European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2809

22.12.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2809

tal-21 ta’ Diċembru 2023

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, ir-Renju Unit u għall-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew minn kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew ta’ territorji, jew żoni tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Dawk il-listi u ċerti regoli ġenerali li jikkonċernaw dawk il-listi huma stabbiliti fl-Annessi I sa XXII ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Speċjalment, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji, jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-konsenji tal-pollam u tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Il-Kanada nnotifikat lill-Kummissjoni dwar 12-il tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fil-provinċji ta’ Alberta (4), British Columbia (3), Manitoba (1), Quebec (2), u Saskatchewan (2), li ġew ikkonfermati bejn id-9 ta’ Novembru 2023 u l-5 ta’ Diċembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fl-Iskozja f’Orkney Islands, li ġiet ikkonfermata fit-22 ta’ Novembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

L-Istati Uniti nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 6 tifqigħat tal-HPAI fil-pollam fl-istati ta’ Arkansas (1), California (3), New York (1) u South Dakota (1), li ġew ikkonfermati bejn is-7 ta’ Diċembru 2023 u t-13 ta’ Diċembru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Wara dawn it-tifqigħat riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti stabbilew żoni ristretti ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika tal-qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(9)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom u l-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI.

(10)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni jidhrilha li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żoni bir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, u ta’ prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dawk iż-żoni jenħtieġ li jiġi sospiż, biex jitħares l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(11)

Barra minn hekk, il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti taw informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorji tagħhom b’rabta mal-HPAI li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti prodotti, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404.

(12)

Il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta mat-tifqigħat tal-HPAI fil-provinċji ta’ Alberta (1), Quebec (1) u Saskatchewan (2), li ġew ikkonfermati bejn il-25 ta’ Ottubru 2023 u l-31 ta’ Ottubru 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(13)

Ir-Renju Unit ssottometta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ tifqigħa tal-HPAI għad-dundjan f’Lincolnshire, l-Ingilterra, li ġiet ikkonfermata fid-9 ta’ Novembru 2023.

(14)

L-Istati Uniti ssottomettew informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika b’rabta ma’ 2 tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fl-istati ta’ Minnesota u South Dakota, li ġew ikkonfermati fit-3 ta’ Novembru 2023.u fil-25 ta’ Ottubru 2023, rispettivament.

(15)

Il-Kanada, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti wkoll issottomettew informazzjoni dwar il-miżuri meħuda biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara it-tifqigħat tal-HPAI, implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbiliment tal-pollam infettat fit-territorji tagħhom.

(16)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti, u jidhrilha li taw garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjoni tad-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti fl-Unjoni minn żoni kkonċernati f’dawk il-pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, ma għadhiex toħloq theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-konsenji miż-żoni kkonċernati tal-Kanada, tar-Renju Unit u tal-Istati Uniti, li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(17)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fl-Istati Uniti u fir-Renju Unit.

(18)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti fir-rigward tal-HPAI, u sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-kummerċ ma’ dawk il-pajjiżi terzi, l-emendi li għandhom isiru fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(19)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-maniġġ wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_del/2020/692/oj?locale=mt).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal- 24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/404/oj?locale=mt).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela li ġejja għaż-żona CA-2.198 hija sostitwita b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.198

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

25.10.2023

18.12.2023”

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.201, CA-2.202 u CA-2.203 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.201

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

25.10.2023

18.12.2023

CA-2.202

N, P1

 

30.10.2023

18.12.2023

CA-2.203

N, P1

 

31.10.2023

18.12.2023”

(iii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.215 sa CA-2.226 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.214:

“CA

Il-Kanada

CA-2.215

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

9.11.2023

 

CA-2.216

N, P1

 

15.11.2023

 

CA-2.217

N, P1

 

10.11.2023

 

CA-2.218

N, P1

 

17.11.2023

 

CA-2.219

N, P1

 

15.11.2023

 

CA-2.220

N, P1

 

23.11.2023

 

CA-2.221

N, P1

 

25.11.2023

 

CA-2.222

N, P1

 

24.11.2023

 

CA-2.223

N, P1

 

27.11.2023

 

CA-2.224

N, P1

 

27.11.2023

 

CA-2.225

N, P1

 

4.12.2023

 

CA-2.226

N, P1

 

5.12.2023”

 

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.324 hija sostitwita b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.324

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

9.11.2023

14.12.2023”

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela li ġejja għaż-żona GB-2.327 tiżdied wara r-ringiela għaż-żona GB-2.326:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.327

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

22.11.2023”

 

(vi)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.478 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.478

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

25.10.2023

13.12.2023”

(vii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringiela għaż-żona US-2.491 hija sostitwita b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.491

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

3.11.2023

17.12.2023”

(viii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.578 sa US-2.583 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona US-2.577:

“US

L-Istati Uniti

US-2.578

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

12.12.2023”

 

US-20579

N, P1

 

12.12.2023

 

US-2.580

N, P1

 

12.12.2023

 

US-2.581

N, P1

 

13.12.2023

 

US-2.582

N, P1

 

13.12.2023

 

US-2.583

N, P1

 

7.12.2023”

 

(b)

il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, id-deskrizzjonijiet li ġejjin għaż-żoni CA-2.215 sa CA-2.226 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.214:

“Il-Kanada

CA-2.215

Manitoba — Latitudni 49.23, Lonġitudni -97.72

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Blumengart, Friedensruh, Gnadenthal, Plum Coulee, u Reinfeld

10 km SZ: Hamburg, Neuenberg, Reinland, Rosetown, Schanzenfeld, u Winkler

CA-2.216

Quebec — Latitudni 45.46, Lonġitudni -72.86

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Saint-Césaire u Saint Paul-D’Abbotsford

10 km SZ: Ange-Gardien, Granby, Rougement, Saint-Alphonse-de-Granby, Saint Damase, Sainte-Brigide-d’Iberville, Sainte-Cécile-de-Milton u Sainte-Pie

CA-2.217

Saskatchewan — Latitudni 52.27, Lonġitudni -105.52

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Bruno

10 km SZ: Dana, Muskiki Springs, u Peterson

CA-2.218

British Columbia — Latitudni 49.13, Lonġitudni -122.77

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Surrey

10 km SZ: Delta, Langley, Langley Township, u Surrey

CA-2.219

Saskatchewan — Latitudni 54.16, Lonġitudni -108.69

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Rapid View

10 km SZ: Blue Bell, Four Corners u Loon River

CA-2.220

British Columbia — Latitudni 49.08, Lonġitudni -12255

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Aldergrove

10 km SZ: Abbotsford, Fort Langley, Langley, Langley Township, u Maple Ridge

CA-2.221

British Columbia — Latitudni 49.14, Lonġitudni -121.86

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Chilliwack

10 km SZ: Agassiz u Harrison Mills

CA-2.222

Alberta — Latitudni 49.74, Lonġitudni -112.1

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Taber

10 km SZ: Cranford u Fincastle

CA-2.223

Alberta — Latitudni 53.76, Lonġitudni -114.65

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Darwell 10 km

10 km SZ: Cherhill, Glenevis, Alexis, West Cove Lake Isle

CA-2.224

Alberta — Latitudni 49.69, Lonġitudni -112.8

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Wilson

10 km SZ: Stewart

CA-2.225

Quebec — Latitudni 45.5, Lonġitudni -72.89

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Saint-Dominique

10 km SZ: Saint-Hyacinthe, La Providence, Douville, Saint-Damase, La Presqu’île, Saint-Pie, Émileville, Jogues u La Carrière

CA-2.226

Alberta — Latitudni 49.79, Lonġitudni -112.11

Il-muniċipalitajiet involuti huma:

3 km PZ: Taber

10 km SZ: Taber”

(ii)

fl-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona GB-2.327 tiżdied wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.326:

“Ir-Renju Unit

GB-2.327

qrib Finstown, il-Gżejjer Orkney, l-Iskozja, GB

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, ċentrat fuq WGS84 dec, koordinati Lat: N59.02 u Lonġ: W3.08”

(iii)

fl-entrata għall-Istati Uniti, id-deskrizzjonijiet li ġejjin taż-żoni US-2.578 sa US-2.583 jiżdiedu wara d-deskrizzjoni taż-żona US-2.577:

“L-Istati Uniti

US-2.578

L-Istat ta’ South Dakota

Lake 03

Il-Kontea ta’ Lake: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 97.0904603°W 43.9606440°N)

US-2.579

L-Istat ta’ New York

Dutchess 02

Il-Kontea ta’ Dutchess: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 73.6502185°W 41.7533890°N)

US-2.580

L-Istat ta’ California

San Joaquin 04

Il-Kontea ta’ San Joaquin County: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 121.1146566°W 38.1722612°N)

US-2.581

L-Istat ta’ California

Merced 03

Il-Kontea ta’ Merced: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 120.8530684°W 37.5109607°N)

US-2.582

L-Istat ta’ California

Merced 04

Il-Kontea ta’ Merced: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 120.9945284°W 37.2756465°N)

US-2.583

L-Istat ta’ Arkansas

Carroll 02

Il-Kontea ta’ Carroll: Żona ċirkolari b’raġġ ta’ 10 km li tibda mill-punt tat-Tramuntana (koordinati GPS: 93.3228772°W 36.4217989°N)”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(a)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.198 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.198

POU, RAT

N, P1

 

25.10.2023

18.12.2023

GBM

P1

 

25.10.2023

18.12.2023”

(b)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żoni CA-2.201, CA-2.202 u CA-2.203 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“CA

Il-Kanada

CA-2.201

POU, RAT

N, P1

 

25.10.2023

18.12.2023

GBM

P1

 

25.10.2023

18.12.2023

CA-2.202

POU, RAT

N, P1

 

30.10.2023

18.12.2023

GBM

P1

 

30.10.2023

18.12.2023

CA-2.203

POU, RAT

N, P1

 

31.10.2023

18.12.2023

GBM

P1

 

31.10.2023

18.12.2023”

(c)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni CA-2.215 sa CA-2.226 jiżdiedu wara r-ringiela għaż-żona CA-2.214:

“CA

Il-Kanada

CA-2.215

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

 

GBM

P1

 

9.11.2023

 

CA-2.216

POU, RAT

N, P1

 

15.11.2023

 

GBM

P1

 

15.11.2023

 

CA-2.217

POU, RAT

N, P1

 

10.11.2023

 

GBM

P1

 

10.11.2023

 

CA-2.218

POU, RAT

N, P1

 

17.11.2023

 

GBM

P1

 

17.11.2023

 

CA-2.219

POU, RAT

N, P1

 

15.11.2023

 

GBM

P1

 

15.11.2023

 

CA-2.220

POU, RAT

N, P1

 

23.11.2023

 

GBM

P1

 

23.11.2023

 

CA-2.221

POU, RAT

N, P1

 

25.11.2023

 

GBM

P1

 

25.11.2023

 

CA-2.222

POU, RAT

N, P1

 

24.11.2023

 

GBM

P1

 

24.11.2023

 

CA-2.223

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2023

 

GBM

P1

 

27.11.2023

 

CA-2.224

POU, RAT

N, P1

 

27.11.2023

 

GBM

P1

 

27.11.2023

 

CA-2.225

POU, RAT

N, P1

 

4.12.2023

 

GBM

P1

 

4.12.2023

 

CA-2.226

POU, RAT

N, P1

 

5.12.2023

 

GBM

P1

 

5.12.2023”;

 

(d)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.324 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.324

POU, RAT

N, P1

 

9.11.2023

14.12.2023

GBM

P1

 

9.11.2023

14.12.2023”

(e)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żona GB-2.327 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona GB-2.326:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.327

POU, RAT

N, P1

 

22.11.2023

 

GBM

P1

 

22.11.2023”

 

(f)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.478 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.478

POU, RAT

N, P1

 

25.10.2023

13.12.2023

GBM

P1

 

25.10.2023

13.12.2023”

(g)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli għaż-żona US-2.491 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti

US-2.491

POU, RAT

N, P1

 

3.11.2023

17.12.2023

GBM

P1

 

3.11.2023

17.12.2023”

(h)

fl-entrata għall-Istati Uniti, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni US-2.578 sa US-2.583 jiżdiedu wara r-ringieli għaż-żona US-2.577:

“US

L-Istati Uniti

US-2.578

POU, RAT

N, P1

 

12.12.2023

 

GBM

P1

 

12.12.2023

 

US-2.579

POU, RAT

N, P1

 

12.12.2023

 

GBM

P1

 

12.12.2023

 

US-2.580

POU, RAT

N, P1

 

12.12.2023

 

GBM

P1

 

12.12.2023

 

US-2.581

POU, RAT

N, P1

 

13.12.2023

 

GBM

P1

 

13.12.2023

 

US-2.582

POU, RAT

N, P1

 

13.12.2023

 

GBM

P1

 

13.12.2023

 

US-2.583

POU, RAT

N, P1

 

7.12.2023

 

GBM

P1

 

7.12.2023”

 


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2809/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)