<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑517/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012TJ0517</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:890">EU:T:2014:890</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20141016">16.10.2014</DATE> — KAWŻA T‑517/12</P><P>ALRO vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Għajnuna mill-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Elettriku</KEYWORD><KEYWORD>Tariffi preferenzjali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Att li ma jistax jiġi kkontestat</KEYWORD><KEYWORD>Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑517/12,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alro SA</HT>, stabbilita f’Slatina (Ir-Rumanija), irrappreżentata minn C. Quigley, QC, O. Bretz, solicitor, u S. Verschuur, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn É. Gippini Fournier u T. Maxian Rusche, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett, prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2517 finali, tal-<DATE ISO="20120425">25 ta’ April 2012</DATE>, li tiftaħ proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33624 (2012/C) (ex 2011/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali ta’ elettrikku favur Alro Slatina SA, u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2012) 2517 finali sa fejn din tapplika għall-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn A. Dittrich, President, J. Schwarcz (Relatur) u V. Tomljenović, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: S. Spyropoulos, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Alro SA, hija produttur Rumen tal-aluminju, li fit-<DATE ISO="20050908">8 ta’ Settembru 2005</DATE>, ikkonkluda mal-impriża pubblika Hidroelectrica SA (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>fornitur<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kuntratt għal żmien twil ta’ provvista ta’ elettriku kontinwu għall-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20051001">1 ta’ Ottubru 2005</DATE> u l-<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>. Sa mill-<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE>, ir-rikorrenti, abbażi ta’ dan il-kuntratt, xtrat l-elettriku għall-grupp kollu li hija tifforma parti minnu fir-Rumanija.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-kuntratt għal żmien twil ta’ provvista ta’ elettriku kontinwu kien suġġett, qabel l-<DATE ISO="20120810">10 ta’ Awwissu 2012</DATE>, għal 17-il emenda (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>miżura ta’ għajnuna preżunta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li r-raba’ waħda minnhom, iffirmata fis-<DATE ISO="20060606">6 ta’ Ġunju 2006</DATE>, ipprevediet formula ġdida ta’ kalkolu tal-prezz tax-xiri tal-elettriku, li ġiet applikata mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> sal-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>kuntratt tal-2005 emendat<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Is-sbatax-il emenda ġiet iffirmata fil-<DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE> u pprevediet formula ġdida ta’ kalkolu, applikabbli mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>kuntratt tal-2010<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-formula tal-kalkolu inkluża fil-kuntratt tal-2005 emendat kienet tipprevedi li l-prezz tal-megawatthour (MWh) ta’ elettriku kellu jiġi indiċizzat fuq l-ispejjeż tal-fornitur, li l-komponenti prinċipali tiegħu kienu l-ispiża tal-ħaddiema, l-ispejjeż tal-funzjonament u l-ispejjeż ta’ deprezzament, filwaqt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-inflazzjoni. Il-formula tal-kalkolu kienet tintroduċi prezz minimu, obbligu ta’ ħlas f’leu Rumen (RON) u l-ħlas ta’ sitt xhur ta’ xiri bil-quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-formula tal-kalkolu inkluża fil-kuntratt tal-2010, li ssostitwixxiet il-formula preċedenti, ma kinitx iktar ibbażata fuq l-ispejjeż ta’ produzzjoni tal-fornitur, iżda fuq il-prezz tal-aluminju fil-London Metal Exchange (Borża tal-metalli ta’ Londra), ħassret il-prezz minimu, għażlet id-dollaru tal-Istati Uniti (USD) bħala l-munita tal-ħlas u ffissat għal xahar l-obbligu ta’ ħlas minn qabel għall-provvista tal-elettriku.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-informazzjoni ppubblikata fl-istampa Rumena, il-Kummissjoni Ewropea, f’Jannar 2011, fetħet investigazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fuq il-kuntratti għal żmien twil fil-qasam tal-provvista tal-elettriku nnegozzjati direttament bejn il-fornitur u r-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand ir-Rumanija dwar il-kuntratti għal żmien twil ta’ provvista ta’ elettriku msemmija iktar ’il fuq, permezz ta’ ittri tas-16 ta’ Frar, tal-4 ta’ Marzu u tal-<DATE ISO="20110414">14 ta’ April 2011</DATE>, li għalihom ir-Rumanija rrispondiet permezz ta’ ittri tal-24 ta’ Marzu, tas-16 ta’ Mejju u tas-<DATE ISO="20110606">6 ta’ Ġunju 2011</DATE>. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti permezz ta’ ittri tat-30 ta’ Settembru u tad-<DATE ISO="20111109">9 ta’ Novembru 2011</DATE>, u tad-29 ta’ Frar u tat-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>. Saru wkoll laqgħat mar-rappreżentanti tar-Rumanija u tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C (2012) 2517 finali, tal-<DATE ISO="20120425">25 ta’ April 2012</DATE>, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE, fir-rigward tal-għajnuna ġdida mħallsa lir-rikorrenti u lill-membri l-oħra tal-grupp li hija kienet tifforma parti minnu fir-Rumanija, minn naħa, matul il-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE> u, min-naħa l-oħra, mill-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, fil-kuntest tal-miżura ta’ għajnuna prezunta (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-premessi 61 u 152 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni, minn naħa, ħarġet opinjoni preliminari li l-miżura ta’ għajnuna preżunta kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, mogħtija fil-forma ta’ tariffi preferenzjali għall-provvista tal-elettriku, li setgħu jibbenefikaw minnhom r-rikorrenti u membri oħra tal-grupp li kienet tifforma parti minnu<?PAGE NO="3"?> r-rikorrenti fir-Rumanija, u, min-naħa l-oħra, li hija kellha dubju dwar kif, billi tnaqqas l-ispejjeż operattivi li kellhom jiġu sostnuti interament mill-benefiċjarji mingħajr ma ssegwi l-ebda oġġettiv ta’ interess ġenerali, tali għajnuna setgħet tiġi ddikjarata kompatibbli mat-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-premessi 74 sa 78 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni qieset li l-miżura ta’ għajnuna preżunta kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida sa mid-data ta’ adeżjoni tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>. Hija għamlet distinzjoni bejn żewġ perijodi, jiġifieri, fl-ewwel lok, il-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, li matulu kien japplika l-kuntratt tal-2005 emendat, u, fit-tieni lok, il-perijodu ta’ wara l-<DATE ISO="20100101">1 ta’ Jannar 2010</DATE>, li warajh daħal fis-seħħ il-kuntratt tal-2010.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20121123">23 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti ippreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata s afejn din tikkonċerna l-perijodu ta’ bejn l-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20130321">21 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-rikorrenti talab lill-Qorti Ġenerali, bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li hija titlob lill-Kummissjoni li tipproduċi dokumenti li hija bbażat ruħha fuqhom fir-risposta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20130423">23 ta’ April 2013</DATE>, il-Kummissjoni ressqet parti mill-osservazzjonijiet tagħha fuq it-talba għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba mir-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi, li permezz tagħhom hija tikkritika l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-kundizzjoni ta’ imputabbiltà tal-miżura ta’ għajnuna preżunta fl-Istat Rumen. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi żball ta’ liġi, li jikser l-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari permezz ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tagħha tal-kriterji tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fit-tielet lok, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex debitament immotivata.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Prinċipalment, il-Kummissjoni tikkunsidra li r-rikors huwa inammissibbli u, sussidjarjament, li huwa infondat.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, il-Kummissjoni ssostni li r-rikors huwa inammissibbli peress li r-rikorrenti ma għandhiex interess dirett u attwali sabiex tikseb l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, peress li, fid-data tal-preżentata tar-rikors, il-miżura ta’ għajnuna preżunta ma kinitx għadha fi stat ta’ eżekuzzjoni. Hija sostniet ukoll li r-rikorrenti ma pproduċietx il-prova tal-interess personali tagħha, dirett u attwali sabiex tikseb l-annullament tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’mod partikolari, jeħtieġ li tingħata risposta għall-ewwel motiv ta’ inammissibbiltà, li jikkonsisti, essenzjalment, fiċ-ċaħda tad-deċiżjoni kkontestata mill-kwalità tagħha ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, fid-dawl tan-natura u tal-portata tal-kwistjonijiet ġuridiċi implikati minn dan il-motiv ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq in-natura ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ att li jista</HT><HT TYPE="ITALIC">’ jiġi kkontestat tad-deċiżjoni kkontestata</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ir-rikors huwa inammissibbli, minħabba li r-rikorrenti ma għandhiex interess attwali u dirett sabiex tikseb l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, peress li l-kuntratt tal-2010 ma kienx għadu qiegħed jiġi eżegwit fid-data tal-preżentata tar-rikors, għaliex kien ġie rexiss u ssostitwit, wara d-dikjarazzjoni ta’ insolvenza tal-fornitur, permezz tat-tmintax-il emenda, iffirmata fl-<DATE ISO="20120810">10 ta’ Awwissu 2012</DATE>, li tinkludi kundizzjonijiet ġodda kuntrattwali, li jikkostitwixxu emenda tal-għajnuna fis-sens tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3). Tali konklużjoni tapplika wkoll għall-kuntratt tal-2005 emendat, li waqaf jipproduċi l-effetti tiegħu fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-kuntratt tal-2010 u li l-għajnuna li tirriżulta minnu ngħatat u tħallset.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tqis li r-rikors huwa ammissibbli, peress li deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali tista’ dejjem tiġi kkontestata, meta l-Kummissjoni u l-Istat Membru jew il-benefiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna preżunta ma jkunux jaqblu dwar in-natura eżatta ta’ din tal-aħħar – għajnuna ġdida, għajnuna eżistenti jew miżura li ma tikkostitwixxix għajnuna –, irrispettivament jekk għadhiex fi stadju ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti jqisu li mit-termini tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3), jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata tista’, bħala tali, tiġi kkontestata, meta din hija, barra minn hekk, deċiżjoni formali, li skont il-kliem tal-Artikolu 263 TFUE, tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat. Tali deċiżjoni tista’ tipproduċi effetti legali, fid-dawl tal-possibbiltà ta’ proċeduri quddiem il-qorti nazzjonali bil-għan li tiġi sospiża jew irkuprata l-għajnuna illegali, fejn il-qorti nazzjonali tista’ tintalab tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw minn ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn naħa, minn ġurisprudenza stabbilita żviluppata fil-kuntest ta’ kawżi għal annullament ippreżentati minn Stati Membri jew minn istituzzjonijiet jirriżulta li d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-istituzzjonijiet, indipendentement mill-forma, li huma intiżi sabiex jipproduċu effetti legali vinkolanti huma kkunsidrati bħala atti li jistgħu jiġi kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19710331">31 ta’ Marzu 1971</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>AETR<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="22/70" PAGE.ECR="263" YEAR="1971">22/70, Ġabra p. 263</REF.DOC.ECR>, punt 42; tat-<DATE ISO="19940302">2 ta’ Marzu 1994</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-316/91" PAGE.ECR="I-625" YEAR="1994">C-316/91, Ġabra p. I-625</REF.DOC.ECR>, punt 8, u tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-463/10 P+C-475/10 P" PAGE.ECR="I-9639" YEAR="2011">C-463/10 P u C-475/10 P, Ġabra p. I-9639</REF.DOC.ECR>, punt 36). Barra minn hekk mill-ġurisprudenza jirriżulta li Stat Membru jista’ jippreżenta rikors għal annullament ta’ att li jipproduċi effetti legali vinkolanti mingħajr il-bżonn li dan juri interess ġuridiku (ara s-sentenza Deutsche Post u Il‑Ġermanja vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hemm lok li jitfakkar li miżuri intermedjarji li l-għan tagħhom huwa li tiġi ppreparata d-deċiżjoni finali ma jikkostitwixxux, fil-prinċipju, atti li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, IBM vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="60/81" PAGE.ECR="2639" YEAR="1981">60/81, Ġabra p. 2639</REF.DOC.ECR>, punt 10; tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-521/06 P" PAGE.ECR="I-5829" YEAR="2008">C-521/06 P, Ġabra p. I-5829</REF.DOC.ECR>, punt 42, u Deutsche Post u Il-Ġermajna vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, punt 50). L-atti intermedjarji msemmija b’dan il-mod huma qabelxejn atti li jesprimu opinjoni provviżorja tal-istituzzjoni (sentenza Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, punt 50; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza IBM vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Meta r-rikors għal annullament kontra att adottat minn istituzzjoni jiġi ppreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li dan jista’ jseħħ biss meta l-effetti legali vinkolanti ta’ dan l-att huma tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti billi jibdlu, b’mod kunsiderevoli, is-sitwazzjoni legali tagħha (sentenzi IBM vs Il-Kummissjoni, punt 23 iktar ’il fuq, punt 9, u Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 24 iktar ’il fuq ġiet żviluppata fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi kontra atti li huma kienu d-destinatarji tagħhom. Meta rikors għal annullament jiġi ppreżentat minn rikorrent bħala parti mhux privileġġjata kontra att li huwa ma huwiex id-destinatarju tiegħu, ir-rekwiżit li jipprovdi li l-effetti ġuridiċi vinkolati tal-miżura kkontestat għandhom ikunu tali li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, billi jemendaw b’mod sostanzjali s-sitwazzjoni legali tiegħu, jikkoinċidi mal-kundizzjonijiet imposti fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (sentenza Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bil-għan li jiġi evalwat jekk id-deċiżjoni kkontestata tistax tiġi kkontestata, hemm lok li fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 22 iktar ’il fuq, jiġi eżaminat jekk din tal-aħħar tikkostitwixxix att intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ għajnuna mill-Istat, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, meta l-Kummissjoni tikklassifika l-miżura fi stadju ta’ eżekuzzjoni bħala għajnuna ġdida, tali deċiżjoni tagħti lok għal effetti legali awtonomi, b’mod partikolari fir-rigward tas-sospensjoni tal-miżura kkunsidrata (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20011009">9 ta’ Ottubru 2001</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-400/99" PAGE.ECR="I-7303" YEAR="2001">C-400/99, Ġabra p. I-7303</REF.DOC.ECR>, punt 62 ; tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20021023">23 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-346/99+T-347/99+T-348/99" PAGE.ECR="II-4259" YEAR="2002">T-346/99 sa T-348/99, Ġabra p. II-4259</REF.DOC.ECR>, punt 33, u tal-<DATE ISO="20090325">25 ta’ Marzu 2009</DATE>, Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, T‑332/06, li ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 35). Din il-konklużjoni ma tapplikax biss fil-każ li l-miżura fi stadju ta’ eżekuzzjoni titqies mill-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat bħala għajnuna eżistenti iżda anki fil-każ li dawn l-awtoritajiet iqisu li l-miżura koperta mid-deċiżjoni ta’ ftuħ ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE (sentenzi Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 33, u Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura fi stadju ta’ eżekuzzjoni u li tkun ikklassifikata bħala għajnuna ġdida mill-Kummissjoni tibdel neċessarjament il-portata legali tal-miżura kkunsidrata, kif ukoll is-sitwazzjoni legali tal-impriżi li jkunu l-benefiċjarji tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tat-tkomplija tal-implementazzjoni ta’ din il-miżura. Sal-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, l-Istat Membru, l-impriżi benefiċjarji u l-operaturi ekonomiċi l-oħra jistgħu jaħsbu li l-miżura tkun qiegħda tiġi implementata b’mod legali bħala miżura ġenerali li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE jew bħala għajnuna eżistenti. Għall-kuntrarju, wara l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, ikun hemm minn tal-inqas dubju kunsiderevoli dwar il-legalità ta’ din il-miżura, li, bla ħsara għall-possibbiltà li jintalbu miżuri provviżorji quddiem l-Imħallef għal miżuri provviżorji, għandu jwassal lill-Istat Membru sabiex jissospendi l-applikazzjoni tagħha, peress li l-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali jeskludi deċiżjoni immedjata li<?PAGE NO="6"?> tikkonstata l-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern, konstatazzjoni li tfisser li l-eżekuzzjoni tagħha tkun tista’ titkompla b’mod legali. Deċiżjoni bħal din tista’ wkoll tkun invokata quddiem qorti nazzjonali mitluba sabiex tislet il-konsegwenzi kollha li jirriżultaw mill-ksur tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE. Fl-aħħar nett, din tista’ twassal lill-impriżi li jibbenefikaw mill-miżura jirrifjutaw, f’kull każ, ħlasijiet ġodda jew vantaġġi ġodda jew li jżommu s-somom neċessarji għal kumpensi finanzjarji eventwali ulterjuri. Il-komunità tan-negozju wkoll tieħu inkunsiderazzjoni, fir-relazzjonijiet tagħha mal-benefiċjarji msemmija, is-sitwazzjoni legali u finanzjarja prekarja ta’ dawn tal-aħħar (sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 59; Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 34, u Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-effetti legali awtonomi msemmija fil-punti 27 u 28 iktar ’il fuq għandhom jinftiehmu bħala l-effetti legali vinikolanti prodotti mill-miżuri preparatorji jew intermedjarji, bħal, f’dan il-każ, id-deċiżjoni kkontestata, li fir-rigward tagħhom rikors kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura marbuta mal-għajnuna mill-Istat preżunta ma huwiex ta’ natura li jiżgura protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti fir-rigward tal-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna preżunta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, punti 54 sa 56).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxix att li huwa intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti u, għaldaqstant, att li jista’ jiġi kkontestat, fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-argument tal-Kummissjoni jibbaża fuq il-premessa li, bħala regola ġenerali, deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tikkostitwixxi sempliċement att preparatorju, li ma jipproduċix effetti legali vinkolanti u ma hijiex ta’ natura li taffettwa l-interessi tal-benefiċjarju tal-għajnuna preżunta billi tbiddel b’mod ikkaratterizzat is-sitwazzjoni legali tagħha. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, eċċezzjonalment, tali deċiżjoni tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat jekk il-miżura li hija tikkonċerna tkun fi stadju ta’ eżekuzzjoni. Hija tal-opinjoni li, f’dan il-każ, peress li d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali tipproduċi effetti legali awtonomi minħabba l-effett sospensiv tagħha, l-Istat Membru destinatrju ikun obbligat li jissospendi l-għajnuna.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni qieset, fil-premessi 74 sa 79 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-miżura ta’ għajnuna preżunta kienet tikkostitwixxi għajnuna ġdida, sa fejn din kienet tirriżulta kemm mill-kuntratt tal-2005 emendat kif ukoll mill-kuntratt tal-2010 (ara l-punt 9 iktar ’il fuq), u, fil-premessa 145 tal-imsemmija deċiżjoni, li din il-miżura ingħatat bi ksur tal-obbligi ta’ notifika u ta’ projbizzjoni ta’ implementazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 108(3) TFUE, applikabbli għall-għajnuna kklassifikata bħala ġdida. Fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni fakkret lir-Rumanija li din l-aħħar dispożizzjoni kellha effett sospensiv u li l-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 kien jipprevedi li l-għajnuna illegali kollha setgħet tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarju.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi nnotat li r-rikorrenti tiddikjara li hija ma tikkontestax quddiem il-Qorti Ġenerali l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-eżistenza ta’ żewġ kuntratti separati, il-kuntratt tal-2005 emendat u l-kuntratt tal-2010.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, sal-lum, la l-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas il-Qorti Ġenerali ma kellhom l-okkażjoni li jiddeċiedu dwar l-ammissibbiltà ta’ rikors għal annullament ta’ deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li ma kinitx għadha fi stadju ta’ eżekuzzjoni fid-data tad-deċiżjoni inkwistjoni jew fid-data tal-preżentata tal-imsemmi rikors. Issa, għalkemm ir-rikorrenti tqis li kull deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qorti tal-Unjoni, il-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors għal annullament tiddependi, fir-realtà, fuq il-punt dwar jekk tali deċiżjoni tagħtix lok għal effetti legali awtonomi<?PAGE NO="7"?> fis-sens tal-punt 29 iktar ’il fuq (sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 62; Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 33, u Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi kkunsidrat li deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tagħti lok għal effeti legali awtonomi, meta, fid-dawl tal-konklużjonijiet inklużi fiha, hija tipproduċi effett immedjat, ċert u suffiċjentement vinkolanti fuq l-Istat Membru li huwa destinatarju tagħha fuq il-benefiċjarju jew benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna ineżami. Għaldaqstant din hija deċiżjoni li, permezz tal-effett tagħha biss u mingħajr il-bżonn ta’ miżuri oħra meħuda mill-Kummissjoni jew awtorità oħra, tobbliga lill-Istat Membru destinatarju sabiex jadotta miżura waħda jew iktar sabiex jikkonforma ruħu magħha.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Dan ikun il-każ meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura ta’ għajnuna implementata mingħajr ma tkun ġiet innotifkata u dejjem waqt li tkun fi stadju ta’ eżekuzzjoni fid-data li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni. F’dan il-każ, il-portata tal-miżura ineżami tiġi neċessarjament emendata, fid-dawl tal-konklużjoni provviżorja tal-Kummissjoni dwar in-natura tal-għajnuna illegali mill-Istat, peress li tkun ġiet implementata mingħajr ma tkun ġiet innotifikata. Fid-dawl ta’ tali evalwazzjoni, li tagħti lok għal dubju serju dwar il-legalità tal-miżura ineżami, l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni għandu jissospendi l-applikazzjoni ta’ din il-miżura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 59; Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 34, u Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 36). Fejn ikun hemm effett immedjat, ċert u suffiċjentement vinkolanti tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Istat Membru jkollu jissospendi l-applikazzjoni tal-miżura ineżami permezz tal-effett tad-deċiżjoni waħidha u bil-għan li jislet il-konsegwenzi tal-konklużjonijiet provviżorji tiegħu dwar l-illegalità tal-imsemmija miżura.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tal-Unjoni tikkunsidra li, meta l-Kummissjoni tkun fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li tkun fi stadju ta’ eżekuzzjoni, il-qrati nazzjonali huma obbligati li jadottaw il-miżuri kollha neċessarji sabiex jinsiltu l-konsegwenzi ta’ ksur eventwali tal-obbligu ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din il-miżura (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, Deutsche Lufthansa, C‑284/12, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-qrati nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-eżekuzzjoni tal-miżura ineżami u li jordnaw l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa. Huma jistgħu wkoll jiddeċiedu li jordnaw miżuri provviżorji bil-għan li jissalvagwardjaw, minn naħa, l-interessi tal-partijiet ikkonċernati u, min-naħa l-oħra, l-effettività tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (sentenza Deutsche Lufthansa, punt 37 iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>B’differenza minn deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li tkun fi stadju ta’ eżekuzzjoni, deċiżjoni ta’ din in-natura li tikkonċerna miżura li ma għadhiex fi stadju ta’ eżekuzzjoni ma tagħtix lok għal effetti legali awtonomi, minħabba nuqqas ta’ portata immedjata, ċerta u suffiċjentement vinkolanti fil-konfront tal-Istat Membru destinatarju u l-benefiċjarju jew il-benefiċjarji tal-miżura ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Istat Membru ma huwiex obbligat li jirkupra l-għajnuna mħallsa lill-benefiċjarju minħabba l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 659/1999 jimponi huwa stess kundizzjonijiet stretti ħafna fuq il-Kummissjoni meta din tipprevedi li timponi fuq l-Istat Membru kkonċernat l-irkupru provviżorju tal-għajnuna. L-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 659/1999 jeżiġi li ma għandu jkun hemm ebda dubju dwar in-natura tal-għajnuna tal-miżura kkonċernata, li għandu jkun hemm urġenza għal azzjoni u li jkun hemm riskju serju ta’ dannu sostanzjali u irrimedjabbli għall-kompetitur. Tali kundizzjoniijet, filwaqt li huma stabbiliti għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni separata u ta’ portata differenti mid-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jikkostitwixxu indizji dwar l-ineżistenza, għall-Istat Membru destinatarju, ta’<?PAGE NO="8"?> obbligu ġenerali ta’ rkupru ta’ għajnuna mħallsa illegalment, li jirriżulta biss minn din l-aħħar imsemmija deċiżjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 jipprevedi espressament li, wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern, il-Kummissjoni ma għandhiex teżiġi l-irkupru ta’ din tal-aħħar jekk, permezz ta’ dan, hija tmur kontra prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ġie deċiż, minn naħa, li l-qorti nazzjonali ma kinitx obbligata li tordna l-irkupru ta’ għajnuna implementata bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, meta l-Kummissjoni kienet adottat deċiżjoni finali li tikkonstata l-kompatibiltà tal-imsemmija għajnuna mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, iżda li kienet obbligata li tordna lill-benefiċjarju tal-għajnuna jħallas l-interessi fuq il-perijodu ta’ illegalità (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/06" PAGE.ECR="I-469" YEAR="2008">C-199/06, Ġabra p. I-469</REF.DOC.ECR>, punt 55). Min-naħa l-oħra, meta l-kawża quddiem qorti nazzjonali jkollha bħala suġġett l-irkupru ta’ għajnuna, l-obbligu, tal-qorti nazzjonali, li tadotta miżuri ta’ salvagwardja jeżisti biss jekk ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li jiġġustifikaw tali miżuri, jiġifieri jekk ma jkunx hemm dubju dwar il-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat, jekk l-eżekuzzjoni tal-għajnuna tkun imminenti jew tkun diġà ġiet eżegwita u jekk ma jkunux ġew ikkonstatati ċirkustanzi eċċezzjonali li jagħmlu l-irkupru inadegwat, u jekk dan ma jkunx il-każ il-qorti nazzjonali għandha tiċħad it-talba (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20100311">11 ta’ Marzu 2010</DATE>, CELF u Ministre de la Culture et de la Communication, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-1/09" PAGE.ECR="I-2099" YEAR="2010">C-1/09, Ġabra p. I-2099</REF.DOC.ECR>, punt 36).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, ma jistax jiġi kkunsidrat li deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li ma għadhiex fi stadju ta’ eżekuzzjoni tipproduċi effett immedjat, ċert u suffiċjentement vinkolanti fuq l-Istat Membru sabiex tobbligah li jirkupra l-għajnuna mħallsa illegalment.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura ċerta tal-effetti legali awtonomi prodotti mid-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, b’mod kuntrarju għall-obbligu ta’ sospensjoni tal-miżura ineżami li tirriżulta minn tali deċiżjoni meħuda fir-rigward ta’ miżura fi stadju ta’ eżekuzzjoni, l-irkupru ta’ għajnuna illegali jista’, bħala regola ġenerali, isir biss waqt kawża quddiem il-qorti nazzjonali li l-eżitu tagħha ikun, min-natura tiegħu, inċert, fid-dawl tal-parametri differenti li din il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tikkundanna lill-benefiċjarju tal-għajnuna illegali għall-ħlas lura tagħha (ara l-punt 41 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Sussegwentement, minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li ma għadhiex fi stadju ta’ eżekuzzjoni, bħal f’dan il-każ il-kuntratt tal-2005 emendat, ma tagħtix lok għal effetti legali awtonomi u, għaldaqstant, ma tipproduċix effetti legali vinkolanti. B’hekk, din ma tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-konklużjoni li waslet għaliha l-Qorti Ġenerali fil-punt 44 iktar ’il fuq ma tistax tapplika għall-kuntratt tal-2010, li kien fi stadju ta’ eżekuzzjoni fid-data tad-deċiżjoni kkontestata. Madakollu, huwa stabbilit li l-kuntratt tal-2010 ġie rexiss u ssostitwit bit-tmintax-il emenda, iffirmata fl-<DATE ISO="20120810">10 ta’ Awwissu 2012</DATE>, li daħlet fis-seħħ retroattivament fl-<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE>. Issa, fid-dawl tal-fatt li dan ir-rikors ġie ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20121123">23 ta’ Novembru 2012</DATE>, għandu jiġi kkonstatat li l-miżura ta’ għajnuna preżunta ma kinitx għadha fi stadju ta’ eżekuzzjoni fid-data tal-preżentazzjoni tal-imsemmi rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-ammissibbiltà ta’ rikors għandha tiġi evalwata b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19841127">27 ta’ Novembru 1984</DATE>, Bensider <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="50/84" PAGE.ECR="3991" YEAR="1984">50/84, Ġabra p. 3991</REF.DOC.ECR>, punt 8, u tat-<DATE ISO="20020418">18 ta’ April 2002</DATE>, Spanja vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-61/96+C-132/97+C-45/98+C-27/99+C-81/00+C-22/01" PAGE.ECR="I-3439" YEAR="2002">C-61/96, C-132/97, C-45/98, C-27/99, C-81/00 u C-22/01, Ġabra p. I-3439</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn din tirrigwarda l-kuntratt tal-2010, id-deċiżjoni kkontestata ma għadhiex tagħti lok għal effetti legali awtonomi u, għaldaqstant, ma tipproduċix iktar effetti legali vinkolanti. Fid-dawl ta’ dan, id-deċiżjoni kkontestata ma tikkonstitwixxix iktar att li jista’ jiġi kkontestat fid-data tal-preżentata tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-argumenti differenti ppreżentati mir-rikorrenti ma jippermettux reviżjoni tal-konklużjonijiet fil-punti 44 u 47 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tinvoka t-termini tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 sabiex issostni li d-deċiżjoni kkontestata tista’, bħala tali, tiġi kkontestata, peress li din hija, barra minn hekk, deċiżjoni formali li, skont il-kliem tal-Artikolu 263 TFUE, tikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat, fatt li huwa kkonfermat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalkemm huwa veru li r-Regolament Nru 659/1999 juża l-kliem tad-deċiżjoni sabiex isemmi diversi miżuri li l-Kummissjoni tista’ tadotta waqt il-proċedura ta’ eżami tal-għajnuna mill-Istat, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex jiġi ddeterminat jekk att jikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, b’mod partikolari sabiex ssir distinzjoni bejn miżura preparatorja minn deċiżjoni finali, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sustanza tal-miżura li tagħha jintalab l-annullament, peress li l-forma li biha din ġiet adottata hija, bħala prinċipju, irrilevanti f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi AETR, punt 22 iktar ’il fuq, punt 42; IBM vs Il-Kummissjoni, punt 23 iktar ’il fuq, punt 9; tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19940324">24 ta’ Marzu 1994</DATE>, Air France vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-3/93" PAGE.ECR="II-121" YEAR="1994">T-3/93, Ġabra p. II-121</REF.DOC.ECR>, punti 43 u 57, u tas-<DATE ISO="20080417">17 ta’ April 2008</DATE>, Cestas vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-260/04" PAGE.ECR="II-701" YEAR="2008">T-260/04, Ġabra p. II-701</REF.DOC.ECR>, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-punti 39 sa 44 iktar ’il fuq jirriżulta b’mod suffiċjenti li deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li ma għadhiex fi stadju ta’ eżekuzzjoni fid-data ta’ din id-deċiżjoni ma tagħtix lok għal effetti legali awtonomi, billi ma tipproduċix b’hekk effetti legali vinkolanti, li jirrilevaw l-eżistenza ta’ atti li jista’ jiġi kkontestat. Fi kliem ieħor, tali att, li jikkostitwixxi deċiżjoni fuq il-livell formali, ma għandux, minħabba s-sustanza tiegħu, il-portata deċiżiva.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, ir-rikorrenti bbażat ruħha fuq is-sentenza Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq (punti 43 sa 45), sabiex tibbaża l-argument tagħha dwar in-natura determinanti tal-forma li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata sabiex tiddetermina jekk din tal-aħħar tistax tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament. Ċertament, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, billi ppreveda li l-ordni li tiġi pprovduta informazzjoni, prevista fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 659/1999, kellu jieħu l-forma ta’ deċiżjoni, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jagħti natura vinkolanti lil tali att, u li, għalhekk, tali ordni kien intiż li jipproduċi effetti legali vinkolanti u li għaldaqstant dan jikkostitwixxi att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. Madakollu, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma bbażatax ruħha sempliċement fuq din l-analiżi sabiex tiddeċiedi li l-att ikkontestat f’dan il-każ seta’ jkun suġġett għal rikors għal annullament. Fil-kumplament tas-sentenza Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk, kif kienet iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fid-digriet li ġie appellat quddiemha, l-att ikkontestat jikkostitwixxix miżura intermedjarja tan-natura preparatorja u jekk kienx jagħti lok għal effetti legali awtonomi li kontrihom ir-rikors kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura marbuta mal-għajnuna mill-Istat preżunta kien ta’ natura li jiżgura protezzjoni ġudizzjarja suffiċjenti fir-rigward tar-rikorrenti f’din il-kawża (punti 48 sa 63). Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li dan ma kienx il-każ peress li, għalkemm l-att ikkontestat kien fil-fatt jikkostitwixxi att intermedjarju, l-effetti tal-illegalità eventwali tiegħu ma setgħux jiġu mxejna permezz ta’ rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li ttemm il-proċedura marbuta mal-għajnuna mill-Istat preżunta (sentenza Deutsche Post u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, punt 22 iktar ’il fuq, punti 56 sa 60). Għaldaqstant, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet inkunsiderazzjoni l-forma li fiha ġie adottat l-att ikkontestat, jiġifieri deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 288 TFUE, sabiex tikkunsidra li dan kien att li seta’ jkun suġġett għal rikors għal annullament, din l-evalwazzjoni kienet biss element mir-raġunament tagħha sabiex tasal għal din il-konklużjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti insistiet, waqt is-seduta, fuq l-importanza tas-sentenza Deutsche Lufthansa, punt 37 iktar ’il fuq, sabiex tiddetermina jekk id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE. Fl-opinjoni tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tipproduċi effetti legali awtonomi minħabba li toħloq rabtiet vinkolanti għall-qrati nazzjonali, b’mod partikolari sa fejn dawn tal-aħħar jistgħu jiddeċiedu li jissospendu l-miżura inkwistjoni, jordnaw l-irkupru tal-ammonti diġà mħallsa lill-benefiċjarju ta’ din il-miżura jew jiddeċiedu dwar miżuri provviżorji sabiex jissalvagwardjaw l-interessi tal-partijiet. Hija tal-opinjoni li hemm riskju li hija tiġi kkonfrontata, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, bi proċeduri ġudizzjarji minkejja li l-miżura ta’ għajnuna preżunta ma tkunx għadha fi stadju ta’ eżekuzzjoni, peress li l-qrati nazzjonali għandhom japplikaw il-konklużjonijiet tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Qabelxejn, hemm lok li jitfakkar li l-kawża prinċipali, li kienet adita biha l-qorti Ġermaniża u li kienet tat lok għat-talba għal deċiżjoni preliminari li għaliha l-Qorti tal-Ġustizzja tat risposta, kienet tirrigwarda miżura ta’ għajnuna fi stadju ta’ eżekuzzjoni fid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali (ara l-punt 37 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Sussegwentement għalkemm ma huwiex kontestabbli li, meta tkun adita b’talba f’dan is-sens, il-qorti nazzjonali tista’ tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa, kemm jekk il-miżura ta’ għajnuna tkun għadha fi stadju ta’ eżekuzzjoni u kemm jekk le fid-data tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, tali possibbiltà ma tistax titqies bħala effett immedjat, ċert u suffiċjentement vinkolanti tal-imsemmija deċiżjoni. F’dan ir-rigward, id-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tagħti lok għal tali effett fir-rigward tal-Istat Membru biss fil-każ fejn il-miżura kkonċernata tkun fi stadju ta’ eżekuzzjoni, peress li, f’dan l-aħħar każ, l-Istat Membru jkun obbligat, permezz tal-istess deċiżjoni, li tissospendi l-miżura ta’ għajnuna mingħajr il-bżonn li jirrikorri għall-qorti nazzjonali (ara l-punti 36 sa 38 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, mill-prinċipji ddikjarati iktar ’il fuq jirriżulta li, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, il-qorti nazzjonali ma hijiex obbligata li tordna l-irkupru tal-għajnuna mħallsa (ara l‑punti 40 u 41 iktar ’il fuq), u dan jista’ jsir biss, bħala regola ġenerali, fil-każ ta’ kawża li l-eżitu tagħha huwa, min-natura tiegħu, inċert (ara l-punt 43 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar, bħalma tagħmel il-Kummissjoni, li, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn, minn naħa, il-qrati nazzjonali u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali tal-Unjoni, il-qorti nazzjonali hija meħtieġa biss li tadotta l-miżuri kollha ġenerali jew partikolari adatti sabiex jiżguraw l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u li din tastjenti minn dawk li jistgħu jipperikolaw it-twettiq tal-għanijiet tat-Trattat, b’mod partikolari, ta’ deċiżjonijiet li jmorru kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni, anki jekk din tkun ta’ natura provviżorja (sentenza Deutsche Lufthansa, punt 37 iktar ’il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-interpretazzjoni tas-sentenza Deutsche Lufthansa, punt 37 iktar ’il fuq, ma tippermettix li jiġi kkunsidrat li deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ miżura li ma għadhiex fi stadju ta’ eżekuzzjoni hija ta’ portata immedjata, ċerta u suffiċjentement vinkolanti fir-rigward tal-Istat Membru destinatarju.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti sostniet, waqt is-seduta, li s-sempliċi possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors għal annullament fir-rigward tad-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali jew dik li tiġi invokata l-illegalità tad-deċiżjoni kkontestata bħala eċċezzjoni, ma kinux jiżguraw protezzjoni suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti jista’ jitqies bħala li jfisser li l-possibbiltà li tiġi kkontestata l-legalità tad-deċiżjoni finali jew dik li tiġi invokata, bħala eċċezzjoni, l-illegalità tad-deċiżjoni kkontesata ma humiex suffiċjenti sabiex jiżgurawlha protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li hija tista’ tiffaċċja azzjonijiet possibbli għall-irkupru ta’ għajnuna mħallsa qabel l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni finali. Issa, f’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, il-protezzjoni ġudizzjarja tar-rikorrenti fid-dawl tat-Trattat hija żgurata mill-possibbiltà tal-qorti nazzjonali, adita b’kawża li tirrigwarda l-irkupru ta’ għajnuna illegali<?PAGE NO="11"?> mħallsa, tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal domanda preliminari sabiex tiġi evalwata l-validità tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 267 TFUE, peress li huma biss esklużi minn dan ir-rimedju l-persuni li jistgħu jippreżentaw rikors għal annullament kontra tali deċiżjoni abbażi tal-Artikolu 263 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="19940309">9 ta’ Marzu 1994</DATE>, TWD Textilwerke Deggendorf, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/92" PAGE.ECR="I-833" YEAR="1994">C-188/92, Ġabra p. I-833</REF.DOC.ECR>, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni li mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-kuntratt tal-2005 emendat u l-kuntratt tal-2010 jikkostitwixxu miżura ta’ għajnuna illegali mill-Istat, mingħajr ma jirriżultaw, b’mod partikolari fid-dispożittiv, id-dubji ta’ din tal-aħħar dwar il-fatt li din kienet għajnuna mill-Istat, peress li kklassifikat il-miżura ta’ għajnuna preżunta li hija għajnuna mill-Istat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>possibbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>issuspettata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat li mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta b’mod suffiċjenti li l-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar in-natura illegali tal-miżura ta’ għajnuna preżunta saru b’mod provviżorju, fi tmien evalwazzjoni preliminari b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999. Għalhekk, fil-premessa 61 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni tikkonferma li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[w]ara li eżaminat l-informazzjoni u l-argumenti ppreżentati sa dakinhar mir-[Rumanija] u [ir-rikorrenti], [hija] toħroġ l-opinjoni preliminari li [l-miżura ta’ għajnuna preżunta] timplika għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, u li hija kellha dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha mat-Trattat. Fil-premessa 62 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ssemmi l-indizji li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u d-dubju dwar il-kompatibbiltà ta’ tali għajnuna preżunta mas-suq intern. Mill-qari ta’ dawn il-partijiet tad-deċiżjoni kkontestata, ma jistax jiġi sostnut li l-Kummissjoni tat evalwazzjoni definittiva tan-natura tal-għajnuna mill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna preżunta. Fir-rigward tal-premessa 152 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonkludiet fiha, preliminarjament, li l-kuntratt tal-2005 emendat u l-kuntratt tal-2010 jikkostitwixxu għajnuna illegali mill-Istat, li ma tidher li tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà mas-suq intern.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-ħames lok, ir-rikorrenti tqis li bis-saħħa ta’ kuntratti passati mal-fornitur, id-deċiżjoni kkontestata ħolqot inċertezza sinjifikattiva fil-komunità tan-negozju kif ukoll fir-relazzjonijiet tiegħu mal-banek, il-klijenti tiegħu u l-kompetituri tiegħu, b’mod partikolari rigward talba possibbli mill-fornitur sabiex jitħallas l-ammonti addizzjonali abbażi ta’ provvisti preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Bħalma għamlet il-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-inċertezza kummerċjali u l-perċezzjonijiet tal-operaturi l-oħra dwar is-sitwazzjoni tal-benfiċjarju tal-miżura ta’ għajnuna, bħalma hija r-rikorrenti f’dan il-każ, ma jistgħux jitqiesu bħala effetti legali vinkolanti, peress li dawn huma sempliċi konsegwenzi fattwali u mhux effetti legali li d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali hija maħsuba li tipproduċi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja IBM vs Il-Kummissjoni, punt 23 iktar ’il fuq, punt 19; tal-<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE>, L-Italja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-301/03" PAGE.ECR="I-10217" YEAR="2005">C-301/03, Ġabra p. I-10217</REF.DOC.ECR>, punt 30, u tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE>, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-258/06" PAGE.ECR="II-2027" YEAR="2010">T-258/06, Ġabra p. II-2027</REF.DOC.ECR>, punt 151). Ċertament, il-qorti tal-Unjoni ħadet inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li l-membri tal-komunità tan-negozju jieħdu inkunsiderazzjoni, fir-relazzjonijiet tagħhom mal-benefiċjarju ta’ miżura ta’ għajnuna illegali, tas-sitwazzjoni legali u finanzjarja indebbolita ta’ dan tal-aħħar (sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 59; Diputación Foral de Álava <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 34, u Alcoa Trasformazioni vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 36). Madankollu, permezz ta’ tali kunsiderazzjonijiet, huwa ċar li l-qorti tal-Unjoni sempliċement esponiet il-konsegwenzi fattwali tal-effetti legali vinkolanti li fid-dawl tagħhom hija qieset, f’dawn is-sentenzi, li d-deċiżjonijiet ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali ta’ miżura fi stadju ta’ eżekuzzjoni jikkostitwixxu atti li jistgħu jiġu kkontestati.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-argument tar-rikorrenti ma jistax jinċidi fuq il-klassifikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata bħala att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fis-sitt lok, ir-rikorrenti tagħmel riferiment għal ċirkustanza li hija tallega li tirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri li l-kumpannija V., li hija s-sussidjarja tagħha, issospendiet il-proġett tagħha ta’ kostruzzjoni ta’ ċentrali tal-gass ta’ koġenerazzjoni fir-Rumanija, minħabba r-riluttanza tal-banek sabiex jiffinanzjawha.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Tali ċirkustanza ma tistax titqies bħala effett legali vinkolanti tad-deċiżjoni kkontestata iżda l-iktar l-iktar bħala konsegwenza fattwali possibbli ta’ din id-deċiżjoni (ara l-punt 63 iktar ’il fuq). Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tipproduċi l-ebda prova ta’ dak li ssotni, peress li ma jinstab ebda dokument fil-proċess li juri l-intenzjoni inizjali tal-kumpannija V. li tidħol fil-proġett inkwistjoni, id-deċiżjoni tagħha li tissospendi dan il-proġett u r-rabta kawżali bejn din il-preżunta deċiżjoni u rifjut ta’ finanzjament min-naħa tal-banek minħabba d-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal preċedentement jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata ma tikkostitwixxix att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE u li, konsegwentement, ir-rikors huwa inammissibbli, mingħajr il-bżonn li tintlaqa’ l-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba mir-rikorrenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li f’dan il-każ ir-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Alro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Dittrich</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Schwarcz</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Tomljenović</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>