31994R2980



Official Journal L 315 , 08/12/1994 P. 0002 - 0003
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0095
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 33 P. 0095


Ir-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 2980/94

tas-7 ta' Diċembru 1994

li jiftaħ kwoti ta' l-importazzjoni kwantitattivi għall-prodotti tat-tessuti f'kategoriji 146A u146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi li m'għandhomx trattat bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew permezz ta' regoli tal-Komunità dwar importazzjoni speċifika [1], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KE) Nru 2798/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 3(3) u (5) tiegħu flimkien ma' l-Artikolu 25(4) tiegħu,

Billi l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 jipprovdi li prodotti tat-tessuti msemmija fl-Anness V li joriġinaw mill-pajjiżi elenkati jistgħu jkunu importati biss jekk ikun stabbilit limitu kwantitattiv annwali skond il-proċeduri relatati li jinsabu fl-Artikolu 25;

Billi saret talba lill-Kummissjoni minn żewġ Stati Membri għall-introduzzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni li jkopru prodotti f'kategoriji 146A u 146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina sabiex ilaħħqu ma' ċerti bżonnijiet tas-suq; billi l-kumitat imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 25, wara diskussjoni, ħaseb li jkun xieraq fid-dawl ta' l-istat tal-industrija tal-Komunità li jiddieċiedi dwar 15 u 110 tunellati rispettivament bħala l-limiti kwantitattivi annwali li għalihom l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti f'kategoriji 146A u 146B li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandhom ikunu soġġetti mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ; billi għalhekk jeħtieġ li jkunu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 517/94 u sabiex ikun stipulat, fl-interess tas-sigurtà legali li l-kwota tkun amministrata skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 ta' l-imsemmi Regolament;

Billi dawn il-miżuri huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti f'kategoriji 146A u 146B mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hi soġġetta għal limiti kwantitattivi annwali ta' 15 u 110 tunellati rispettivament li jkunu amministrati skond il-proċedura li tinsab fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 517/94.

Artikolu 2

L-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għandhom jkunu emendati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni fil-Ġunral Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot għal kollox u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kummissjoni

Leon Brittan

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 67, ta' l-10.3.1994, p. 1.

[2] ĠU C 297, tat-18.11.1994, p. 6.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS IV

Limiti kwantitattivi Annwali tal-Komunità imsemmija fl-Artiklu 3 (1)

(Il-deskrizzjonijiet tal-prodott tal-kategoriji mniżżla f'dan l-Anness jinsabu fl-Anness I A ta' dan ir-Regolament)

ĊINA

Kategorija | Unit | Kwantità |

ex 13 | 1000 biċċa | 150 |

ex 18 | tunnellati | 98 |

ex 20 | tunnellati | 10 |

ex 24 | 1000 biċċa | 120 |

ex 39 | tunnellati | 10 |

ex 78 | tunnellati | 3 |

115 | tunnellati | 450 |

117 | tunnellati | 450 |

118 | tunnellati | 950 |

120 | tunnellati | 63 |

122 | tunnellati | 130 |

123 | tunnellati | 5 |

124 | tunnellati | 600 |

125 B | tunnellati | 8 |

127 B | tunnellati | 5 |

ex 136 | tunnellati | 285 |

140 | tunnellati | 100 |

145 | tunnellati | 7 |

146 A | tunnellati | 15 |

146 B | tunnellati | 110 |

146 C | tunnellati | 270 |

156 | tunnellati | 760 |

157 | tunnellati | 5400 |

159 | tunnellati | 3020 |

160 | tunnellati | 30 |

161 | tunnellati | 10777 |

--------------------------------------------------