kull qasam ta’ l-attivitajiet ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(3) tar-Regolament jipprovdi li r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Regolament għandhu jgħodd [għal] kull dokument miżmum minn istituzzjoni, jiġifieri, dokumenti miktuba minnha jew li rċiviet u fil-pussess tagħha, f’kull qasam ta’ attività ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Għall-finijiet tar-Regolament, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> huwa ddefinit fl-Artikolu 3(a) bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kull kontenut, ikun liema jkun il-medju tiegħu (miktub fuq karta jew reġistrat f’forma elettronika jew bħala reġistrazzjoni, ta’ ħoss, viżiv jew awdjoviż[iv]) dwar kwistjoni dwar il-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta’ responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament jistabbilixxi għadd ta’ eċċezzjonijiet għal aċċess għal dokumenti u l-prattikalitajiet tagħhom. Skont l-Artikolu 4(2) b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[l]-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’ […] proċedimenti fil-qrati u pariri legali […] jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(4) jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[f]ir-rigward ta’ dokumenti ta’ partijiet terzi, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-parti terza bl-iskop li tagħmel stima dwar jekk tapplika eċċezzjoni […] jekk ikun ċar li d-dokument għandu jew m’għandux jiġi żvelat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, filwaqt li l-Artikolu 4(5) jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Stat Membru jista’ jitlob lill-istituzzjoni sabiex ma tiżvelax dokument li ġej minn dak l-Istat Membru jekk ma’ jkunx ġie miftiehem hekk minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(7) jistabblixxi limiti ta’ żmien fuq l-użu tal-eċċezzjonijiet: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[l]-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw biss għaż-żmien li fih il-ħarsien huwa ġustifikat fuq il-bażi tal-kontenut tad-dokument. L-eċċezzjonijiet jistgħu japplikaw għal perjodu mhux itwal minn 30 sena. Fil-każ ta’ dokumenti koperti mill-eċċeżżjonijiet dwar privatezza jew interessi kummerċjali u fil-każ ta’ dokumenti sensittivi, l-eċċeżżjonijiet jistgħu, jekk meħtieġ, jibqgħu japplikaw wara dan il-perjodu.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Deċiżjoni dwar aċċess pubbliku għal dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="038" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, C 38, p. 2</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni jgħid li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>tapplika għad-dokumenti kollha miżmuma mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri redatti jew irċevuti minnha u li jinsabu fil-pussess tagħha, fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(3), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[l]-aċċess għal dokument redatt mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-użu intern tagħha jew irċevut minnha u li jirrigwarda kwistjoni li fuqha hija għadha ma ddeċidietx għandu jiġi rrifjutat meta l-iżvelar tiegħu jippreġudika serjament il-proċess deċiżjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20110330">30 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-appellat talab lill-Kummissjoni tagħtih aċċess għal għadd ta’ dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001. Id-dokumenti mitluba kienu dwar proċeduri ta’ ksur ippreżentati fl-2007 mill-Kummissjoni kontra r-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (KE) 2006/24 dwar iż-żamma ta’ data<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva (KE) Nru 2006/24 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="54" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 105, p. 54</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni l-ewwel irrifjutat it-talba u mbagħad iddeċidiet, wara rikors għal konferma, li tagħti aċċess, iżda biss għal xi wħud mid-dokumenti mitluba. Il-Kummissjoni senjatament irrifjutat tagħti aċċess għal atti bil-miktub<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>F’dawn il-konklużjonijiet ser nuża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>noti<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (bil-miktub) bħala terminu ġeneriku li jagħmel riferiment għal kull sottomissjoni bil-miktub magħmula minn parti jew minn intervenjent fi proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex b’hekk tkun tinkludi kemm il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>osservazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (bil-miktub) kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sottomissjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (bil-miktub).</P></NOTE> ippreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Awstrija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100729">29 ta’ Lulju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Austrija</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-189/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:455">EU:C:2010:455</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> minħabba li dawk l-atti ma kinux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qalet li noti kienu dokument tal-Qorti tal-Ġustizzja, u li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet suġġetta biss għar-regoli dwar aċċess għal dokumenti meta tkun qiegħda teżerċita attività amministrattiva tagħha. Barra minn dan, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ma kienx jipprovdi għall-komunikazzjoni ta’ kopji ta’ noti lil partijiet terzi. Il-Kummissjoni kompliet tgħid li l-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx indirizzat, fil-kawża L-Isvezja vs API, (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>API<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-kwistjoni dwar jekk l-istituzzjonijiet kellhomx jagħtu aċċess għan-noti ta’ parti oħra. F’kull każ, tali interpretazzjoni kienet kuntrarja għall-fatt li l-Artikolu 15 TFUE jipprekludi interpretazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 bħala li tinkludi noti ta’ Stati Membri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza appellata u l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120430">30 ta’ April 2012</DATE>, P. Breyer ippreżenta rikors quddiem il-qorti ġenerali għal annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn kien irrifjutat aċċess għan-noti inkwistjoni. Sostna li l-Kummissjoni kienet kisret l-Artikolu 2(3) tar-Regolament. Ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja intervjenew insostenn tar-rikors tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssottomettiet li noti tal-Istati Membri ma jikkostitwux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> miżmuma minn istituzzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament, flimkien mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament. Hija ssottomettiet ukoll li huma għandhom jitqiesu bħala dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li huma, min-natura tagħhom, esklużi mid-dritt ta’ aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fis-sentenza tas-<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, Breyer vs Il-Kummissjoni (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>),<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T-188/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:124">EU:T:2015:124</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> il-Qorti Ġenerali qagħdet fuq is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża API. Hija ddeċidiet, l-ewwel, li noti redatti minn parti terza, li jkunu fil-pussess tal-Kummissjoni, għandhom jiġu kklassifikati bħala dokumenti miżmuma minn din l-istituzzjoni. Huma jkunu nkisbu mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha u matul attivitajiet tagħha relatati ma’ litigazzjoni, u dan kien skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 3(a) tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Punti 47-48 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>It-tieni, il-qorti ġenerali eżaminat l-effett tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE dwar l-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Hija kienet tal-fehma li jirriżulta b’mod ċar mill-ġurisprudenza relatata mal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar‑Regolament (KE) Nru 1049/2001 li s-sottomissjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, minkejja li dawn jagħmlu parti mill-attivitajiet ġudizzjarji tal-qrati tal-Unjoni Ewropea, u li skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE tali attivitajiet huma esklużi mid-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>dritt għall-aċċess għal dokumenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Punt 74 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Skont il-Qorti Ġenerali jsegwi, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>b’analoġija, li n-noti ppreżentati, bħal fil-każ tan-noti inkwistjoni, minn Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma jaqgħux, bħal fil-każ ta’ dawk tal-Kummissjoni, taħt l-esklużjoni tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti stabbilita, fir-rigward tal-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Punt 80 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dan, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[n]-noti inkwistjoni ma jikkostitwixxux dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja li huma, f’dan ir-rigward, esklużi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti u, għaldaqstant, minn dak tar-Regolament Nru 1049/2001<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Punt 112 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Għalhekk, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>meta kkunsidrat, fid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120403">3 ta’ April 2012</DATE>, li n-noti inkwistjoni ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-regolament<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Punt 113 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali, għalhekk, iddeċidiet li temenda d-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn hija rrifjutat aċċess għas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan l-appell il-Kummissjoni, sostnuta mir-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Franċiża, issostni f’aggravju wieħed tal-appell li l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin l-Artikolu 15(3) TFUE. Hija targumenta li d-dispożizzjoni kellha tkun mifhuma, fid-dawl tan-natura speċifika tal-attività ġudizzjarja, bħala li teskludi noti ta’ Stati Membri mill-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Bi tweġiba, P. Breyer, sostnut mir-Repubblika tal-Finlandja u mir-Renju tal-Isvezja, essenzjalment jaqbel li l-Artikolu 15(3) TFUE jeskludi biss dokumenti li l-Qorti tal-Ġustizzja toħloq fl-attività ġudizzjarja tagħha, iżda mhux dokumenti ġudizzjarji. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma għamlitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li kien japplika r-Regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-Kummissjoni, minn Breyer u mill-erba’ intervenjenti msemmija iktar ’il fuq, jiġifieri minn Spanja, Franza, il-Finlandja u l-Isvezja, li lkoll għamlu osservazzjonijiet orali fis-seduta li saret fis-<DATE ISO="20160926">26 ta’ Settembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet huma strutturati kif ġej: l-ewwel nett, nipproponi li s-sentenza appellata għandha tiġi kkonfermata bħala konsegwenza naturali kemm tar-Regolament kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża API. Dawn bl-ebda mod ma nbidlu bl-adozzjoni tal-Artikolu 15(3) TFUE ġdid wara t-Trattat ta’ Lisbona (Taqsima A). Minkejja l-fatt li r-riżultat propost huwa l-kontinwazzjoni loġika u meħtieġa tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża API, ma jistax jiġi miċħud li dan iwassal għal xi konsegwenzi prattiċi pjuttost diskutibbli (Taqsima B).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>It-tieni nett, nissuġġerixxi, għalhekk, li dan l-appell jitqies mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala opportunità f’waqtha sabiex hija teżamina mill-ġdid l-arranġamenti istituzzjonali tagħha stess dwar aċċess għal xi wħud mid-dokumenti relatati mal-attività ġudizzjarja tagħha. F’dan il-kuntest, se nindirizza l-ewwel il-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ (ġudizzjarju), kemm mill-perspettiva normattiva kif ukoll minn dik komparattiva tiegħu (Taqsima C). Wara se nagħti deskrizzjoni qasira tat-twettiq potenzjali tal-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ fil-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda l-aċċess għal xi wħud mid-dokumenti ġudizzjarji (Taqsima D). Fl-aħħar nett, se nikkonkludi billi nqis l-ispejjeż ta’ dan l-appell (Taqsima E).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-qosor, id-domanda li hija l-qofol ta’ dan l-appell hija din li ġejja: Ir-Regolament jobbliga lill-Kummissjoni tagħti lil parti terza aċċess għan-noti sottomessi minn Stat Membru f’kawża li tkun diġà ngħalqet? Jiena tal-fehma li jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tixtieq tibqa’ fil-limiti tal-gurisprudenza attwali tagħha, u b’mod partikolari tkun konformi mad-deċiżjoni tagħha fil-kawża API, ir-risposta għandha tkun fl-affermattiv.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-kawża API, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk l-ambitu ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament kienx ikopri n-noti tal-Kummissjoni fi proċeduri li kienu pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li attivitajiet ġudizzjarji bħala tali kienu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddistingwiet bejn kawżi pendenti u kawżi magħluqa, abbażi tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja qagħdet fuq dik id-distinzjoni u qalet li l-iżvelar tan-noti tal-Kummissjoni fi proċeduri <HT TYPE="ITALIC">pendenti</HT> seta’ jkun preżunt li jdgħajjef il-protezzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Imma jkun hemm sitwazzjoni differenti, madankollu, f’kawżi li jkunu diġà <HT TYPE="ITALIC">ngħalqu</HT>, jiġifieri meta l-proċeduri inkwistjoni jkunu ġew konklużi b’deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. F’din l-aħħar sitwazzjoni, raġunijiet sabiex wieħed jippreżumi li l-iżvelar tan-noti jdgħajjef l-attivitajiet ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jkunux għadhom jeżistu minħabba li dawk l-attivitajiet ikunu diġà ntemmu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0130">130</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0131">131</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Huwa kruċjali jiġi nnotat li fil-kawża API, il-Qorti tal-Ġustizzja ma eskludietx, bħala prinċipju, aċċess għan-noti tal-Kummissjoni f’kawżi pendenti (u ċertament mhux f’dawk magħluqa). Hija stabbilixxiet biss preżunzjoni ġenerali ta’ riskju għall-protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji f’kawżi pendenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs API u Il-Kummissjoni u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:541">EU:C:2010:541</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>).</P></NOTE>. Dan ifisser li l-Kummissjoni ma jeħtiġilhiex twettaq evalwazzjoni konkreta ta’ kull dokument li jkun intalab sabiex tirrifjuta aċċess. L-effett tal-preżunzjoni huwa li jaqleb l-oneru tal-prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Din il-preżunzjoni, madankollu, ma tħalli ebda impatt fuq id-definizzjoni ta’ dokumenti aċċessibbli skont it-tifsira tar-Regolament. Anzi, bil-kontra: API effettivament kienet tfisser li, f’kawżi pendenti u kif ukoll f’dawk magħluqa, noti tal-Kummissjoni li kienu nġiebu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq talba tal-Kummissjoni, kienu jaqgħu fl-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament u fid-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li tinsab fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din il-kawża, ma nsib ebda raġuni għaliex ma għandhiex tapplika l-istess loġika għal noti tal-Istati Membri fil-pussess tal-Kummissjoni. Din il-konklużjoni b’mod ċar toriġina mill-kliem u mil-loġika tar-Regolament (1). Bl-ebda mod ma hija mibdula mill-Artikolu 15(3) TFUE (2) introdott reċentement.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kif jissuġġerixxi t-titolu tiegħu, ir-Regolament huwa applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione istitutionae</HT> għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. L-applikabbiltà <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/><HT TYPE="ITALIC">ratione istitutionae</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tindika biss f’termini prattiċi, l-istituzzjoni li lilha tkun tista’ ssir talba għal aċċess għal dokument. Liema dokumenti jistgħu fil-fatt jintalbu mingħand l-istituzzjoni inkwistjoni hija ħaġa differenti, relatata mal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT>, ir-Regolament żamm definizzjoni wiesgħa ħafna tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ipprovduta fl-Artikolu3(a), moqri flimkien mal-Artikolu 2(3): hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>kull kontenut ikun liema jkun il-medju tiegħu (miktub fuq karta jew reġistrat f’forma elettronika jew bħala reġistrazzjoni, ta’ ħoss, viżiv jew awdjoviż[iv]) dwar kwistjoni dwar il-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta’ responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Mill-kliem mhux ambigwu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament isegwi li d-dokumenti li jistgħu jkunu aċċessibbli bl-ebda mod ma huma biss dawk li l-awturi tagħhom huma l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni. L-Artikolu 2(3) jiġbor fih kull dokument <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>miżmum minn istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>li rċiviet u fil-pussess tagħha, f’kull qasam ta’ attività ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-64/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:802">EU:C:2007:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja vs MyTravel u Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-premessa 10 tar-Regolament 39.</P></NOTE>. Għalhekk, l-identità tal-awtur tad-dokument ma tistax tiċċirkoskrivi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dokumenti aċċessibbli skont ir-Regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-fatt li d-dokument mitlub ma jkunx ġie redatt minn istituzzjoni huwa, għalhekk, irrilevanti għad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> skont ir-Regolament. L-hekk imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>regola tal-awtur<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> manifestament kienet ġiet abolita mir-Regolament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>L-Isvezja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-64/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:802">EU:C:2007:802</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-uniku element deċiżiv huwa li waħda mit-tliet istituzzjonijiet koperti minn dak l-istrument ta’ liġi sekondarja jkollha l-pussess tal-fajls.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-fatt li jista’ wkoll jintalab aċċess għal dokumenti li jkun ċar li l-awtur tagħhom ma tkunx istituzzjoni huwa wkoll ikkonfermat b’interpretazzjoni sistemika tar-Regolament. L-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament jipprevedi mekkaniżmi għal involviment ta’ terz u tal-Istati Membri fi żvelar ta’ dokumenti li ma joriġinawx mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, jew mill-Kummissjoni. Il-leġiżlatur, għalhekk, evidentement ippreveda li r-Regolament għandu jkun applikabbli għal dokumenti ta’ terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-unika kundizzjoni oħra tad-definizzjoni tal-Artikolu 3(a) ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> hija li huwa jkollu rabta mal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>politiki, l-attivitajiet u deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta’ responsabbiltà ta’ l-istituzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, id-dokumenti mitluba mingħand il-Kummissjoni huma noti ppreżentati minn Stat Membru li huma fil-pussess tal-Kummissjoni, bil-Kummissjoni tkun il-parti l-oħra fil-proċeduri. Ma hemmx dubju li meta l-Kummissjoni bdiet u kompliet proċeduri ta’ ksur hija kienet qiegħda tagħmel attività li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ responsabbiltà tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Jista’ jiżdied jingħad li l-istess ma huwiex minnu għal tipi oħra ta’ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fejn tkun involuta l-Kummissjoni, senjatament il-proċedura ta’ deċiżjoni preliminari. Anki f’dawn it-tipi ta’ proċedura msemmija l-aħħar, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tintervjeni skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija naturalment taġixxi fl-isfera ta’ responsabiltà skont l-Artikolu 3(a) tar-Regolament.</P></NOTE>. Għalhekk, id-dokumenti kollha li huma ta’ dawn il-proċeduri li huma fil-pussess tal‑Kummissjoni għandhom loġikament ikunu koperti mir-Regolament. Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, fir-rigward tan-noti ppreżentati minn kull parti jew intervenjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju, għalhekk, li n-noti tal-Istati Membri li jkunu fil-pussess tal-Kummissjoni huma dokumenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a), moqri flimkien mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa ċar ukoll li l-iżvelar f’każ individwali jista’ jiġi rrifjutat abbażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament. L-eżistenza ta’ tali eċċezzjoni f’każ konkret ma għandhiex effett fuq id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> innifisha. Il-kwalifika ta’ dokument u l-għoti fil-fatt ta’ aċċess huma manifestament żewġ kwistjonijiet distinti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Typke vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-491/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:711">EU:C:2016:711</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Għalhekk, skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament b’mod partikolari, istituzzjoni li żżomm dokument tista’ tirrifjuta aċċess jekk l-iżvelar idgħajjef il-protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, ma nistax naqbel mal-propożizzjoni ppreżentata fis-seduta mill-Gvern Spanjol. Essenzjalment, din kienet tgħid li żvelar potenzjali ta’ noti ta’ Stati Membri ma huwiex suġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, iżda pjuttost jibqa’ suġġett għar-regoli tal-Istati Membri individwali. Dan ikun ifisser, pereżempju, li individwu li jkun jixtieq ikollu aċċess għan-noti tar-Repubblika tal-Awstrija jkollu jitlobhom mingħand il-Gvern Awstrijak skont il-liġi Awstrijaka.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-problema għal tali propożizzjoni għandha żewġ aspetti. L-ewwel nett, hija tinjora l-kliem tar-Regolament, kif diskuss fil-punti preċedenti ta’ din it-taqsima (punti 40 sa 43), li manifestament ikopri tali dokumenti. It-tieni nett, atti ta’ Stati Membri, għalkemm l-awturi tagħhom ikunu l-Istati Membri, huma min-natura tagħhom dokumenti tal-Unjoni: jiġu abbozzati għal proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u jidħlu fil-pussess tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni minħabba l-parteċipazzjoni ta’ dawn tal-aħħar f’dawk il-proċeduri. Dawn ma jkunux ġew abbozzati għall-użu esklużiv u intern tal-Istat Membru, sabiex jinżammu ġewwa l-Istat Membru. L-aċċess għal porzjon ta’ dokumenti li evidentement jaqgħu taħt ir-Regolament ma jistax ikun suġġett għal tmienja u għoxrin sistema nazzjonali differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif deskritt fil-qosor iktar ’il fuq fil-punt 35 ta’ dawn il-konklużjonijiet, fil-kawża API, il-Qorti tal-Ġustizzja ddistingwiet bejn kawżi pendenti u kawżi magħluqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji. F’kawżi pendenti, l-iżvelar ta’ noti jista’ jkun preżunt li jdgħajjef il-protezzjoni ta’ dawk il-proċeduri. F’dawk magħluqa, ma jkun għad hemm ebda raġuni sabiex ikun preżunt li l-iżvelar tan-noti jista’ jdgħajjef l-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Din il-kawża hija kawża magħluqa, b’ebda konnessjoni apparenti ma’ kawżi pendenti oħra. Sakemm ma jiġix stabbilit il-kuntrarju, jista’ jiġi preżunt li l-iżvelar tan-noti ma għandux ikompli jdgħajjef il-protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji. Hija l-istituzzjoni li tkun qiegħda żżomm id-dokument mitlub, f’dan il-każ il-Kummissjoni, li tagħti raġunijiet konkreti għar-rifjut tagħha li tiżvela abbażi ta’ eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(2). Fl-assenza ta’ dawn ir-raġunijiet, in-noti tal-Istati Membri li jkunu fil-pussess tal-Kummissjoni għandhom jiġu żvelati skont ir-Regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-impatt tal-Artikolu 15(3) TFUE fuq l-interpretazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Il-qawwa tal-uniku aggravju tal-appell tal-Kummissjoni għandha rabta mal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni introdotta fit-Trattat ta’ Lisbona: l-Artikolu 15(3) TFUE, b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni essenzjalment tissottometti li r-Regolament għandu jiġi interpretat fid-dawl tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu. Skont il-Kummissjoni, l-Artikolu 15(3) illimita l-ambitu ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament mhux biss għax jeskludi dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja iżda, b’mod iktar ġenerali, jeskludi għalkollox dokumenti ta’ natura ġudizzjarja. Bħala riżultat, għandu jiġi eskluż aċċess għal noti tal-Istati Membri li jkunu fil-pussess tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, sostnuta mill-Gvern Spanjol u mill-Gvern Franċiż, madankollu, tagħmel distinzjoni bejn tipi differenti ta’ dokumenti ġudizzjarji. Il-Kummissjoni ssostni li hija tippermetti aċċess għal noti li l-awtur tagħhom tkun istituzzjoni koperta mir-Regolament (jiġifieri l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni) minħabba li dawk in-noti huma ta’ natura doppja: dawn huma dokumenti ġudizzjarji, iżda huma wkoll dokumenti ta’ istituzzjoni. Il-Kummissjoni kompliet tispjega din id-distinzjoni fis-seduta billi qalet illi huwa għall-finijiet ta’ kontroll demokratiku tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet li hija tagħti aċċess għan-noti tagħha stess jew għal dawk ta’ istituzzjoni oħra koperta mir-Regolament, wara li tkun ikkonsultat l-istituzzjoni rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>P. Breyer, il-Gvern Finlandiż u l-Gvern Svediż isostnu li l-Artikolu 15(3) TFUE ma għandux ikollu effett fuq l-interpretazzjoni tar-Regolament. Huma jqisu li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE ikopri biss l-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ma jistax jiġi interpretat bħala li huwa relatat ma’ dokumenti ġudizzjarji inġenerali. Huma jopponu wkoll id-distinzjoni magħmula mill-Kummissjoni abbażi tat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>teorija tan-natura doppja<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ma naqbilx mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(3) TFUE proposta mill-Kummissjoni. Tidher li hija bbażata fuq qari pjuttost selettiv ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE jistabbilixxi dritt ġenerali ta’ aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni ġenerali hija kkwalifikata ulterjorment fir-raba’ subparagrafu tal-istess artikolu bid-dikjarazzjoni li ġejja: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandhom ikunu suġġetti għal dan il-paragrafu biss meta jeżerċitaw il-kompiti amministrattivi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għalhekk, din id-dispożizzjoni tabilħaqq tillimita d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti għal parti waħda tal-attività tal-Qorti tal-Ġustizzja: l-eżerċizzju tal-attività amministrattiva tagħha. Fl-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jista’ jkun hemm xi dubji terminoloġiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Forsi huwa ta’ min jinnota li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE jirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>kompiti amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Madankollu, la dik id-dispożizzjoni, lanqas fil-fatt ir-Regolament fl-eċċezzjoni tiegħu fl-Artikolu 4(2), attwalment ma jużaw it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>attività ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Min-naħa l-oħra, jekk wieħed jassumi li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ taġixxi biss meta tkun qiegħda teżerċita l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>kompiti amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tagħha jew, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>kompiti ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (u li <HT TYPE="ITALIC">tertium non datur</HT>), allura, għal kull skop prattiku, l-eżerċizzju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>kompiti ġudizzjarji<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> jista’ jkun ekwivalenti għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>attività ġudizzjarja<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> u l-eżerċizzju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>kompiti amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>attività amministrattiva<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>.</P></NOTE>. Jista’ jkun hemm ukoll il-kwistjoni ta’ limiti f’każijiet individwali: attività speċifika mwettqa mill-Qorti tal-Ġustizzja tkun ġudizzjarja jew amministrattiva? Attività hija dejjem amministrattiva biss jew ġudizzjarja biss?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, ma hemmx dubju li fl-interpretazzjoni naturali ta’ din id-dispożizzjoni, l-esklużjoni li hemm fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) hija primarjament waħda <HT TYPE="ITALIC">istituzzjonali</HT>, li fiha hemm oħra, waħda <HT TYPE="ITALIC">funzjonali</HT>. Din id-dispożizzjoni għandha definizzjoni ta’ żewġ livelli: <HT TYPE="ITALIC">il-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (istituzzjoni) għandha tkun suġġetta biss meta tkun qiegħda teżerċita <HT TYPE="ITALIC">attività amministrattiv tagħha</HT> (tip ta’ attività).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’termini prattiċi, din id-dispożizzjoni tat-Trattat sempliċement tgħid li ebda rikors għal aċċess għal informazzjoni ma jista’ jiġi indirizzat lill-Qorti tal-Ġustizzja bħala istituzzjoni jekk il-kontenut tat-talba jkollu x’jaqsam mal-eżerċizzju tal-attività ġudizzjarja tagħha. Kuntrarju għal dan, tali talbiet jistgħu jiġu indirizzati lill-Qorti tal-Ġustizzja bħala istituzzjoni jekk ikunu dwar l-eżerċizzju tal-attività amministrattiva tagħha.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Implementata mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-Deċiżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Iżda huwa ugwalment evidenti li l-applikabbiltà tal-element funzjonali tad-definizzjoni hija manifestament limitata mid-definizzjoni istituzzjonjali bażika. Fi kliem ieħor, l-element istituzzjonali jibda jseħħ sal-punt biss li ssir talba lill-Qorti tal-Ġustizzja bħala istituzzjoni. Xejn fit-Trattat ma jissuġġerixxi li d-definizzjoni kienet intiża li tiġi estiża lil hinn mid-dimensjoni istituzzjonali tagħha, sabiex b’hekk toħloq eċċezzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ġdida għall-aċċess għal dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Issa, din hija, essenzjalment, il-propożizzjoni magħmula mill-Kummissjoni f’din il-kawża. Hija ssostni li l-Artikolu 15(3) TFUE għandu jinftiehem bħala li jipproteġi attività ġudizzjarja bħala tali. Issa, jekk din tinqala’ għalkollox mid-dimensjoni istituzzjonali primarja tagħha, tali esklużjoni jkollha fil-fatt portata wisq estensiva: kull dokument relatat mal-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja jkun jista’ jiġi eskluż minn aċċess, irrispettivament mill-awtur tiegħu jew minn min ikollu l-pussess tiegħu. Konsegwentement, kull dokument li joriġina minn jew ikun fil-pussess ta’ kull istituzzjoni li jkollha x’taqsam mal-attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, jibda jaqa’ b’mod persistenti, jekk mhux b’mod permanenti, lil hinn mill-ambitu ta’ applikazzjoni tar-Regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għaliex ma għandux jiġi adottat tali approċċ jidher ukoll mill-kontradizzjonijiet fl-argumenti li wieħed jiltaqa’ magħhom fl-argument ġenerali tal-Kummissjoni. Jekk tittieħed fl-estrem tagħha, l-interpretazzjoni tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, imressqa mill-Kummissjoni, tkun tfisser li l-Kummissjoni nfisha tinżamm milli tiżvela n-noti tagħha stess jew, pereżempju, in-noti tal-Kunsill jew tal-Parlament Ewropew. Tali noti huma relatati wkoll ma’ attività ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, li, jekk l-argument tal-Kummissjoni kellu jiġi adottat, dawn ikunu sussegwentement esklużi bis-saħħa tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, it-tifsira litterali kif ukoll l-interpretazzjoni sistemika tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE jmorru kontra l-interpretazzjoni mressqa mill-Kummissjoni f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Barra minn dan, l-għan ġenerali tat-Trattat ta’ Lisbona, invokat diversi drabi matul dan l-appell, jidher ukoll li jmur kontra l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni. Jekk jinqara fil-kuntest ta’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati wara t-Trattat ta’ Lisbona, bħal l-Artikolu 1 TUE u l-Artikolu 298 TFUE, kif ukoll l-Artikoli 11 u 42 tal-Karta, li lkoll jirreferu għall-aċċessibbiltà u t-trasparenza, l-għan ġenerali tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, jidher li ma <HT TYPE="ITALIC">huwiex qiegħed jeskludi</HT> xi ħaġa, iżda pjuttost qiegħed espressament <HT TYPE="ITALIC">jinkludi</HT> xi ħaġa oħra: sabiex b’mod ċar jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja suġġetta għall-prinċipju ta’ aċċess għall-informazzjoni meta teżerċita l-attività amministrattiva tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għalhekk, kif nifhimha jiena, la l-qari testwali, la dak sistemiku u lanqas dak kontestwali tal-Artikolu 15(3) ma jindika li din id-dispożizzjoni tista’ tiġi interpretata bħala li tagħmel restrizzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni eżistenti ta’ aċċess għal dokumenti fir-Regolament, inkluż aċċess għal noti li jkunu fil-pussess tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, nissuġġerixxi li l-appell għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Problemi operazzjonali u prattiċi għas-soluzzjoni API</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, is-soluzzjoni proposta għal dan il-każ, li għadha kif ġiet deskritta fil-qosor, hija l-unika waħda konċepibbli f’dan il-kuntest ġuridiku, bil-kundizzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tixtieq tibqa’ fil-parametri ta’ API, waqt li tħares l-interpretazzjoni wiesgħa tar-Regolament – li hija wkoll sostnuta ulterjorment mill-atteġġament miftuħ istituzzjonali stimulat mit-Trattat ta’ Lisbona b’mod ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Ma jistax jiġi miċħud, iżda, li xi wħud mill-konsegwenzi prattiċi tas-soluzzjoni li jiena ser nirreferi għaliha bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>l-approċċ API<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> jistgħu jitqiesu bħala problematiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-mod kif jitħaddmu. Qabel ma niddeskrivi fil-qosor tlieta minnhom, nixtieq nenfasizza li dawn id-diffikultajiet prattiċi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni meta jiġu ppjanati soluzzjonijiet fattibbli futuri għall-kwistjoni tal-aċċess għal xi wħud mid-dokumenti ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn ma għandhomx, madankollu, jintużaw sabiex jiġi ristrett il-kamp ta’ applikazzjoni eżistenti ta’ aċċess għal dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-approċċ API, potenzjalment estiż minn din il-kawża, joħloq asimetrija bejn il-partijiet. Tkun il-Kummissjoni, jew forsi istituzzjoni oħra tal-Unjoni, li tista’ tintalab tiżvela n-noti ta’ parti oħra jew ta’ intervenjent ieħor fi proċedura. Parti, li għandha tkun fl-istess pożizzjoni ugwali bħall-partijiet l-oħra fl-istess kawża, b’hekk issir f’daqqa waħda l-imħallef <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> li tiddeċiedi (ċertament b’mod indirett) dwar l-interessi tal-partijiet l-oħra fir-rigward tal-iżvelar tan-noti tagħhom. Mingħajr ma nixtieq nimplika li jista’ jkun hemm nuqqas ta’ rieda tajba jew sens ta’ abbuż mill-parti li jkollha dan il-vantaġġ, tali pożizzjoni tkun fiha nfisha problematika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>It-tieni nett, hemm periklu ta’ <HT TYPE="ITALIC">lacunae</HT> rigward aċċess. Abbażi tal-kawża API, aċċess għal dokumenti ta’ terz, bħal noti, jidher li jkun suġġett għal kundizzjoni ta’ jekk il-Kummissjoni – jew istituzzjoni oħra koperta mir-Regolament – kinitx parti fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk dan ma jkunx il-każ, ir-Regolament ma jkunx applikabbli <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>. F’xi każijiet, għalhekk, in-noti li għalihom ikun jista’ jingħata aċċess b’mod ġenerali, ċertament malli l-kawża tingħalaq, ma jkunux aċċessibbli minħabba li l-istituzzjonijiet rispettivi sempliċement ma jkunux ipparteċipaw fil-proċeduri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-approċċ API jobbliga lill-Kummissjoni – imma wkoll possibbilment lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill meta jkunu partijiet fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja – jevalwaw talba għal aċċess għal dokumenti. Meta tagħmel hekk, l-istituzzjoni inkwistjoni tkun obbligata twettaq sensiela ta’ evalwazzjonijiet, u fost oħrajn, tqis jekk xi waħda mill-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament tkunx tapplika jew le, jew jekk il-kawża jkollhiex konnessjoni ma’ xi kawżi oħra, u, għalhekk, ikollhiex tapplika l-eċċeżżjoni (temporali) ta’ konnettività, kif introdotta fil-kawża API. Mingħajr ma nixtieq niddubita b’xi mod mill-livell għoli ta’ tagħrif espert tal-istituzzjonijiet koperti mir-Regolament, il-verità hija li parti jew intervenjent aktarx li ma jkollhomx l-informazzjoni kollha meħtieġa relatata mal-proċess tal-kawża partikolari, jew ma’ kawżi pendenti oħra potenzjalment relatati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Dawn ir-riflessjonijiet kollha jwasslu għal konklużjoni ovvja imma importanti u meħtieġa: id-deċiżjoni dwar aċċess għal dokumenti ġudizzjarji għandha primarjament tittieħed mill-Qorti tal-Ġustizzja, mhux minn parti jew minn intervenjent. Għal għadd ta’ għanijiet prattiċi, imma wkoll għal dawk normattivi, huwa d-detentur tal-proċess ġudizzjarju li primarjament għandu jiddeċiedi dwar l-aċċess għal dokumenti f’dak il-proċess<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Għalhekk, tingħaqad b’mod ġenerali mas-suġġeriment diġà magħmul fir-rigward tal-aċċess għal dokumenti ġudizzjarji f’kawżi pendenti fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>L-Isvezja vs API u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:592">EU:C:2009:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Kollox ma’ kollox, interpretazzjoni liberali tar-Regolament li toffri definizzjoni wiesgħa ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>dokument<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, u tabbanduna r-regola tal-awtur, twassal għall-konklużjoni meħtieġa deskritta fil-qosor fit-Taqsima A. Madankollu, kif ġie mistħarreġ f’din it-taqsima, l-impressjoni subliminali ta’ osservatur kritiku, jekk tintqal b’onestà, tibqa’ li istituzzjoni, <HT TYPE="ITALIC">in casu</HT> l-Kummissjoni, effettivament tkun obbligata twettaq xogħol li għandu jsir, kif jixraq, mill-Qorti tal-Ġustizzja nfisha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fit-Taqsima (C) li ġejja, għalhekk, ser niddeskrivi fil-qosor raġunijiet iktar ġenerali dwar għaliex il-Qorti tal-Ġustizzja għandha twettaq din l-attività hija stess. Imbagħad, fit-Taqsima (D), se noffri deskrizzjoni qasira dwar kif din l-attività titwettaq b’mod prattiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-prinċipju ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ atteġġament miftuħ u l-qrati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ma jeħtiġilhiex tagħti aċċess għal dokumenti, b’eċċezzjoni meta hija teżerċita l-attivitajiet amministrattivi tagħha. Dan ma jfissirx, madankollu, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex suġġetta għall-prinċipju ġenerali ta’ atteġġament miftuħ (1). B’mod ugwali, xi elementi ta’ atteġġament miftuħ (ġudizzjarju) jappartjenu wkoll lid-dritt tal-libertà ta’ informazzjoni pprovdut fil-Karta (2). B’mod usa’, il-qrati ma għadhomx jistgħu jaħarbu, bħala prinċipju, mill-atteġġament miftuħ bħala valur fl-attivitajiet ġudizzjarji tagħhom ta’ kuljum (3), kif tixhed b’mod ċar ispirazzjoni komparattiva (4).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Atteġġament miftuħ fil-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja bħala istituzzjoni ma hijiex suġġetta għall-obbligu li tagħti aċċess għal dokumenti meta hija teżerċita l-attivitajiet ġudizzjarji tagħha. Dan ma jfissirx, madankollu, li l-Qorti tal-Ġustizzja ma hijiex suġġetta għall-prinċipju ġenerali ta’ atteġġament miftuħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>B’rabta mal-Qorti tal-Ġustizzja u ma’ istituzzjonijiet ġudizzjarji inġenerali, ser nuża t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>atteġġament miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> u mhux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>trasparenza<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. Xogħol ġudizzjarju, sakemm il-karattru tiegħu ma jinbidilx konsiderevolment, qatt ma jista’ jkun trasparenti. Jista’ jipprova jsir, madankollu, raġonevolment miftuħ, jiġifieri jkun aċċessibbli, intellettwalment kif ukoll fiżikament, għaċ-ċittadini.</P></NOTE>, li huwa stabbilit f’għadd ta’ dispożizzjonijiet tat-Trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, pereżempju, Alemanno, A., Stefan, O., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Openness at the Court of Justice of the European Union: Toppling a Taboo<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, Common Market Law Review vol. 51, Kluwer Law International, 2014, p. 97 sa 139. B’mod iktar ġenerali, dwar atteġġament miftuħ u trasparenza fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea, ara Prechal, S., De Leeuw, M.E., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>Transparency: A General Principle of EU Law?<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, f’Bernitz, U. <HT TYPE="ITALIC">et alia</HT> (ed.), General Principles of EC Law in a Process of Development, Kluwer Law International, London, 2008, p. 201 sa 242; Dyrberg, P., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>Accountability and Legitimacy: What is the Contribution of Transparency?<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, f’Arnull, A., Wincott, D. (ed.), Accountability and Legitimacy in the European Union, Oxford University Press, Oxford, 2002, p. 81 sa 96; Rideau, J. (dir), La transparence dans l’Union européenne– Mythe ou principe juridique?, L.G.D.J, Paris, 1999; Curtin, D., Executive Power of the European Union. Law, Practices, and the Living Constitution, Oxford University Press, Oxford, 2009, p. 204 sa 245; Coudray, L., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>La transparence et l’accès aux documents<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, f’Auby, J.-B., Dutheil de la Rochère, J. (dir), Traité de droit administratif européen, it-2 Edizzjoni, Bruylant, Bruxelles, 2014, p. 699 sa 712.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 15(3) TFUE (kif diskuss iktar ’il fuq, fil-punti 52 sa 66 ta’ dawn il-konklużjonijiet), jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja suġġetta għall-obbligu li tagħti aċċess għal dokumenti biss meta l-Qorti tal-Ġustizzja tkun qiegħda teżerċita l-attivitajiet amministrattivi tagħha. Madankollu, l-Artikolu 15(1) TFUE, introdott mit-Trattat ta’ Lisbona, manifestament estenda l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ għall-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni. Dan jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>[s]abiex tiġi promossa t-tmexxija tajba u sabiex tiġi assigurata l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni għandhom iwettqu x-xogħol tagħhom b’mod kemm jista’ jkun miftuħ<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>. L-Artikolu 13(1) TUE jelenka lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja hija suġġetta għall-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>It-tieni nett, dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati fil-kliem tagħhom wara t-Trattat ta’ Lisbona jenfasizzaw ulterjorment il-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ. Il-preambolu tat-TUE jistabbilixxi l-għanijiet ddefiniti b’mod wiesa’ assenjati lill-Unjoni mill-Partijiet Kontraenti Għolja. Huwa senjatament jenfasizza l-bżonn ġenerali li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>jkabbru il-funzjonament demokratiku u effiċjenti ta’ l-istituzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> mingħajr ma jiddistingwu bejn l-istituzzjonijiet. Ulterjorment, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>[t]-Trattat huwa pass ġdid lejn il-ħolqien ta’ għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli ta’ l-Ewropa, li fiha <HT TYPE="ITALIC">d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadin</HT><QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara wkoll l-Artikolu 10(3) TUE, li jaqa’ taħt it-Titolu II <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>Dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji demokratiċi<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, u, b’mod iktar ġenerali, anki l-Artikolu 298(1) TFUE.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>It-tielet nett, kif ikkonfermat ukoll mill-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>[i]l-prinċipju ta’ trasparenza [...] jippermetti li tiġi żgurata parteċipazzjoni aħjar taċ-ċittadini fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tgawdi iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u responsabbli fir-rigward taċ-ċittadin f’sistema demokratika<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-92/09 u C-93/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Kollox ma’ kollox, id-dmir ġenerali ta’ atteġġament miftuħ huwa applikabbli għall-istituzzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> tal-Unjoni, mingħajr distinzjoni. Fit‑Trattati hemm rekwiżiti ċari li skonthom il-Qorti tal-Ġustizzja nfisha, bħal kull istituzzjoni oħra, hija suġġetta għall-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dritt għall-informazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Id-dmir tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiżgura livell raġonevoli ta’ atteġġament miftuħ fl-eżerċizzju tal-attività ġudizzjarja tagħha jista’ wkoll jiġi inferit mid-dispożizzjonijiet ta’ drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta. Fil-fehma tiegħi, id-dispożizzjoni rilevanti f’dan ir-rigward ma hijiex l-Artikolu 42 tal-Karta (id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti), imma pjuttost l-Artikolu 11 (il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>L-Artikolu 42 tal-Karta, li jinsab taħt it-Titolu V tal-Karta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>Ċittadinanza<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, jistabbilixxi dritt ġenerali ta’ aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għalhekk, moqri waħdu, l-Artikolu 42 tal-Karta jista’ jiġi interpretat bħala li jissuġġetta lill-<HT TYPE="ITALIC">istituzzjonijiet kollha</HT> tal-Unjoni, inkluża l-Qorti tal-Ġustizzja, għall-obbligu li jaqa’ fuqhom li jissodisfaw id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, jissuġġetta lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-obbligu biss meta l-Qorti tal-Ġustizzja tkun qiegħda teżerċita l-attività amministrattiva tagħha. Mill-Artikolu 52(2) tal-Karta jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>drittijiet rikonoxxuti minn din il-Karta li għalihom hemm dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati skond il-kondizzjonijiet u fil-limiti definiti fihom<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. F’dan ir-rigward, l-ispjegazzjonijiet relatati mal-Karta jipprovdu gwida fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 42. Dawn jipprovdu li d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti huwa eżerċitat taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15(3) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 42 tal-Karta jibqa’ applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja biss meta teżerċita l-attività amministrattiva tagħha. Ma huwiex applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja meta tkun qiegħda teżerċita attività ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li d-dritt speċifiku ma huwiex applikabbli ma jipprekludix l-applikabbiltà ta’ drittijiet oħra, iktar ġenerali li hemm fil-Karta. F’dan il-każ, il-libertà tal-informazzjoni hija wkoll koperta mill-Artikolu 11 tal-Karta. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar tgħid li d-dritt għal-libertà tal-espressjoni għandu jinkludi l-libertà <HT TYPE="ITALIC">li tirċievi</HT> jew tagħti informazzjoni u ideat. Dan id-dritt huwa usa’ minn dak għall-aċċess għal dokumenti. Fi kliem ieħor, id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti huwa subsett loġiku, jew wieħed minn dawk id-drittijiet li joħorġu mid-dritt li wieħed jirċievi informazzjoni. Kulħadd huwa intitolat jirċievi informazzjoni sabiex ikun jista’ jibbenefika mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Barra minn dan, fid-dawl ta’ konfigurazzjonijiet fattwali speċifiċi, drittijiet oħra jistgħu potenzjalment ikunu rilevanti, bħall-Artikolu 13 bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>Il-libertà ta’ l-arti u x-xjenza<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>. Jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>L-arti u r-riċerka xjentifika huma liberi. Il-libertà akkademika għandha tiġi rispettata<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-Karta jikkorrispondi għall-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>Konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>). Din l-aħħar dispożizzjoni ttendi li tkun iktar interpretata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>QEDB<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>) bħala garanzija wiesgħa tal-libertà li wieħed jirċievi informazzjoni, kważi ekwivalenti għar-rikonoxximent ta’ dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara pereżempju s-sentenzi tal-QEDB tal-<DATE ISO="20060710">10 ta’ Lulju 2006</DATE> fil-kawża Sdružení Jihočeské Matky vs Ir-Repubblika Ċeka (ECLI:CE:ECHR:2006:0710DEC001910103); is-sentenza tal-QEDB tal-<DATE ISO="20090414">14 ta’ April 2009</DATE> fil-kawża Társaság a Szabadságjogokért vs L-Ungerija (ECLI:CE:ECHR:2009:0414JUD003737405, § 35); is-sentenza tal-QEDB tat-<DATE ISO="20120403">3 ta’ April 2012</DATE> fil-kawża Gillberg vs L-Isvezja (ECLI:CE:ECHR:2012:0403JUD004172306, § 82-83); u tas-<DATE ISO="20150217">17 ta’ Frar 2015</DATE> fil-kawża Guseva vs Il-Bulgarija (ECLI:CE:ECHR:2015:0217JUD000698707, § 53).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Sa fejn għandu x’jaqsam mal-kwistjoni speċifika ta’ aċċess għal dokumenti ta’ qorti, il-QEDB qalet fil-kawża Társaság a Szabadságjogokért vs L-Ungerija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza tal-QEDB tal-<DATE ISO="20090414">14 ta’ April 2009</DATE> fil-kawża Társaság a Szabadságjogokért vs L-Ungerija (ECLI:CE:ECHR:2009:0414JUD003737405).</P></NOTE> li l-Ungerija kienet kisret l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni meta rrifjutat aċċess lil organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) għal ilment pendenti quddiem il-qorti kostituzzjonali dwar il-kostituzzjonalità ta’ emendi għall-kodiċi kriminali<?PAGE NO="16"?> nazzjonali. Il-QEDB iddeċidiet li kienet interferenza bla bżonn għal-libertà li wieħed jirċievi informazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Qalet, f’termini pjuttost ġenerali, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>din il-kawża tikkonċerna essenzjalment interferenza – minħabba s-setgħa ta’ ċensura ta’ monopolju ta’ informazzjoni – bl-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ watchdog soċjali, bħall-istampa, iktar milli ċaħda ta’ dritt ġenerali ta’ aċċess għal dokumenti uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> - sentenza tal-QEDB tal-<DATE ISO="20090414">14 ta’ April 2009</DATE> fil-kawża Társaság a Szabadságjogokért vs L-Ungerija (ECLI:CE:ECHR:2009:0414JUD003737405, § 36).</P></NOTE>. Forsi ta’ min jenfasizza li l-QEDB waslet għal din il-konklużjoni b’rabta ma’ kawża <HT TYPE="ITALIC">pendenti</HT> quddiem il-qorti kostituzzjonali, li fiha kien intalab aċċess għan-noti (ir-rikors oriġinali għal stħarriġ) qabel id-deċiżjoni tal-qorti kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>L-Artikolu 52(3) tal-Karta jgħid li t-tifsira u l-portata tad-drittijiet tal-Karta għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti mill-Konvenzjoni. L-istandard tad-dritt tal-Unjoni ma għandux, għalhekk, jaqa’ taħt l-istandard stabbilit mill-QEDB. Jonqos naraw fejn eżattament il-QEDB ser issib il-bilanċ f’kawżi fil-futur b’rabta mal-istess suġġett.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, bħala eżempju, il-kawża pendenti dwar l-aċċess għal proċess ta’ kawża: QEDB, Studio Monitor u Zuriashvil vs Georgia, Rikors Nru 44920/09.</P></NOTE> . Madankollu, huwa diġà ċar sewwa li l-punt tat-tluq f’dak li għandu x’jaqsam ma’ atteġġament miftuħ ġudizzjarju u aċċess għal noti sottomessi minn parti quddiem qorti huwa ħafna favur l-atteġġament miftuħ u l-aċċess għal dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Fil-qosor: il-Qorti tal-Ġustizzja hija suġġetta għall-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ, li huwa applikabbli wkoll għall-attivitajiet ġudizzjarji tagħha. Il-libertà li wieħed jirċievi informazzjoni, iggarantita mill-Artikolu 11(1) tal-Karta, u kif interpretata permezz tal-Artikolu 52(3) tal-Karta u tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni mill-QEDB, tagħti wkoll ħjiel ċar tal-livell ogħla ta’ atteġġament miftuħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Madankollu, il-vokabolarju ta’ dmirijiet, obbligi u lista ta’ dispożizzjonijiet li abbażi tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja aktarx hija <HT TYPE="ITALIC">obbligata</HT> tagħmel xi ħaġa ma humiex l-aħjar mod kif wieħed jittratta l-kwistjoni. Ikun iktar xieraq li d-domanda ssir b’mod differenti: x’tista’ minnha nfisha tagħmel qorti fil-bidu tal-wieħed u għoxrin seklu sabiex tirrelata mal-udjenza usa’ tagħha?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Iż-żewġ partijiet li ġejjin ta’ din it-taqsima jfittxu tali ispirazzjoni f’żewġ livelli: wieħed relatat ma’ valuri (3), u l-ieħor relatat ma’ ispirazzjoni komparattiva (4). X’jagħmlu l-qrati fir-rigward ta’ atteġġament miftuħ u għaliex?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-valuri sottostanti l-atteġġament miftuħ ġudizzjarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>L-atteġġament miftuħ ma jqanqalx tħassib ġdid fir-rigward tal-ġustizzja. Anki sa minn l-aħħar tas-seklu tmintax, Jeremy Bentham saħaq li l-pubbliċità kienet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>ir-ruħ vera tal-ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Bentham, J., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>Draught of a Code for the Organization of the Judicial Establishment in France<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, f’Works IV (1790)”, The Works of Jeremy Bentham, 1838-1843, Bowring, J., (ed), Russell &amp; Russell, New York, 1962, p. 316).</P></NOTE>. Huwa qal li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>mingħajr pubbliċità, ebda ġid ma huwa permanenti. Bis-saħħa tal-pubbliċità, ebda ħażen ma jista’ jibqa’ jsir<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>l-effikaċja ta’ dan l-istrument kbir testendi għalkollox – leġiżlazzjoni, amministrazzjoni, ġudikatura.<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Bentham, J., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>Essay on Political Tactics<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, f’Works II (1791)”, The Works of Jeremy Bentham, 1838-1843, Bowring, J., (ed), Russell &amp; Russell, New York, 1962, p. 314).</P></NOTE> Għalhekk, il-pubbliċità ta’ seduti u l-pubblikazzjoni ta’ sentenzi jistgħu jitqiesu bħala espressjoni ta’ atteġġament miftuħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, b’mod ġenerali, Dawson, J.P., The Oracles of Law, University of Michigan Law School, Ann Arbor, 1968, b’mod partikolari p. 50 sa 64.</P></NOTE>, marbut b’mod qawwi mal-element ta’ kontroll pubbliku ta’ u fuq il-ġudikatura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Mal-evoluzzjoni ġudizzjarja mal-medda tas-snin, iktar atteġġament miftuħ sar neċessità. Illum, il-qrati għandhom funzjoni ewlenija f’soċjetajiet demokratiċi. Mas-setgħa tiġi r-responsabbiltà. Dan japplika iktar għal qorti supranazzjonali, bħalma hija l-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba li hija bla dubju iktar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>’il bogħod<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>L-Isvezja vs API u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:592">EU:C:2009:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, l-aħħar linja).</P></NOTE> u differenti mit-tipi iktar tradizzjonali ta’ awtorità li jingħad li għandhom qrati nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>F’demokraziji kostituzzjonali, il-livell ta’ leġittimità għandu jkun jaqbel mal-livell tas-setgħa u tar-responsabbiltajiet sabiex id-deċiżjonijiet meħuda jkunu aċċettati mis-soċjetà. Ċertament hemm għejun differenti ta’ leġittimità. Huwa possibbli li wieħed jiddistingwi, pereżempju, bejn leġittimità istituzzjonali u argumentattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara De S.-O.l’E. Lasser, M., Judicial Deliberations. A Comparative Analysis of Judicial Transparency and Legitimacy, Oxford University Press, Oxford, 2009, p. 299 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Huwa ugwalment possibbli li wieħed jiddistingwi bejn leġittimità tal-input u dik tal-output<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara Scharpf, F., Regieren in Europa. Effektiv und demokratisch?, Campus Verlag, Frankfurt/New York, 1999, p. 16 sa 28.</P></NOTE>. Tkun xi tkun it-tikketta tassonomika li titwaħħal eventwalment fuq il-kunċett, il-kwistjoni tibqa’ l-istess: kif tikseb leġittimità istituzzjoni u minn fejn?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Meta jitfasslu l-<HT TYPE="ITALIC">mezzi</HT> għat-tisħiħ tal-leġittimità tal-qrati f’demokraziji kostituzzjonali, l-atteġġament miftuħ jidher li jkun l-għażla naturali. L-atteġġament miftuħ isaħħaħ il-leġittimità ġenerali tal-qrati. Minn naħa, huwa jsaħħaħ il-kredenzjali demokratiċi tagħhom billi jagħmel lill-qrati ftit iktar responsivi għaċ-ċittadini (a). Min-naħa l-oħra, huwa jtejjeb il-kwalità tal-ġustizzja billi joħloq inċentivi għat-titjib tax-xogħol ġudizzjarju u l-output (b).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Aġġudikazzjoni demokratika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara Ewing, K.D., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>A Theory of Democratic Adjudication: Towards a Representative, Accountable and Independent Judiciary<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> Alberta Law Review, Vol. 38, 2000, p. 708 sa 733. Fil-kuntest tal-QTĠ-UE, ara de Witte, B., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>Democratic Adjudication in Europe – How Can the European Court of Justice be Responsive to the Citizens?<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>, f’Dougan, M., Nic Shuibhne, N., Spaventa, E. (ed), Empowerment and Disempowerment of the European Citizen, Hart Publishing, Oxford and Portland, 2012, p. 129 sa 144.</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ qrati tal-ġustizzja, il-leġittimità popolari ma tistax tingħadda mill-istess mezzi tradizzjonali li huma fis-seħħ mal-gvern jew mal-parlament. Din għandha titfassal għar-rwol speċifiku u uniku ta’ qrati indipendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa l-iktar permezz tal-atteġġament miftuħ li l-qrati jsiru iktar responsabbli lejn iċ-ċittadini. L-atteġġament miftuħ tal-qrati jrawwem in-natura demokratika tagħhom billi jippermetti liċ-ċittadini jikkontrollaw l-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja, billi jiggarantixxi l-parteċipazzjoni tagħhom permezz ta’ dibattitu pubbliku u, fl-aħħar nett, billi jippromwovi l-għarfien tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. B’dan il-mod ftuħ ġudizzjarju fl-aħħar jagħti l-ħajja lil-leġittimità tal-input.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-atteġġament miftuħ jiżgura ċertu kontroll demokratiku fuq il-qrati. Kif eminentement qal Lord Chief Justice Hewart, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>il-ġustizzja ma għandhiex biss issir, imma għandha b’mod ċar u bla dubju <HT TYPE="ITALIC">tidher</HT> li tkun qiegħda ssir<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>R v Sussex Justices, <HT TYPE="ITALIC">Ex parte</HT> McCarthy ([1924] 1 KB 256, [1923] All ER Rep 233). Enfasi miżjuda.</P></NOTE>. Mod wieħed kif jista’ jsir dan il-kontroll demokratiku huwa permezz ta’ aċċess għan-noti. In-noti huma essenzjali sabiex wieħed jifhem deċiżjoni, il-kontenut tagħha u d-dijalettika li tkun wasslet għad-deċiżjoni. Il-qrati jidhru li jkunu ta’ iktar fiduċja, affidabbli u effiċjenti meta jiżvelaw għall-inqas xi wħud mid-dokumenti li huma joqogħdu fuqhom sabiex jagħtu sentenza. Il-pubbliku jkun jista’ jara li qorti tkun eżaminat bir-reqqa u ħasbet dwar l-argumenti differenti magħmula mill-partijiet. Dan jgħin lill-pubbliku jifhem il-loġika li tkun il-bażi ta’ pronunzjament ġudizzjarju u għaliex argument ikun ipprevala fuq ieħor.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-atteġġament miftuħ tal-qrati jħeġġeġ lill-pubbliku jiddibatti. Huwa jrawwem il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini sabiex tissawwar, permezz ta’ diskussjoni u bdil ta’ ideat, opinjoni pubblika fl-Ewropa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara Habermas. J., Faktizität und Geltung. Beiträge zur Diskurstheorie des Rechts und des demokratischen Rechtsstaats. Suhrkamp, Frankfurt am Main, 1992, p. 435 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.</P></NOTE>. Dibattitu jista’ jinbeda partikolarment minn NGOs, assoċjazzjonijiet, ġurnalisti, watchdogs soċjali, riċerkaturi jew whistle-blowers li jikkontribwixxu sabiex iċ-ċittadini jkunu jafu dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ interess pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, dwar l-enfasi tar-rabta bejn aċċess għal informazzjoni min-naħa ta’ social watchdogs u l-kontribuzzjoni għal dibattitu pubbliku, is-sentenzi tal-QEDB tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE> fil-kawża Youth Initiative for Human Rights vs Is-Serbja (ECLI:CE:ECHR:2013:0625JUD004813506, § 24) u tat-<DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE> fil-kawża Österreichische Vereinigung Zur Erhaltung, Stärkung und Schaffung Eines Wirtschaftlich Gesunden Land- und Forstwirtschaftlichen vs L-Awstrija (ECLI:CE:ECHR:2013:1128JUD003953407, § 33).</P></NOTE>. Għalhekk, iktar atteġġament miftuħ aktarx li jżid il-fiduċja tal-pubbliku fil-ġudikatura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>L-Isvezja vs API u API vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs API</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-514/07 P, C-528/07 P u C-532/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:592">EU:C:2009:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat b’mod ċar li l-kapaċità li wieħed jesprimi kritika hija vitali għal dibattitu sinjifikattiv. Il-kritika li jista’ jkun hemm ma għandhiex titqies bħala li ddgħajjef lill-qrati bħala istituzzjonijiet. Barra minn dan, il-biża’ mill-kritika ċertament ma hijiex raġuni tajba sabiex tinżamm informazzjoni. Il-kritika, b’kuntrast, hija karatteristika ewlenija ta’ soċjetajiet demokratiċi fejn id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-pluraliżmu ta’ opinjonijiet huma stmati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>It-tielet nett, atteġġament miftuħ ġudizzjarju jippreżenta valur ewristiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara pereżempju, Sharpston, E., <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>Transparency and Clear Legal Language in the European Union: Ambiguous Legislative Texts, Laconic Pronouncements and the Credibility of the Judicial System<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>, Cambridge Yearbook of European Legal Studies, Vol. 12, 2010, p. 409 sa 423.</P></NOTE>. Huwa jippermetti li wieħed jifhem aħjar ir-riżultat ta’ kawża. Kull persuna tista’ ssir taf, jekk mhux għaliex, għall-inqas <HT TYPE="ITALIC">kif</HT> qorti tkun waslet għal ċerta deċiżjoni jekk fil-prinċipju jingħata aċċess għan-noti tal-partijiet, b’dawn tal-aħħar jikkostitwixxu l-punt tat-tluq tar-raġunament ġudizzjarju. B’mod ugwali, in-noti jistgħu jitfgħu dawl fuq pronunzjamenti li ma jkunux ċari u jikxfu t-tendenzi sistemiċi ta’ raġunament ġudizzjarju. Bħala konsegwenza, deċiżjonijiet ta’ qorti jistgħu jsiru iktar prevedibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-kwalità tal-ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>L-atteġġament miftuħ itejjeb ukoll kemm l-output kif ukoll l-input tax-xogħol ġudizzjarju, jiġifieri l-kwalità tad-deċiżjonijiet iżda wkoll tan-noti tal-partijiet. Dan x’aktarx jiġġenera kundizzjonijiet għal tiġrija għall-quċċata f’xogħol ġuridiku minħabba li s-superviżjoni tal-pubbliku u possibbilment kritika jistgħu jkunu inċentivi effiċjenti għall-qrati, iżda wkoll għall-parteċipanti l-oħra kollha fil-proċeduri, sabiex titjieb il-kwalità tax-xogħol professjonali tagħhom. Dan jista’ jaqdi wkoll l-interessi ta’ litiganti futuri minħabba li jista’ jiżvela strateġiji jew xejriet f’argumentazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-kwalità tax-xogħol tal-atturi ġuridiċi differenti involuti, daqskemm l-osservanza ġenerali tal-istat tad-dritt, aktarx li tiżdied.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Fil-qosor, fil-livell normattiv, l-atteġġament miftuħ għandu jsaħħaħ il-leġittimità istituzzjonali inġenerali tal-qrati. Ma hemmx raġuni għaliex wieħed jemmen li l-istess propożizzjoni ġenerali ma tapplikax għall-Qorti tal-Ġustizzja. Kif, allura, b’mod iktar speċifiku, jistgħu tali propożizzjonijiet normattivi usa’ jibdew jitħaddmu? Dwar dan, tista’ tkun ta’ interess ispirazzjoni komparattiva minn sistemi oħra nazzjonali u internazzjonali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Ispirazzjoni komparattiva</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Il-prattika dwar aċċess għal dokumenti ġudizzjarji fl-Istati Membri tal-Unjoni hija varjata ħafna.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, għal deskrizzjoni fil-qosor ta’ sistemi nazzjonali selettivi, National practices with regard to the accessibility of court documents, European Parliament, Directorate-General for Internal Policies, Policy Department C: Citizens’ Rights and Constitutional Affairs, 2013; jew Report on Access to Judicial Information, Open Society Justice Initiative, Marzu 2009.</P></NOTE> Regoli speċifiċi dwar aċċess għal dokumenti ġudizzjarji kienu adottati biss f’għadd żgħir ta’ Stati Membri, bħall-Isvezja u l-Finlandja. Fi Stati oħra, aċċess għal dokumenti ġudizzjarji huwa suġġett għal regoli ġenerali dwar aċċess għal dokumenti pubbliċi. Fi Stati Membri oħrajn, l-aċċess għal dokumenti ġudizzjarji jkun previst fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-kodiċijiet nazzjonali ta’ proċedura (ċivili, amministrattiva, kriminali) li jirregolaw l-aċċess għall-proċess ġudizzjarju minn terzi bħala parti mir-regoli applikabbli ta’ proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Il-parti l-kbira tal-Istati Membri jidher li għażlu xi tip ta’ sistema individwali ta’ talba għal aċċess. L-aċċess sikwit jidher, għalkemm mhux dejjem, li huwa suġġett għal kundizzjoni li tinġieb prova ta’ interess leġittimu. Skont in-natura tal-kawża, dokumenti jistgħu jsiru disponibbli meta l-kawża tkun għadha pendenti jew wara li tingħata s-sentenza. F’ċerti kawżi sensittivi, dokumenti jistgħu jiġu żvelati biss wara li jkun skada l-perijodu xieraq ta’ kunfidenzjalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Lil hinn mill-Ewropa, għadd ta’ ġurisdizzjonijiet, inklużi l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kanada, jidher li pjuttost għandhom atteġġament miftuħ fir-rigward ta’ aċċess ta’ terz għal dokumenti ġudizzjarji, b’mod partikolari għan-noti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Ara f’dan ir-rigward, b’mod partikolari il-Model Policy for Access to Court Records in Canada, redatta mill-Judges Technology Advisory Committee of the Canadian Judicial Council f’Settembru 2005, kif ukoll il-Policy for Access to Supreme Court of Canada Records tas-<DATE ISO="20150317">17 ta’ Marzu 2015</DATE> (online http://www.scc-csc.ca/case-dossier/rec-doc/pol-eng.aspx).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Ħarsa lejn ġurisdizzjonijiet internazzjonali, bil-QEDB bħala l-ewwel eżempju, l-Artikolu 40(2) tal-Konvenzjoni jgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>[d]-dokumenti depożitati għand ir-Reġistratur għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku sakemm il-President tal-Qorti ma jiddeċidix mod ieħor<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/>. Ir-Regola 33(1) tar-Regoli tal-Qorti tal-QEDB tipprovdi wkoll li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>[d]-dokumenti kollha depożitati għand ir-Reġistratur mill-partijiet jew minn kull parti terza inkonnessjoni ma’ applikazzjoni […] għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku skont l-arranġamenti ddeterminati mir-Reġistratur, sakemm il-President tal-Awla ma jiddeċidix mod ieħor, fuq inizjattiva proprja jew fuq talba ta’ parti jew ta’ kull persuna oħra kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/>. Abbażi ta’ dan, dokumenti relatati ma’ proċeduri li jkunu ntemmu jkunu disponibbli fuq talba individwali, filwaqt li dokumenti f’kawżi pendenti jistgħu jiġu kkonsultati fil-bini tal-QEDB. Madankollu, hemm ukoll lista eżawrjenti ta’ restrizzjonijiet għall-aċċess pubbliku għall-proċess tal-kawża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Regola 33(2) tar-Regoli tal-Qorti tal-QEDB.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Fil-Qorti tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) dawk il-persuni li jkollhom interess fil-kawża jistgħu jikkonsultaw ir-reġistru, li senjatament jinkludi noti, fir-Reġistru. Terzi jistgħu jiksbu kopji jew estratti bi ħlas ta’ tariffa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Artikolu 14(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-EFTA.</P></NOTE>. Barra minn dan, ir-rapport għas-seduta, li jkun fih il-kuntest fattwali u ġuridiku flimkien ma’ deskrizzjoni fil-qosor tat-talbiet u s-sottomissjonijiet, ikun disponibbli online malli jiġi abbozzat, hekk ukoll għal kawżi pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>Noti ddepożitati fil-Qorti Internazzjoali tal-Ġustizzja jista’ jkun hemm aċċess għalihom mill-pubbliku wara li jkunu ġew aċċertati l-fehmiet tal-partijiet, meta jew wara li jinfetħu l-proċeduri orali.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Artikolu 53 tar-Regoli tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.</P></NOTE></TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>It-Tribunal Internazzjonali dwar il-Liġi tal-Baħar, min-naħa tiegħu, jagħmel in-noti tal-partijiet f’kawża pubbliċi mal-ftuħ tal-proċeduri orali jew qabel, għalkemm mhux qabel ma jkunu ġew aċċertati l-fehmiet tal-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Artikolu 67 tar-Regoli tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea nfisha, speċifikament il-Qorti Ġenerali, il-kwistjoni ta’ aċċess għal dokumenti ġudizzjarji kienet inizjalment irregolata bl-Artikolu 5(8) tal-Istruzzjonijiet lir-Reġistratur tal‑Qorti Ġenerali. Terzi setgħu, wara li jkunu nstemgħu l-partijiet fil-kawża, jiksbu aċċess għall-proċess tal-kawża bl-awtorizzazzjoni espressa tal-President jew, jekk il-kawża tkun għadha pendenti, tal-President tal-formazzjoni. Din il-kwistjoni hija issa rregolata bl-Artikolu 38(2) tar-Regoli tal-Proċedura l-ġodda tal-Qorti Ġenerali,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015 L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 650)</P></NOTE> li assumiet ir-regola li kienet tapplika quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014 L 206, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Hija tistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>[e]bda terza persuna, privata jew pubblika, ma jista’ jkollha aċċess għall-proċess ta’ kawża mingħajr l-awtorizzazzjoni espressa tal-President tal-Qorti Ġenerali, wara li jinstemgħu l-partijiet. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata, kompletament jew parzjalment, biss fuq talba bil-miktub, li għandha tipprovdi ġustifikazzjoni ddettaljata tal-interess leġittimu li jkollha aċċess għall-imsemmi proċess<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>X’hemm x’wieħed jitgħallem, jekk hemm wara kollox, minn tali ħarsa ġenerali varjata ta’ kampjuni komparattivi (u mid-definizzjoni tagħhom selettivi)? Noffri erba’ punti minflok konklużjoni għal din it-taqsima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-atteġġament miftuħ ġudizzjarju huwa kullimkien<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Min hu xettiku jista’ jirrimarka li qabel kienet l-imħabba (li kienet kullimkien). Imma mbagħad jidher li xi ħaġa nbidlet (ċertament fir-rigward ta’ kif il-qrati jidhru f’għajnejn in-nies).</P></NOTE>. Jekk hemm xi ħaġa komuni dwar il-prattika kunsiderevolment varjata fil-livelli nazzjonali u internazzjonali, hija li l-qrati bħala istituzzjonijiet bdew isiru iktar, mhux inqas, miftuħa f’dawn l-aħħar għaxar jew għoxrin sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>It-tieni nett, ikunu x’ikunu l-arranġamenti individwali jew proċedurali fis-sistema inkwistjoni, żvelar potenzjali ta’ noti ta’ parti jtendi li jiġi amministrat mill-qrati nfushom. Jista’ jkun li ma hemmx ħafna sistemi li fihom ma jingħata l-ebda aċċess għan-noti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116.</NO.P><TXT>It-tielet nett, paragun jista’ jkun ta’ rilevanza mhux biss fil-livell ta’ soluzzjonijiet normattivi, imma wkoll fil-livell ta’ impatt soċjali u bħala konsegwenza ta’ ċerta leġiżlazzjoni jew soluzzjoni. Meqjus minn din il-perspettiva, ma jkunx jidher, f’dawk is-sistemi li jkunu għażlu li jkun hemm atteġġament iktar miftuħ u aċċess għal dokumenti ġudizzjarji, li l-konsegwenzi negattivi, ta’ sikwit immaġinarji, bħall-informazzjoni li tiġi sfruttata u użata ħażin minn terzi, jew minn aġenti ta’ partijiet jew minn membru tal-qorti li ssirlu pressjoni jew jiġi influwenzat b’xi mod, jimmaterjalizzaw b’xi mod tanġibbli. Verament jista’ jkun, ċertament, li inċidenti bħal dawn sempliċement ma ġewx irrapportati. Madankollu, f’dan l-istadju, l-informazzjoni komparattiva disponibbli ma tikkonfermax li nħolqu xi wħud mill-perikli li ħafna drabi jitressqu bħala r-raġuni għal xiex atteġġament miftuħ ikbar fil-qrati ma huwiex possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117.</NO.P><TXT>Ir-raba’ u l-aħħar punt huwa li ċertament huwa minnu li għażliet u soluzzjonijiet normattivi adottati f’sistema waħda ma humiex <HT TYPE="ITALIC">eo ipso</HT> trasferibbli għal sistema oħra. L-argument komparattiv jibqa’ ta’ ispirazzjoni. Il-fatt li oħrajn jagħmlu affarijiet b’ċertu mod ma jfissirx li wieħed għandu jagħmel l-istess. Min-naħa l-oħra, meta wieħed jara x-xejra robusta li tindika direzzjoni ċara, sostnuta minn argumenti normattivi qawwija dwar ir-raġuni għal xiex atteġġament raġonevolment miftuħ tal-qrati huwa ħaġa tajba, tkun meħtieġa spjegazzjoni konvinċenti għas-suġġeriment li l-Qorti tal-Ġustizzja hija u għandha tkun differenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Eżami mill-ġdid tal-aċċess għal dokumenti ġudizzjarji (esterni) tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa ġust jiġi rrikonoxxut li l-istat bħalissa ta’ atteġġament miftuħ fil-Qorti tal-Ġustizzja sa fejn jikkonċerna l-attività ġudizzjarja tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Inħallu barra, f’din it-taqsima, l-aċċess għad-dokumenti tal-Qorti tal-Ġustizzja relatati mal-attivitajiet amministrattivi tagħha, ipprovduti mid-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</P></NOTE> ma huwiex l-aħjar. Terz interessat ma għandux aċċess għall-proċess ġudizzjarju. Aċċess għal xi noti jista’ jkun possibbli f’kawżi li jkunu ngħalqu, jekk ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ API.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119.</NO.P><TXT>Kuntest usa’ u l-evoluzzjoni ġudizzjarja huma wkoll importanti f’dan ir-rigward. Għalkemm kien hemm xi żviluppi pożittivi fir-rigward tal-aċċess għal dokumenti ġudizzjarji (eqdem) tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Ara d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20140610">10 ta’ Ġunju 2014</DATE> dwar id-depożitu tal-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi ħdan l-arkivji storiċi tal-Unjoni Ewropea (l-Istitut Universitarju Ewropew) (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="406" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2015">ĠU 2015 C 406, p. 2</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, jibqa’ l-fatt li sa fejn jikkonċerna l-aċċess ġenerali għal iktar informazzjoni dwar ix-xogħol ġudizzjarju kontinwu tal-Qorti tal-Ġustizzja, għejun ta’ informazzjoni qegħdin jingħalqu pjuttost milli jinfetħu oħrajn ġodda. San-nofs tad-disgħinijiet terz interessat seta’ jikseb iktar informazzjoni dwar il-kawża u dwar l-argumenti tal-partijiet permezz ta’ rapport tas-seduta ppubblikat fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea flimkien mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-konklużjonijiet ta’ Avukat Ġenerali. Dan ma huwiex iktar possibbli minħabba li l-pubblikazjoni tar-rapporti tas-seduti ma komplietx issir. Mill-2012 lil hawn, mid-dħul fis-seħħ tar-Regoli tal-Proċedura l-ġodda, rapporti ta’ seduti waqfu kompletament. Żid ma’ dan il-qosor, li maż-żmien iktar jiżdied, kemm tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-konklużjonijiet tal-Avukati Ġenerali fir-rigward tal-argumenti ċċitati mressqa mill-partijiet jew mill-intervenjenti, għal ruġunijiet ovvji u li wieħed jifhem minħabba spejjeż ta’ traduzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120.</NO.P><TXT>Sabiex niġbor kollox fil-qosor, pjuttost b’mod paradossali fi żmien ta’ informazzjoni universali permezz tal-internet abbundanti, id-dinja ta’ barra kkonċernata qiegħda fil-fatt tirċievi inqas u inqas informazzjoni dwar it-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja. Issa huwa ż-żmien li naqilbu l-folja. Fil‑kuntest ta’ dan is-sommarju iktar ’il fuq, l-għoti ta’ aċċess aħjar għal xi dokumenti ġudizzjarji tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu b’mod iktar xieraq jitqies bħala li jerġa’ jistabbilixxi l-bilanċ f’termini li tinftiehem il-proċedura ġudizzjarja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja: xi għejun ta’ informazzjoni ngħalqu għal raġunijiet operazzjonali. Oħrajn, bħal aċċess usa’ għal noti sottomessi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandhom, għalhekk, jinfetħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121.</NO.P><TXT>Qabel ma nagħti fil-qosor ftit suġġerimenti f’dan ir-rigward, għandi qabel xejn nagħmel tliet punti preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, is-suġġerimenti magħmula f’din it-taqsima huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ atteġġament miftuħ skont l-Artikolu 15(1) TFUE. Għandu jiġi b’mod ċar enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja, meta teżerċita l-attività ġudizzjarja tagħha, <HT TYPE="ITALIC">ma tkunx</HT> suġġetta għall-obbligu li tiffaċilità d-dritt ta’ aċċess għal dokumenti. Dak li jsegwi huwa pjuttost espressjoni ta’ dak li istituzzjoni ġudizzjarja li hija responsiva u tirrelata b’mod raġonevoli ma’ dinja ikbar għandha tixtieq li tagħmel minn jeddha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="22"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123.</NO.P><TXT>L-approċċ tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jkun ta’ eżempju f’dan ir-rigward. Il-BĊE huwa f’qagħda simili għal dik tal-Qorti tal-Ġustizzja. Bis-saħħa tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, il-BĊE huwa suġġett għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti biss meta huwa jeżerċita l-attività amministrattiva tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Minkejja l-assenza f’dak iż-żmien ta’ dispożizzjoni ta’ Trattat li kienet teżiġi li huwa jagħti aċċess għad-dokumenti amministrattivi tiegħu, il-BĊE kien diġà pprovda għal tali aċċess fid-Deċiżjoni ECB/1998/12, tat-<DATE ISO="19981103">3 ta’ Novembru 1998</DATE>, dwar aċċess pubbliku għal dokumentazzjoni u għall-arkivji tal-Bank Ċentrali Ewropew (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="110" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="1999">ĠU 1999 L 110, p. 30</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dan il-fatt, madankollu, ma żammx lill-BĊE milli volontarjament jipprovdi aċċess usa’ għad-dokumenti tiegħu, xi ftit taż-żmien ilu, abbażi tal-kunċett wiesa’ ta’ atteġġament miftuħ stipulat fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 TUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258/KE, tal-<DATE ISO="20040304">4 ta’ Marzu 2004</DATE>, dwar aċċess tal-pubbliku għal dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="080" PAGE.FIRST="42" DATE.PUB="2004">ĠU 2004 L 80, p. 42</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124.</NO.P><TXT>It-tieni nett, b’mod li jsegwi mill-punt preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma hija koperta mir-Regolament Nru 1049/2001. Madankollu, anki jekk ma humiex applikabbli, il-prinċipji u l-ġurisprudenza skont ir-Regolament jistgħu jipprovdu xi gwida sabiex tinstab is-soluzzjoni leġiżlattiva xierqa, kif fil-fatt kien ukoll il-każ dwar id-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125.</NO.P><TXT>It-tielet nett, f’termini ta’ aċċess, għandha ssir distinzjoni bejn żewġ kategoriji ta’ dokumenti <HT TYPE="ITALIC">ġudizzjarji</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Differenti minn dokumenti <HT TYPE="ITALIC">amministrattivi</HT> tal-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE> tal-Qorti tal-Ġustizzja: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>dokumenti ġudizzjarji interni<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>dokumenti ġudizzjarji esterni<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126.</NO.P><TXT>Dokumenti ġudizzjarji <HT TYPE="ITALIC">interni</HT> huma dawk abbozzati fil-Qorti tal-Ġustizzja u għall-Qorti tal-Ġustizzja, bħal abbozzi ta’ konklużjonijiet u sentenzi, rapporti preliminari, noti għal deċiżjoni dwar proċedura jew noti għal deliberazzjoni. Dawn id-dokumenti jappartjenu lill-proċess kwintessenzjali tal-ġudizzju. Sabiex in-natura tal-funzjoni ġudizzjarja ma tinbidilx kunsiderevolment, dawn id-dokumenti ma jistgħux ikunu kkonċernati minn atteġġament miftuħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Sakemm xi wħud minnhom ma jsirux aċċessibbli fl-Arkivji Storiċi (ara iktar ’il fuq, nota ta’ qiegħ il-paġna 56).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127.</NO.P><TXT>Dokumenti ġudizzjarji esterni tal-Qorti tal-Ġustizzja huma jew dawk abbozzati mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-fini tal-komunikazzjoni ġudizzjarja tal-Qorti tal-Ġustizzja ma’ korpi esterni (partijiet, intervenjenti jew il-qrati nazzjonali) jew dawk sottomessi minn terzi lill-Qorti tal-Ġustizzja fi proċeduri ġudizzjarji, bħal noti sottomessi mill-partijiet, imma anki t-talbiet għal deċiżjoni preliminari sottomessi minn qrati nazzjonali. Bħala prinċipju, huma jistgħu (sakemm ma tkunx tapplika xi waħda mill-eċċezzjonijiet li jipprekludu żvelar fil-każ individwali), ikunu aċċessibbli sabiex jitrawwem atteġġament miftuħ fil-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128.</NO.P><TXT>Dak kollu li jsegwi f’din it-taqsima għandu rabta esklużiva ma’ dokumenti ġudizzjarji <HT TYPE="ITALIC">esterni</HT> tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dwar il-modalitajiet prattiċi ta’ aċċess, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti aċċess fiżiku (1) u remot (2) għal dokumenti ġudizzjarji esterni meta jintalbu. Idealment, hija tista’ wkoll tagħti aċċess għal ċerti dokumenti <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> (3).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Aċċess fiżiku minn terz għal dokumenti individwali fil-proċess</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129.</NO.P><TXT>Aċċess ta’ terz għall-proċess ġudizzjarju, jew pjuttost għall-parti rilevanti tiegħu li jkun fiha dokumenti ġudizzjarji esterni, għandu jkun possibbli fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta jintalab f’kawżi kemm magħluqa kif ukoll pendenti.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Għalhekk, b’mod (immodifikat), skont l-eżempju tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u ta’ dak li qabel kien it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (ara iktar’il fuq, il-punt 112 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130.</NO.P><TXT>Sistemi differenti ta’ aċċess għall-proċess jistgħu jkunu meħtieġa fir-rigward ta’ kawżi pendenti u magħluqa. Hemm differenza fil-bilanċ ta’ interessi. Jeħtieġ li jinstab il-bilanċ tajjeb bejn żewġ għanijiet jikkompetu kontra xulxin: atteġġament miftuħ minn naħa u protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji min-naħa l-oħra. Qabel ma tingħata s-sentenza (jew, f’kull każ, sas-seduta għas-sottomissjonijiet orali<?PAGE NO="23"?> jew sa tmiem l-istadju fil-proċedura ta’ osservazzjonijiet bil-miktub f’kawżi mingħajr sottomissjonijiet orali), id-diskussjoni legali għandha tikkonċentra fil-Qorti tal-Ġustizzja u sssir fl-awla tal-Qorti, mhux permezz tal-midja. Barra minn dan, għalkemm il-periklu ta’ influwenza jew theddid lil partijiet jew lir-rappreżentanti tagħhom ma għandux jiġi esaġerat, lanqas ma jista’ jiġi eskluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131.</NO.P><TXT>Ma hemmx, madankollu, raġuni għal xiex għandu jkun hemm il-ħtieġa ta’ xi preżunzjoni <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, bħal fil-kawża <HT TYPE="ITALIC">API</HT>, li żvelar ta’ dokumenti ġudizzjarji f’kawżi pendenti awtomatikament imur kontra r-rekwiżit tal-protezzjoni ta’ proċeduri ġudizzjarji. Hemm bżonn ta’ evalwazzjoni każ b’każ, ukoll minħabba d-dimensjoni istituzzjonali tal-propożizzjoni diskussa hawnhekk: jekk tkun il-Qorti tal-Ġustizzja nfisha li tiddeċiedi fuq l-iżvelar potenzjali, forsi jkun hemm inqas bżonn ta’ preżunzjonijiet ifformulati sabiex jiggwidaw id-diskrezzjoni amministrattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132.</NO.P><TXT>Għalhekk, jista’ jkun permess ukoll aċċess għal dokumenti ġudizzjarji esterni f’kawżi <HT TYPE="ITALIC">pendenti</HT>, għalkemm b’mod ristrett b’paragun ma’ kawżi magħluqa. F’kawżi pendenti, terz li juri interess leġittimu sabiex jikkonsulta dokument għandu jkollu dritt ta’ aċċess għalih, b’talba individwali, fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja. Id-deċiżjoni dwar aċċess għandha ssir mill-President tal-Awla, li bla dubju jkun fl-aħjar pożizzjoni sabiex jiżen l-interessi kunfliġġenti li jkun hemm bid-dettalji partikolari tal-każ individwali. Il-partijiet fil-proċeduri pendenti għandhom jiġu kkonsultati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133.</NO.P><TXT>F’kawżi <HT TYPE="ITALIC">magħluqa</HT>, meta ma jkunx hemm konnessjoni ma’ ebda kawża pendenti, għandha tapplika sistema ta’ aċċess ġeneralment iktar faċli. Ma jkunx għadu jibqa’ meħtieġ interess leġittimu. Tabilħaqq, f’termini ta’ bilanċ, l-interess pubbliku ġenerali f’atteġġament miftuħ jista’ jiġi preżunt li jipprevali u l-aċċess għandu jingħata, sakemm ma jkunx hemm raġuni leġittima li tista’ żżomm tali aċċess, bħall-protezzjoni ta’ data personali, il-protezzjoni tal-minuri jew sigrieti kummerċjali. Għall-istess raġunijiet, imma wkoll għal għadd ta’ raġunijiet prattiċi, għal kawżi magħluqa ma għandux jibqa’ jkun hemm il-ħtieġa li l-partijiet jiġu kkonsultati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Aċċess remot minn terz għal dokumenti individwali fil-proċess</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134.</NO.P><TXT>Talbiet għal aċċess remot għal dokumenti ġudizzjarji esterni individwali li jkun hemm fi proċess ġudizzjarju għandhom ukoll ikunu possibbli sabiex jiġi ffaċilitat aċċess individwali. Dan it-tip ta’ aċċess jista’ b’mod partikolari jkun rilevanti fir-rigward ta’ tipi standard ta’ dokumenti, li raġonevolment huwa mistennija jkunu fi proċess, bħal noti sottomessi f’kawża minn parti jew minn intervenjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135.</NO.P><TXT>Li xi tip ta’ aċċess remot ikun jista’ jsir huwa fl-aħjar interess tat-tnejn: tat-terz interessat kif ukoll, fil-fatt, tal-istituzzjoni nfisha. L-ugwaljanza u kunsiderazzjonijiet soċjali jitolbu aċċess remot fil-każ tal-ewwel: mhux kulħadd jista’ finanzjarjament jivvjaġġa personalment sal-Lussemburgu sabiex jispezzjona l-fajl fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja. Kif qalet il-Qorti tal-Ġustizzja, f’kuntesti differenti f’għadd ta’ okkażjonijiet, huma s-sustanza u l-fakultà li wieħed ġenwinament jeżerċita ċertu dritt li għandhom jiġu ssalvagwardjati, mhux biss sempliċement l-eżistenza formali ta’ dritt jew rimedju.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara, b’analoġija usa’ ma’ kawżi relatati ma’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Star Storage <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-439/14 u C-488/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:688">EU:C:2016:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>DEB</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-279/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:811">EU:C:2010:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136.</NO.P><TXT>F’kull każ, il-kundizzjonijiet għal aċċess remot għandhom fis-sustanza jkunu l-istess bħal dawk issuġġeriti għal aċċess fiżiku għal proċess fil-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif intqal fil-qosor iktar ’il fuq fil-punti 130 sa 133. Madankollu, il-persuna interessata għandha naturalment tkun iktar speċifika fir-rigward tad-dokumenti preċiżi li huwa jew hija jkunu jridu jiksbu. Bl-istess mod, jistgħu jiġu imposti limiti raġonevoli fuq l-għadd ta’ kopji, kif ukoll tariffi xierqa għal dawn il-kopji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="24"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Aċċess online għal dokumenti ġudizzjarji magħżula</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, bħala suppliment għat-talba individwali iżda wkoll għall-estensjoni tagħha, għall-kawżi magħluqa (jew għall-inqas porzjon minnhom), tista’ tiġi prevista pożizzjoni iktar proattiva għall-pubblikazzjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji esterni magħżula. F’każijiet bħal dawn, it-tipi l-iktar sinjifikattivi ta’ dokumenti ġudizzjarji esterni – bħat-talba għal deċiżjoni preliminari, in-noti tal-partijiet u, jekk tkun tapplika, id-deċiżjoni finali tal-qorti nazzjonali – jistgħu jitqiegħdu fis-sit tal-internet tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala rutina. Għandhom joħolqu, flimkien mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, u jekk jingħataw, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>E-File<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/> online ta’ kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138.</NO.P><TXT>Is-suġġeriment magħmul fil-fatt bl-ebda mod ma huwa rivoluzzjonarju daqs kemm jista’ jidher mad-daqqa ta’ għajn: it-tliet tipi kollha ta’ dokumenti aktarx li diġà huma, b’xi mod jew ieħor, fid-dominju pubbliku. It-test tad-domandi rrinvjati mill-qrati nazzjonali fit-talbiet tagħhom għal deċiżjoni preliminari huwa diġà ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Apparti dan, fis-sistemi legali tal-Istati Membri kważi kollha dawn it-talbiet huma deċiżjonijiet ġudizzjarji normali (digrieti) li, hekk jew hekk, aktarx huma aċċessibbli fid-databases online rispettivi tal-qrati nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Flimkien ma’ dan, xi ġurisdizzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari ġurisdizzjonijiet superjuri, imorru anki lil hinn u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0091" ID="QS0091"/>jimpostaw lilhom infushom<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> fil-websites tagħhom stess, fir-rigward ta’ talbiet għal deċiżjonijiet preliminari li huma jkunu ssottomettew lill-Qorti tal-Ġustizzja: tipikament huma jippubblikaw it-talba oriġinali tagħhom għal deċiżjoni preliminari, ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja u d-deċiżjoni nazzjonali finali tagħhom stess.</P></NOTE>. Dan huwa minnu wkoll għad-deċiżjoni finali tal-qorti nazzjonali li tkun, kważi fil-ġurisdizzjonijiet kollha, aċċessibbli wkoll online. Min-naħa tagħhom, noti tal-Kummissjoni f’kawżi magħluqa diġà jistgħu jinkisbu bis-saħħa ta’ API u, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi l-approċċ issuġġerit fl-ewwel parti ta’ dawn il-konklużjonijiet (A), il-Kummissjoni tkun obbligata wkoll tiżvela l-osservazzjonijiet bil-miktub sottomessi minn partijiet oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139.</NO.P><TXT>Għalhekk, dik l-informazzjoni kollha tinsab diġà b’xi mod fid-dominju pubbliku. Huwa biss diffiċli li ssib fejn tkun tinsab u jkollok aċċess għaliha, imxerrda f’għadd ta’ databases f’diversi Stati Membri u f’istituzzjonijiet tal-Unjoni. Tali pożizzjoni proattiva għandha ċertament trawwem id-dibattitu u l‑għarfien tad-dritt tal-Unjoni li naturalment huwa fl-interess tal-Qorti tal-Ġustizzja nfisha. Hija wkoll, fil-fatt, tkun qiegħda tiffranka l-ħin u r-riżorsi tal-istituzzjoni, kif ukoll dawk tal-individwu: ma jkollhomx għalfejn isiru talbiet speċjali għal aċċess, u ħadd ma jkollu għalfejn jipproċessahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140.</NO.P><TXT>L-aħħar tliet rimarki relatati mat-tliet modalitajiet kollha ta’ aċċess huma deskritti fil-qosor f’din it-taqsima: l-ewwel, fil-fehma tiegħi, l-atteġġament miftuħ fir-rigward ta’ dokumenti ġudizzjarji esterni jfisser spezzjoni tal-proċess jew aċċess remot għad-dokumenti <HT TYPE="ITALIC">fil-verżjoni riċevuta</HT> mill-Qorti tal-Ġustizzja mingħand parti individwali, inkluża l-lingwa li fiha d-dokument ikun ġie riċevut oriġinarjament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141.</NO.P><TXT>It-tieni, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel tagħha xi wieħed mis-suġġerimenti magħmula f’din it-taqsima, l-implementazzjoni gradwali tagħhom għandha tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jadattaw il-mod tal-azzjoni tagħhom jekk ikunu jixtiequ jagħmlu hekk. B’mod partikolari, istruzzjonijiet ċari bil-quddiem lill-partijiet għandhom jindikaw li terz ikun jista’ jitlob aċċess għall-proċess ġudizzjarju. Jekk dan iseħħ, l-awtur tad-dokument (noti) ikollu l-għażla jissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja liema parti mis-sottomissjonijiet tagħhom ma għandhomx jiġu żvelati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142.</NO.P><TXT>It-tielet, ċertament is-suġġerimenti magħmula f’din it-taqsima jkun jeħtiġilhom għadd ta’ adattamenti tekniċi. Madankollu, il-kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali ma jistgħux jitħallew iċajpru l-valur oriġinali, li jirrifletti profondament il-viżjoni ta’ x’tip ta’ qorti l-Qorti tal-Ġustizzja tixtieq tkun. Ma hemmx riforma mingħajr bidla.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="25"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet finali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għal finijiet ta’ kompletezza: kif jirrelataw is-suġġerimenti magħmula f’din it-taqsima mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża API, potenzjalment estiżi bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144.</NO.P><TXT>Kif irrikonoxxejt iktar ’il fuq (Taqsima B), l-approċċ API, ridott għall-konklużjonijiet limitrofi, iżda loġiċi u meħtieġa, tiegħu minn din il-kawża, ma huwiex ideali. Madankollu, sakemm u jekk il-Qorti tal-Ġustizzja nfisha tipprovdi għal aċċess għal xi wħud mid-dokumenti ġudizzjarji tagħha, dan l-approċċ u l-possibbiltà li huwa joffri għandhom ikunu validi. Madankollu, malli l-Qorti tal-Ġustizzja toħloq regoli dwar aċċess għad-dokumenti ġudizzjarji tagħha, dawn ir-regoli għandhom jieħdu preċedenza, bħala <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>, fuq l-approċċ ġurisprudenzjali adottat minn API u potenzjalment estiż minn din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145.</NO.P><TXT>Ladarba tkun stabbilita tali sistema, kull talba għal żvelar ta’ dokumenti ġudizzjarji għandha primarjament tiġi indirizzata lill-Qorti tal-Ġustizzja. F’termini prattiċi, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tintalab qabel istituzzjoni tal-Unjoni oħra, id-deċiżjoni tagħha dwar jekk jingħatax aċċess torbot lill-Kummissjoni, u lil kull istituzzjoni oħra tal-Unjoni. Dan ifisser li dawn l-istituzzjonijiet tal-aħħar ma jkunux jistgħu jiżvelaw id-dokumenti mitluba, anki jekk ikunu fil-pussess tagħhom, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun irrifjutat tagħti aċċess. Jekk talbiet għal dokumenti ta’ terz jiġu indirizzati l-ewwel lill-Kummissjoni jew lil istituzzjoni oħra koperta mir-Regolament, umilment nissuġġerixxi li dawn għandhom jintbagħtu lill-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, dan ma għandux, bħala prinċipju, iżomm lil istituzzjoni milli tiżvela d-dokumenti tagħha stess, jiġifieri n-noti tagħha stess. Il-partijiet jibqgħu liberi jiżvelaw in-noti tagħhom stess, f’konformità ma’ ġurisprudenza preċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0064"><P>Ara d-digriet tat-<DATE ISO="20000403">3 ta’ April 2000</DATE>, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-376/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:181">EU:C:2000:181</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>E –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Spejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146.</NO.P><TXT>Fis-seduta l-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lil P. Breyer, fuq il-bażi tal-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, ibati l-ispejjeż tiegħu stess, anki fil-każ li l-appell jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147.</NO.P><TXT>P. Breyer talab lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-appell. Barra minn hekk, huwa stieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex b’mod ġenerali tiċċara l-kwistjoni dwar jekk parti għandhiex tuża d-dokumenti miksuba biss sabiex tiddefendi l-interessi privati tagħha jew tistax ukoll b’mod liberu tippubblikahom online u tikkummenta dwarhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tat raġun lil P. Breyer fil-mertu. Madankollu, hija kkundannatu għal nofs l-ispejjeż magħmula mill-Kummissjoni minħabba l-fatt li huwa kien ippubblika fis-sit tal-internet tiegħu, waqt li l-proċeduri ġudizzjarji kienu għadhom għaddejja, id-difiża, ir-risposta, id-dikjarazzjoni tal-Isvezja bħala intervenjenti u skambju ta’ ittri bejn il-Kummissjoni u r-rikorrent dwar is-suġġett tal-pubblikazzjoni ta’ dawk id-dokumenti. Il-pubblikazzjoni tad-dokumenti kellha toffri lil dawk li jużaw l-internet il-possibbiltà li jagħmlu kummenti u tagħti lok għal għadd ta’ kummenti li kienu jikkritikaw lill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0065"><P>Punt 126 tas-sentenza appellata, fid-dawl tal-punti 120 u 122.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149.</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-ispejjeż ma hijiex is-suġġett ta’ dan l-appell. Din il-kwistjoni ma tissemmiex uffiċjalment bħala aggravju separat tal-appell mill-Kummissjoni. Lanqas ma kienet is-suġġett ta’ appell inċidentali ta’ P. Breyer.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150.</NO.P><TXT>Minflok, f’dan l-appell, il-Kummissjoni talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-appell b’mod simili għal dak tal-Qorti Ġenerali. B’mod indirett, għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tikkonferma l-approċċ tal-Qorti Ġenerali, billi essenzjalment tirriproduċih fil-livell tal-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151.</NO.P><TXT>Ma nirrakkomandax li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel hekk. Il-propożizzjoni tiegħi lill-Qorti tal-Ġustizzja f’dak li jirrigwarda deċiżjoni dwar l-ispejjeż ta’ dan l-appell hija li ssegwi r-regola normali tal-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura u li tikkundanna lill-Kummissjoni, bħala l-parti li tilfet il-kawża għall-ispejjeż kollha tal-appellat, għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152.</NO.P><TXT>L-ewwel, anki kieku wieħed kellu jikkonferma l-approċċ tal-Qorti Ġenerali b’rabta mal-ispejjeż f’sitwazzjoni simili, l-appellat kien diġà kkundannat għal nofs l-ispejjeż tiegħu stess mill-Qorti Ġenerali. F’dan ir-rigward, ma narax għal xiex huwa għandu jiġi kkundannat għat-tieni darba mid-dehra għall-istess allegat ksur fil-livell tal-appell ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153.</NO.P><TXT>It-tieni, irrid nammetti li jiena wkoll għandi riżervi ġenerali dwar l-approċċ magħżul mill-Qorti Ġenerali. Għad-deċiżjoni tagħha dwar l-ispejjeż f’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali qagħdet fuq id-deċiżjoni preċedenti tagħha fil-kawża Svenska<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0066"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Svenska Journalistförbundet vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-174/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:127">EU:T:1998:127</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> . Din il-kawża, madankollu, jidhirli li hija pjuttost differenti, kemm fattwalment, kif ukoll proċeduralment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154.</NO.P><TXT>Dwar il-fatti fil-kawża Svenska, intqal li r-rikorrent ippubblika u editja – jiġifieri bidel – verżjonijiet tad-dokumenti ġudizzjarji rilevanti online, bin-numri tat-telefon u tal-faks tal-aġenti tal-Kunsill, billi espressament stieden lill-membri tal-pubbliku jibagħtu l-kummenti tagħhom u b’hekk jagħmlu pressjoni fuq il-Kunsill, sabiex iqanqal il-kritika tal-pubbliku għall-aġenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0067"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Svenska Journalistförbundet vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-174/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:127">EU:T:1998:127</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0138">138</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għal dan, ir-rikorrenti rċieva żewġ terzi biss tal-ispejjeż tiegħu mingħand il-Kunsill, għalkemm huwa rebaħ il-kawża kollha. F’din il-kawża, jidher li P. Breyer ikkontenta lilu nnifsu billi ppubblika l-verżjoni integrali tad-dokumenti rċevuti online mingħajr ma bidilhom, u biss wara li għamel id-data personali anonima. U għal dan, li forsi jista’ jitqies bħala ferm inqas ta’ interferenza, l-appellat ingħata lura biss nofs l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155.</NO.P><TXT>Jidher ukoll li hemm differenza proċedurali. Fi Svenska, il-kwistjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ dokumenti ġudizzjarji fuq l-internet kienet ittrattata bħala kwistjoni preliminari mill-qorti tal-ewwel istanza, li dwarha l-partijiet kienu mistiedna jissottomettu osservazzjonijiet, bl-inċident jiġi diskuss u l-inċidenza tal-pubblikazzjoni fuq il-proċeduri tiġi evalwata.<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0068"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980617">17 ta’ Ġunju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Svenska Journalistförbundet vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-174/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:127">EU:T:1998:127</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> F’din il-kawża, ma huwiex għalkollox ċar kif b’mod speċifiku l-iżvelar (fattwalment pjuttost differenti) kien jagħmel ħsara lid-dritt għal difiża tal-Kummissjoni u jikkostitwixxi użu ħażin tan-noti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0069"><P>Sentenza appellata, punti 123 u 124, bit-talba tal-Kummissjoni dwar l-ispejjeż apparentement kienet magħmula biss fis-seduta (punt 25 tas-sentenza appellata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi r-regola ġenerali applikabbli għall-allokazzjoni ta’ spejjeż ta’ appelli: il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż. Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (potenzjalment) ta’ portata estensiva dwar jekk u kif parti fil-proċeduri tista’ tippubblika online n-noti ta’ parti oħra jew ta’ intervenjent għandha tiġi rriżervata sabiex titqies b’mod xieraq u sħiħ f’kawża differenti fejn din il-kwistjoni tinstema’ u tiġi diskussa sewwa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="27"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk ta’ Patrick Breyer;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika tal-Finlandja u lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>