|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2185 |
14.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11288 — TAPESTRY / CAPRI)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/2185)
1.
Fis-6 ta’ Marzu 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Tapestry, Inc. (“Tapestry”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Capri Holdings Limited (“Capri”, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi). |
Tapestry se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Capri.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Tapestry hija grupp tal-moda ta’ lussu magħmul minn tliet marki: Coach, Kate Spade New York, u Stuart Weitzman. Il-prodotti mibjugħa taħt il-marki ta’ Tapestry jinkludu basktijiet tal-idejn, oġġetti żgħar tal-ġilda, ħwejjeġ, żraben, u aċċessorji bħal arloġġi tal-idejn, nuċċalijiet tax-xemx, ġojjellerija, u fwejjaħ, |
|
— |
Capri huwa grupp tal-moda ta lussu li jiddiżinja u jimmanifattura prodotti tal-moda lussużi, inkluż ħwejjeġ, żraben, u aċċessorji bħal basktijiet tal-idejn u oġġetti żgħar tal-ġilda. Il-portafoll ta’ Capri jikkonsisti fi tliet marki: Versace, Jimmy Choo, u Michael Kors. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.11288 — TAPESTRY / CAPRI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2185/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)