8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

121


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-1 ta' Frar 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue fi Spanja u l-Portugall

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 180)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/64/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2)(d), l-Artikolu 8 (3) u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli u miżuri ta' kontroll biex jiġi kkumbattut il-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u projbizzjoni fuq l-annimali li jħallu dawn iż-żoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fir-rigward tal-bluetongue u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn jew ġewwa dawn iż-żoni (2) tipprevedi d-demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi globali fejn iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza (iż-żoni ristretti) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-bluetongue.

(3)

Spanja u l-Portugall infurmaw lill-Kummissjoni li l-virus tas-serotip 4 nstab li qed jiċċirkola f'numru ta' żoni periferali taż-Żona ristretta E.

(4)

Għalhekk, iż-żoni ristretti għandhom jiġu estiżi u għandha titqies id-data disponibbli dwar l-ekoloġija ta' l-organiżmu li jservi ta' trażmettitur u l-iżvilupp ta' l-attività ta' l-istaġjun tiegħu.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/393/KE, il-listi taż-żoni ristretti f'Żona E, li għandhom x'jaqsmu ma' Spanja u l-Portugall, jinbidlu b'dan li ġej:

“Spanja:

—

Il-provinċja ta' Cádiz, Málaga, Sevilla, Huelva, Córdoba, Cáceres, Badajoz, Toledo u Ciudad Real

—

Il-provinċja ta' Jaen (comarcas ta' Jaen, Andujar, Alcala la Real, Huelma, Linares, Santiesteban del Puerto, Ubeda)

—

Il-provinċja ta' Avila (comarcas de Arenas de San Pedro, Candelada, Cebreros, Las Navas del Marques, Navaluenga, Sotillo de la Adrada)

—

Il-provinċja ta' Salamanca (comarcas ta' Bejar, Ciudad Rodrigo u Sequeros)

—

Il-provinċja ta' Madrid (comarcas ta' Aranjuez, El Escorial, Grinon, Navalcarnero u San Martin de Valdeiglesias)”

“Il-Portugall:

—

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Algarve: il-concelhos kollha

—

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Alentejo: il-concelhos kollha

—

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Ribatejo e Oeste: il-concelhos ta' Almada, Barreiro, Moita, Seixal, Sesimbra, Montijo, Coruche, Setúbal, Palmela, Alcochete, Benavente, Salvaterra de Magos, Almeirim, Alpiarça, Chamusca, Constância, Abrantes u Sardoal.

—

Id-Direzzjoni Reġjonali ta' l-Agrikultura ta' Beira Interior: il-concelhos ta' Penamacor, Fundão, Oleiros, Sertã, Vila de Rei, Idanha-a-Nova, Castelo Branco, Proença-a-Nova, Vila Velha de Rodão u Mação.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-7 ta' Frar 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(2)   ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/828/KE (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 37).