|
21.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/60 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Regolament Nru 142 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom [2020/242]
Li jinkorpora t-test validu kollu sa:
Is-Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament — Data tad-dħul fis-seħħ: Is-16 ta’ Ottubru 2018
Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-testi awtentiċi u legalment vinkolanti huma:
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2016/64 u |
|
— |
ECE/TRANS/WP.29/2018/14. |
WERREJ
REGOLAMENT
1. Kamp ta’ Applikazzjoni
2. Definizzjonijiet
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
4. Approvazzjoni
5. Speċifikazzjonijiet
6. Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni
7. Konformità tal-produzzjoni
8. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
9. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
10. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
ANNESSI
1. Dokument ta’ informazzjoni
2. Komunikazzjoni
3. Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
1. Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategorija M1 (1) fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom.
Ma japplikax għal vetturi li l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom huma inkompatibbli mal-karatteristiċi ta’ tajers tal-klassi C1 jew C2 u għal vetturi fir-rigward tal-installazzjoni:
|
(a) |
Ta’ stepni tagħhom għal użu temporanju; u/jew |
|
(b) |
Ta’ tajers run-flat u/jew sistema run-flat meta jitħaddmu fil-modalità tagħhom ta’ sewqan b’tajer imniżżel; u/jew |
|
(c) |
Sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers. |
2. DEFINIZZJONIJIET
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:
2.1. “Tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha” tfisser vetturi li mhumiex differenti fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħat-tipi ta’ tajers, id-deżinjazzjonijiet tad-daqs minimu u massimu tat-tajers, id-dimensjonijiet tar-roti u l-offsets kif ukoll il-veloċità u l-kapaċitajiet tat-tagħbija xierqa għall-immuntar, u l-karatteristiċi tal-parafangi tar-roti;
2.2. It-tipi ta’ tajers għandhom jiġu klassifikati kif ġej:
|
(a) |
Tajers tal-Klassi C1 — tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M1, N1, O1 u O2; |
|
(b) |
Tajers tal-Klassi C2 — tajers primarjament iddisinjati għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N, O3 u O4 b’indiċi ta’ kapaċità ta’ tagħbija f’formazzjoni singla ≤ 121 u bis-simbolu tal-kategorija ta’ veloċità ≥ “N”; |
2.2.1. “Tip ta’ tajer” tfisser firxa ta’ tajers li mhumiex differenti f’dawn il-karatteristiċi essenzjali li ġejjin:
|
(a) |
Il-klassi tat-tajer: C1 jew C2, kif deskritt fil-paragrafu 2.2; kif ukoll |
|
(b) |
Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C1, il-karatteristiċi tat-tip ta’ tajer pnewmatiku kif definiti fil-paragrafu 2.1 tar-Regolament Nru 30; |
|
(c) |
Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C2, il-karatteristiċi tat-tip ta’ tajer pnewmatiku kif definiti fil-paragrafu 2.1 tar-Regolament Nru 54. |
2.3. “Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer” tfisser id-deżinjazzjoni kif definita fil-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 30 għal tajers tal-klassi C1 u l-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 54 tan-NU għal tajers tal-klassijiet C2 u C3.
2.4. “Offset tar-rota” tfisser id-distanza mill-wiċċ tal-appoġġ tal-buttun sal-linja taċ-ċentru tar-rimm.
2.5. “Struttura ta’ tajer pnewmatiku” tfisser il-karatteristiċi tekniċi tal-karkassa tat-tajer.
2.6. “Tajer normali” tfisser tajer jew tajer run flat maħsub għal użu normali fit-toroq.
2.7. “Tajer għall-borra” tfisser tajer li d-disinn tal-profil, il-kompożizzjoni tal-profil jew l-istruttura tal-profil tiegħu huma primarjament iddisinjati biex f’kundizzjonijiet ta’ borra jikseb prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali fir-rigward tal-kapaċità tiegħu biex jibda jew iżomm is-sewqan tal-vettura.
2.8. “Tajer għal użu speċjali” tfisser tajer maħsub għal diversi użi, kemm fit-toroq kif ukoll off-road jew għal użu speċjali ieħor. Dawn it-tajers huma primarjament iddisinjati sabiex iqabbdu u jżommu l-vettura miexja f’kundizzjonijiet ta’ art imħarbta (off-road).
2.9. “Tajer run flat” huwa definit fil-paragrafu 2. tar-Regolament Nru 30.
2.10. “Stepni għal użu temporanju” tfisser tajer differenti minn tajer maħsub biex jitwaħħal fuq kwalunkwe vettura għal kundizzjonijiet ta’ sewqan normali, iżda maħsub biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ta’ sewqan ristretti.
2.11. “Rota” tfisser rota kompleta li tikkonsisti minn rimm u diska tar-rota.
2.12. “Stepni għal użu temporanju” tfisser rota differenti minn waħda mir-roti normali fuq it-tip ta’ vettura, iżda maħsuba biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ta’ sewqan ristretti.
2.13. “Unità” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer.
2.14. “Stepni standard” tfisser stepni li jista’ jitwaħħal mal-vettura għal tħaddim normali.
2.15. “Stepni” tfisser unità maħsuba biex tiġi mibdula ma’ unità standard f’każ li din tal-aħħar ma taħdimx sew u tista’ tkun waħda minn dawn iż-żewġ tipi li ġejjin.
2.16. “Stepni standard” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer identiku, f’dawk li huma d-deżinjazzjoni tad-daqs tar-rota u t-tajer, l-offset tar-rota u l-istruttura tat-tajer, għal dak immuntat fuq l-istess pożizzjoni tal-fus u għall-varjant u l-verżjoni ta’ vettura partikolari għal tħaddim normali, inklużi r-roti prodotti minn materjal differenti u li jistgħu jużaw disinni ta’ skorfini jew boltijiet tal-immuntar tar-rota differenti, iżda li mill-aspetti l-oħra kollha huwa identiku għar-rota maħsuba għal tħaddim normali.
2.17. “Stepni għal użu temporanju” tfisser assemblaġġ ta’ kwalunkwe rota u tajer li ma jaqax fi ħdan id-definizzjoni ta’ unità żejda standard u li jaqa’ fi ħdan xi waħda mid-deskrizzjonijiet ta’ tipi ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fil-paragrafu 2.10 tar-Regolament Nru 64.
2.18. “Simbolu tal-kategorija tal-veloċità” tfisser is-simbolu kif definit fil-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 30 tan-NU għal tajers tal-klassi C1 u l-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 54 tan-NU għall-klassi C2.
2.19. “Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija” tfisser numru assoċjat mal-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima tat-tajer b’rabta mad-definizzjoni fil-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 30 tan-NU għal tajers tal-klassi C1 u l-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 54 tan-NU għal tajers tal-klassi C2.
2.20. “Klassifikazzjoni tat-tagħbija massima” tfisser il-massa li tajer jista’ jġorr meta mħaddem b’mod konformi mar-rekwiżiti li jirregolaw l-utilizzazzjoni speċifikata mill-manifattur tat-tajer.
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
3.1. L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tat-tajers tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
3.2. Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:
3.2.1. Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-elementi msemmija fil-paragrafu 5.
3.3. Vettura li tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, jew għodda ta’ simulazzjoni li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni.
4. Approvazzjoni
4.1. Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.
4.2. Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ vettura approvat; l-ewwel żewġ ċifri tiegħu (00 għar-regolament fil-forma inizjali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar riċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tiegħu.
4.3. Għandha tintbagħat notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ ċaħda ta’ approvazzjoni skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u ritratti u/jew disinji mressqa mill-applikant f’format mhux ikbar minn A4 (210 × 297 mm) jew mitwi f’dak il-format u fuq skala xierqa.
4.4. Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod li jidher u f’post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonforma mal-mudell li hemm spjegata fl-Anness 3 u li tikkonsisti minn:
4.4.1. Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);
4.4.2. In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.5. Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ, ir-regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu f’kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu li hemm preskritt fil-paragrafu 4.4.1.
4.6. Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.
4.7. Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura inkella qrib tagħha.
4.8. L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ marki tal-approvazzjoni.
5. Speċifikazzjonijiet
5.1. Rekwiżiti ġenerali
5.1.1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.2.4.2, kull tajer immuntat fuq vettura, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe stepni, għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
5.1.2. Kull tajer immuntat fuq vettura, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe stepni, għandu jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi u jirrispetta d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolamenti Nri 30, 54 u 117 kif applikabbli.
5.2. Rekwiżiti tal-prestazzjoni
5.2.1. Immuntar tat-tajers
5.2.1.1. It-tajers li normalment jiġu mmuntati fuq il-vettura, jiġifieri għajr dawk użati bħala stepnis għal użu temporanju, għandu jkollhom l-istess struttura.
5.2.1.2. It-tajers kollha li normalment jiġu mmuntati fuq fus wieħed għandhom ikunu tal-istess tip.
5.2.1.3. L-ispazju li fih iddur ir-rota għandu jkun tali mod li jippermetti moviment bla trażżin meta jintuża d-daqs permissibbli massimu ta’ tajers u wesgħat tar-rimm, b’qies tal-offsets tar-rota minimi u massimi, fi ħdan il-limiti tal-istering u s-saspenxin minimi u massimi kif iddikjarati mill-manifattur tal-vettura. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’ kontrolli bl-ikbar u l-usa’ tajers, filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi dimensjonali applikabbli (jiġifieri l-enveloppar massimu) relatati mad-deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajers kif speċifikat fir-Regolament rilevanti tan-NU.
5.2.1.4. Is-Servizz Tekniku u/jew l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip jistgħu jaqblu li ssir proċedura ta’ ttestjar alternattiva (eż. ittestjar virtwali) biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.1.3 tal-Anness jiġu ssodisfati.
5.2.2. Kapaċità ta’ tagħbija
5.2.2.1. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.2.4 ta’ dan ir-Regolament, il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima ta’ kull tajer immuntat fuq il-vettura, kif iddeterminata fil-paragrafu 5.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament, inkluż stepni standard (jekk ipprovdut), għandha tkun:
5.2.2.1.1. Fil-każ ta’ vettura mmuntata b’tajers tal-istess tip f’formazzjoni singola: tal-inqas ugwali għal nofs il-massa massima teknikament permissibbli għall-fus li l-aktar jitgħabba, kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura.
5.2.2.1.2. Fil-każ ta’ vettura mmuntata b’tajers ta’ iktar minn tip wieħed, f’formazzjoni singola: tal-inqas ugwali għal nofs il-massa massima teknikament permissibbli kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, fir-rigward tal-fus rilevanti.
5.2.2.1.3. Fil-każ ta’ vettura mmuntata b’tajers tal-klassi C1 f’formazzjoni doppja (twin): tal-inqas ugwali għal 0,27 drabi tal-massa massima teknikament permissibbli, kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, fir-rigward tal-fus rilevanti.
5.2.2.1.4. Fil-każ ta’ fusien mgħammra b’tajers tal-klassijiet C2 f’formazzjoni doppja (twin): tal-inqas ugwali għal 0,25 drabi, b’referenza għall-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija għal applikazzjoni doppja, tal-massa massima teknikament permissibbli, kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, fir-rigward tal-fus rilevanti.
5.2.2.2. Il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima ta’ tajer hija ddeterminata kif ġej:
5.2.2.2.1. Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C1, titqies il-“klassifikazzjoni tat-tagħbija massima” kif imsemmi fil-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 30 tan-NU.
5.2.2.2.2. Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C2, titqies it-“Tabella tal-varjazzjoni tal-kapaċità tat-tagħbija mal-veloċità” kif imsemmija fil-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 54 tan-NU, li turi, bħala funzjoni tal-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija u s-simboli tal-kategorija ta’ veloċità nominali, il-varjazzjonijiet tat-tagħbija li jista’ jiflaħ għaliha tajer pnewmatiku b’kunsiderazzjoni tal-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura.
5.2.2.3. Il-manifattur għandu jipprovdi, fil-manwal ta’ sid il-vettura, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fil-vettura, l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kapaċità ta’ tagħbija ta’ tajers ta’ rikambju.
5.2.3. Kapaċità ta’ veloċità
5.2.3.1. Kull tajer li normalment jiġi mmuntat fuq il-vettura għandu juri simbolu tal-kategorija tal-veloċità.
5.2.3.1.1. Fil-każ ta’ tajer tal-klassi C1, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura u għandu jqis, fil-każ ta’ tajers tal-kategoriji ta’ veloċità V, W u Y, il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima kif deskritt fir-Regolament Nru 30 tan-NU.
5.2.3.1.2. Fil-każ ta’ tajer tal-klassi C2, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura u l-kombinament applikabbli ta’ tagħbija/veloċità derivata mit-“Tabella tal-varjazzjoni tal-kapaċità ta’ tagħbija mal-veloċità” kif deskritt fil-paragrafu 2 tar-Regolament Nru 54 tan-NU.
5.2.3.2. Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.3.1.1 u 5.2.3.1.2 m’għandhomx japplikaw għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
5.2.3.2.1. Fil-każ ta’ stepnis għal użu temporanju li japplika għalihom il-paragrafu 5.2.5 ta’ dan ir-Regolament.
5.2.3.2.2. Fil-każ ta’ vetturi li jkunu normalment mgħammra b’tajers normali u li okkażjonalment ikunu mgħammra b’tajers tal-borra, fejn f’tali każ is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità tat-tajers tal-borra għandu jikkorrispondi għal veloċità akbar mill-ogħla veloċità skont id-disinn tal-vettura jew inkella ta’ mhux anqas minn 160 km/h (jew it-tnejn). Madankollu, jekk il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura huwa ogħla mill-veloċità korrispondenti għas-simbolu tal-inqas kategorija ta’ veloċità tat-tajers għal fuq il-borra mmuntati, għandha titwaħħal b’mod li jidher fuq ġewwa tal-vettura u f’pożizzjoni prominenti faċilment u permanentement viżibbli għax-xufier, tikketta ta’ twissija dwar il-veloċità massima li tispeċifika l-inqas valur tal-kapaċità massima għall-ispid tat-tajers għal fuq il-borra mmuntati.
5.2.3.2.3. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’tajers għal użu speċjali. Madankollu, jekk il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura huwa ogħla mill-veloċità korrispondenti għas-simbolu tal-inqas kategorija ta’ veloċità tat-tajers għal użu speċjali mmuntati, għandha titwaħħal b’mod li jidher fuq ġewwa tal-vettura u f’pożizzjoni prominenti faċilment u permanentement viżibbli għax-xufier, tikketta ta’ twissija dwar il-veloċità massima li tispeċifika l-inqas valur tal-kapaċità massima għall-ispid tat-tajers għal użu speċjali mmuntati.
5.2.3.2.4. Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’sistema abbord li tissodisfa l-funzjoni ta’ trażżin tal-veloċità fejn f’tali każ is-simbolu tal-veloċità tat-tajers għandu jkun kompatibbli mal-veloċità li għaliha hija ffissata l-limitazzjoni. Madankollu, jekk il-manifattur tal-vettura jkun ippreveda li l-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura huwa ogħla mill-veloċità korrispondenti għas-simbolu tal-inqas kategorija ta’ veloċità tat-tajers immuntati, għandha titwaħħal b’mod li jidher fuq ġewwa tal-vettura u f’pożizzjoni prominenti faċilment u permanentement viżibbli għax-xufier, tikketta ta’ twissija dwar il-veloċità massima li tispeċifika l-kapaċità massima għall-ispid tat-tajers.
5.2.3.3. Il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kapaċità ta’ veloċità tat-tajers ta’ rikambju fil-manwal ta’ sid il-vettura jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fil-vettura.
5.2.4. Każijiet speċjali
5.2.4.1. Fil-każ ta’ vetturi li huma ddisinjati biex ikunu kapaċi jirmunkaw trejler, it-tagħbija addizzjonali imposta fuq l-apparat tal-akkoppjar tat-trejler tista’ twassal biex il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima tat-tajer ta’ wara tinqabeż fil-każ ta’ tajers tal-klassi C1, iżda b’mhux aktar minn 15 fil-mija. F’każ hekk, il-manwal ta’ sid il-vettura, jew il-mezz ieħor ta’ komunikazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.2.3.3, għandu jkun fih informazzjoni u pariri ċari dwar il-veloċità massima permissibbli tal-vettura meta din tkun qed tirmonka trejler, li f’kull każ m’għandha qatt tisboq il-100 km/h, u dwar il-pressjoni tat-tajer ta’ wara, li tkun tal-inqas 20 kPa (0,2 bar) iktar mill-pressjoni(jiet) tat-tajer kif rakkomandat għal użu normali (jiġifieri bla trejler irmunkat).
5.2.4.2. F’każijiet eċċezzjonali, fejn xi vetturi jkunu ddisinjati għal kundizzjonijiet ta’ użu li mhumiex kompatibbli mal-karatteristiċi tat-tajers tal-klassi C1 jew C2 u għalhekk ikun meħtieġ li jiġu mmuntati tajers b’karatteristiċi differenti, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.1 ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
5.2.4.2.1. It-tajers jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi u jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolament Nru 75 jew tar-Regolament Nru 106; kif ukoll
5.2.4.2.2. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi għandhom ikunu sodisfatti li t-tajers immuntati jkunu xierqa għall-kundizzjonijiet operattivi tal-vettura. In-natura tal-eżenzjoni u r-raġunament tal-aċċettazzjoni għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport tat-test kif ukoll fil-formola ta’ komunikazzjoni tal-Anness 2.
5.2.5. Stepnis u roti żejda
5.2.5.1. F’każijiet fejn vettura tkun ipprovduta bi stepni standard, dan għandu jkun tal-istess daqs bħat-tajers immuntati fuq il-vettura.
5.2.5.2. Kull vettura fornuta bi stepni għal użu temporanju jew b’tajers run flat għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi u tranżizzjonali tar-Regolament Nru 64 fir-rigward tar-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tagħmir ta’ vetturi bi stepni għal użu temporanju jew b’tajers run flat.
Jekk għandhom jittieħdu prekawzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-immuntar mal-vettura ta’ stepni għal użu temporanju (eż. l-istepni għal użu temporanju għandu jiġi mmuntat biss fuq il-fus ta’ quddiem u għaldaqstant stepni standard ta’ quddiem għandu qabelxejn jiġi mmuntat fuq il-fus ta’ wara biex tiġi indirizzata problema bi stepni standard ta’ wara) dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fil-manwal ta’ sid il-vettura jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fil-vettura, filwaqt li għandha tiġi vverifikata l-konformità mal-aspetti relevanti tal-paragrafu 5.2.1.3 ta’ dan ir-Regolament.
6. Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni
6.1. Kull modifika għal tip ta’ vettura eżistenti għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad għandha jew:
|
(a) |
Tiddeċiedi, f’konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip ġdida; jew |
|
(b) |
Tapplika l-proċedura li tinsab fil-paragrafu 6.1.1 (Reviżjoni) u, jekk applikabbli, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 6.1.2 (Estensjoni). |
6.1.1. Reviżjoni
Meta d-dettalji rreġistrati fid-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1 ikunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tikkunsidra li l-modifiki li jkunu saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers sinifikattiv u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura għadha tikkonforma mar-rekwiżiti, il-modifiki għandhom jissemmew “reviżjoni”;
F’dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1 kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tad-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit.
6.1.2. Estensjoni
Il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-dettalji rreġistrata fid-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1,
|
(a) |
Ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet; jew |
|
(b) |
Tkun inbidlet xi informazzjoni fid-dokument ta’ komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta’ partijiet mehmuża miegħu); jew |
|
(c) |
L-approvazzjoni għal serje ta’ emendi aktar tard tintalab wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
6.2. Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, l-indiċi tad-dokumenti ta’ informazzjoni u tar-rapporti tat-test, mehmuż mad-dokument ta’ komunikazzjoni tal-Anness 1, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tar-reviżjoni jew l-estensjoni l-aktar reċenti.
6.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.
7. Konformità tal-produzzjoni
7.1. Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 2 u l-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
7.2. Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5;
7.3. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.
8. Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
8.1. L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jiġux rispettati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7.
8.2. Jekk Parti Kontraenti tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.
9. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni jieqaf b’mod permanenti mill-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.
10. L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-approvazzjoni u li lilha għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.
(1) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
(2) Kif definit fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6) www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html
ANNESS 1
(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))
Dokument ta’ informazzjoni
skont ir-Regolament dwar l-installazzjoni tat-tajers
1. ĠENERALI
1.1. Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
1.2. It-tip: …
1.2.1. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli: …
1.3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: (1) …
1.3.1. Fejn tinsab dik il-marka: …
1.4. Kategorija tal-vettura: (2)…
1.5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
1.6. L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
1.7. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …
2. KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA
2.1. Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva: …
2.2. Għadd ta’ fusien u roti: …
2.2.1. L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien mat-tajers f’formazzjoni doppja (twin): …
2.2.2. Numru u pożizzjoni tal-fusien manuvrabbli: …
2.2.3. fusien motorizzati (in-numru, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni): …
3. Mases u dimensjonijiet (3), (4),
3.1. Trekk(ijiet) u wisa’ tal-fus
3.1.1. Trekk ta’ kull fus manuvrabbli (5) …
3.1.2. Trekk tal-fusien l-oħra kollha (5) …
3.1.3. Wisa’ tal-fus l-aktar wiesgħa ta’ wara: …
3.1.4. Wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejjel fil-parti ta’ barra nett tat-tajers għajr il-biċċa mqabbża ’il barra tat-tajers viċin l-art): …
3.2. Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur (6), (7) …
3.3. Massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus: …
3.4. Il-vettura hija/mhijiex (8) xierqa għall-irmunkar ta’ tagħbijiet.
3.5. Il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura (f’km/h) (9) …
4. Sospensjoni
4.1. Tajers u roti
4.1.1. Il-kombinament(i) tat-tajers/tar-roti (10)
|
(a) |
għat-tajers indika:
|
|
(b) |
għar-roti indika d-daqs(ijiet) tar-rimmijiet u tal-offset(s) … |
4.1.2. Fusien
4.1.2.1. Fus 1:
4.1.2.2. Fus 2:
eċċ.
4.1.3. Il-pressjoni tat-tajers kif irrakkomandat mill-manifattur tal-vettura (kPa): …
4.1.4. Deskrizzjoni tal-kombinament(i) tal-apparat(i) għat-trazzjoni fuq il-borra u tat-tajer/rota fuq il-fus(ien) ta’ quddiem u/jew ta’ wara xieraq/xierqa għat-tip ta’ vettura, kif rakkomandat mill-manifattur: …
4.1.5. Deskrizzjoni qasira tal-istepni għal użu temporanju (jekk ikun hemm): …
4.1.6. Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ monitoraġġ ta’ pressjoni tat-tajers (TPMS) (jekk immuntati fuq il-vettura): …
5. Karozzerija
5.1. Parafangi tar-roti
5.1.1. Deskrizzjoni qasira tal-vettura fir-rigward tal-parafangi tar-roti tagħha: …
6. Mixxellanji
6.1. Regolaturi tal-veloċità eċċessiva
6.1.1. Manifattur(i): …
6.1.2. Tip(i): …
6.1.3. Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …
6.1.4. Veloċità jew firxa ta’ veloċitajiet li fiha/fihom tista’ tiġi stabbilita r-regolazzjoni tal-veloċità: …km/h
(1) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?”. (eż. ABC??123??)
(2) Kif definit fit-taqsima 2 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.4).
(3) Fejn ikun hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ settijiet ta’ mases u dimensjonijiet.
(4) Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-Triq - Dimensjonijiet tal-vetturi motorizzati u tal-vetturi rmunkati - termini u definizzjonijiet.
(5) Standard ISO 612-1978, Terminu Nru 6.5.
(6) Għat-trejlers jew għas-semitrejlers u għall-vetturi akkoppjati ma’ trejler jew ma’ semitrejler, li jeżerċitaw tagħbija vertikali sinifikanti fuq l-apparat tal-agganċament jew fuq in-nagħla, din it-tagħbija, diviża bl-aċċellerazzjoni standard tal-gravità, tiġi inkluża fil-massa massima teknikament permessibbli.
(7) Jekk jogħġbok niżżel hawnhekk l-ogħla u l-inqas valuri għal kull varjant.
(8) Ħassar fejn mhux applikabbli.
(9) Fir-rigward tal-vetturi motorizzati, jekk il-manifattur tal-vettura jippermetti li ċerti funzjonijiet ta’ kontrollur jiġu modifikati (eż. permezz ta’ softwer, ħardwer, aġġornar, selezzjoni, abilitazzjoni, diżabilitazzjoni) qabel jew wara ma l-vettura tkun iddaħħlet fis-servizz, bir-riżultat li l-vettura jkollha veloċità massima miżjuda, il-veloċità massima li possibbilment tinkiseb permezz tal-aġġustament ta’ dawn il-funzjonijiet ta’ kontrollur tiġi ddikjarata. Fir-rigward ta’ trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur tal-vettura tiġi ddikjarata.
(10) Fil-każ ta’ tajers bl-iskrizzjoni ZR qabel il-kodiċi tad-dijametru tar-rimm, maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi li l-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura tagħhom taqbeż it-300 km/h, għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti.
ANNESS 2
KOMUNIKAZZJONI
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
|
Maħruġ minn: |
(Isem l-amministrazzjoni) |
|
|
… |
|
|
|
… |
|
dwar (2) |
Approvazzjoni mogħtija |
|
|
Approvazzjoni estiża |
|
|
Approvazzjoni miċħuda |
|
|
Approvazzjoni rtirata |
|
|
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha
|
Nru tal-Approvazzjoni:… |
Nru tal-Estensjoni:… |
TAQSIMA I
1. Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …
2. It-tip: …
2.1. Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli: …
3. Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (3) …
3.1. Fejn tinsab dik il-marka: …
4. Kategorija tal-vettura (4): …
5. Isem u indirizz tal-manifattur: …
6. L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …
7. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum
2. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …
3. Id-data tar-rapport tat-test: …
4. In-numru tar-rapport tat-test: …
5. Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum
6. Post: …
7. Data: …
8. Firma: …
9. Pakkett ta’ informazzjoni (fejn rilevanti) …
Addendum tal-formola ta’ komunikazzjoni Nru. …dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …
1.2. Kombinament(i) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota): …
1.3. Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità minima kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura (għal kull varjant) (għal tajers immarkati bl-iskrizzjoni ZR qabel il-kodiċi tad-dijametru tar-rimm, maħsuba għall-immuntar fuq vettura li l-veloċità massima skont id-disinn tagħha tisboq it-300 km/h, għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti): …
1.4. L-indiċi tal-kapaċità tat-tagħbija minima kompatibbli mal-massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus (ta’ kull varjant) (jekk applikabbli aġġustata skont il-paragrafu 5.2.2.2 ta’ dan ir-Regolament): …
1.5. Kombinament(i) tajer/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota) li jrid/jridu jintuża/jintużaw mal-apparat(i) għat-trazzjoni fuq il-borra: …
2. Vettura tal-kategorija M1 hija/mhijiex (2) xierqa għall-irmunkar ta’ tagħbijiet u l-klassifikazzjoni tat-tagħbija tat-tajers ta’ wara nqabżet b’ … fil-mija.
3. Il-vettura hi/mhijiex (2) approvata skont ir-Regolament Nru 64 fir-rigward tal-istepni tagħha għal użu temporanju tat-tip 1/2/3/4/5 (2).
4. Il-vettura hi/mhijiex (2) approvata skont ir-Regolament Nru 64 fir-rigward tas-sistema tagħha tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS).
4.1. Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) (jekk immuntati): …
(1) In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta, estenda, ċaħad jew irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax.
(3) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?”. (eż. ABC??123??).
(4) Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2.
ANNESS 3
ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI
(ara l-paragrafi 4.4 sa 4.4.2 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm min
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li titwaħħal ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fil-Belġju (E6) fir-rigward tal-installazzjoni tat-tajers, skont ir-Regolament Nru 142. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 142 fil-forma oriġinali tiegħu.