Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Appell ippreżentat mid-Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-7 ta’ Jannar 2008, fil-kawża, Rosario Maria Pellegrini vs Il-Kummissjoni (T-375/07 R), li ċaħdet it-talba għall-miżuri provviżorji sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tagħmel tajjeb, b’mod provviżorju, għad-dannu finanzjarju allegatament sostnut mir-rikorrent minħabba li din l-istituzzjoni naqset milli tiżgura applikazzjoni sħiħa u interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw l-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) M. Rosario Maria Pellegrini għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza.