25.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/815

tat-23 ta’ Mejju 2022

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein koperti bl-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni milli l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli.

(2)

Fid-19 ta’ Mejju 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi persuna fiżika u żewġ entitajiet mil-lista ta’ persuni u entitajiet li jenħtieġ li jintlaqtu mill-iffriżar ta’ assi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“80.

Khalaf M.M. Al-Dulaymi (magħruf ukoll bħala Khalaf Al Dulaimi). Data tat-twelid: 25 ta’ Jannar 1932. Passaport Nru H0044232 (Iraqin)”

“98.

MIDCO FINANCIAL, S.A. (magħrufa wkoll bħala MIDCO FINANCE, S.A.). Informazzjoni oħra: Nru Federali: CH-660-0-469-982-0 (l-Iżvizzera).”

“99.

MONTANA MANAGEMENT, INC. Indirizz: il-Panama.”