24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 88/24


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10606 — MUBADALA / NATIONALE-NEDERLANDEN / HEALTHCARE ACTIVOS MANAGEMENT / HEALTHCARE ACTIVOS YIELD SOCIMI / HEALTHCARE ACTIVOS INVESTMENT / SEQUÊNCIALTERNATIVA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 88/03)

1.   

Fis-16 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Mubadala Investment Company (“MIC”, l-Emirati Għarab Magħquda),

—

Nationale-Nederlanden (“NN”, in-Netherlands),

—

Healthcare Activos Management S.L. (“HAM”, Spanja),

—

HEALTHCARE ACTIVOS YIELD SOCIMI S.A., (“HAY”, Spanja),

—

Diversi kumpaniji ta’ proprjetà immobbli li huma proprjetà ta’ HEALTHCARE ACTIVOS INVESTMENT, S.A. (“HAISA Entities”, Spanja),

—

Sequêncialternativa S.A. (“SQA”, il-Portugall).

MIC, NN u HAM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ HAY, HAISA Entities u SQA (flimkien, “il-Kumpanija fil-Mira”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

MIC: l-investiment f’firxa wiesgħa ta’ setturi strateġiċi, inklużi l-enerġija, l-utilitajiet, il-proprjetà immobbli, l-industriji u s-servizzi bażiċi. MIC għandha investimenti f’entitajiet li huma attivi f’diversi pajjiżi madwar id-dinja,

—

NN: kumpanija internazzjonali tas-servizzi finanzjarji li tipprovdi servizzi ta’ rtirar, pensjonijiet, assikurazzjoni, investimenti u servizzi bankarji,

—

HAM: il-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni lill-Kumpanija fil-Mira,

—

il-Kumpanija fil-Mira: l-akkwist u l-kiri ta’ assi immobiljari għal użi tal-kura tas-saħħa, bħal kliniċi, sptarijiet, ċentri tal-kura primarja, djar tal-kura u istituzzjonijiet tal-kura mentali. L-assi tal-Kumpanija fil-Mira jinsabu fi Spanja u l-Portugall.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10606 — MUBADALA / NATIONALE-NEDERLANDEN / HEALTHCARE ACTIVOS MANAGEMENT / HEALTHCARE ACTIVOS YIELD SOCIMI / HEALTHCARE ACTIVOS INVESTMENT / SEQUÊNCIALTERNATIVA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.