|
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 270/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9920 — EQT/TA Associates/IFS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 270/05)
1.
Fl-10 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
EQT Fund Management S.a.r.l. (“EQT”, il-Lussemburgu); |
|
— |
TA Associates (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
|
— |
IGT Holding I Sweden AB u IGT Holding II AB (flimkien “IFS”, l-Isvezja). |
EQT u TA Associates jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ IFS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
EQT: impriża tal-investimenti fl-ekwità privata; |
|
— |
TA Associates: ditta ta’ ekwità privata li tinvesti f’kumpaniji ta’ portafoll attivi f’industriji magħżula, fosthom servizzi tan-negozju, konsumaturi, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa u teknoloġija; |
|
— |
IFS: il-forniment ta’ Software tal-Applikazzjoni għall-Intrapriża lill-klijenti li jinsabu fiż-ŻEE u globalment. B’mod partikolari, l-IFS tforni l-Ippjanar tar-Riżorsi tal-Intrapriżi, il-Ġestjoni tal-Assi tal-Intrapriżi u s-software tal-Ġestjoni tas-Servizz fil-Post lill-klijenti f’firxa ta’ setturi tal-industrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9920 — EQT/TA Associates/IFS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Fax: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).