|
22.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 101/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 12/2010
tad-29 ta’ Jannar 2010
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE tat-22 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-sottosistema tal-kontroll-kmand u tas-sinjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42ea (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 653/2007):
|
|
(2) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied fil-punt 37i (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/460/KE u 2009/561/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-30 ta’ Jannar 2010, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2010 tad-29 ta’ Jannar 2010 (4), liema minnhom ikun l-aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Taqsima ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 62, 11.3.2010, p. 42.
(2) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 11.
(3) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 60.
(*1) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.
(4) Ara paġna 22 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.