<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0500388301.case.xml"><NO.CASE>C-252/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0252</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>3903</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>3920</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TA' L-<DATE ISO="20070510">10.5.2007</DATE> — KAWŻA C-252/05</LEFT><RIGHT>THAMES WATER UTILITIES</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20070510">10 ta' Mejju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-252/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-High Court of Justice (England &amp; Wales), Queens Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit), permezz ta' deċiżjoni ta' l-<DATE ISO="20050520">20 ta' Mejju 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20050615">15 ta' Ġunju 2005</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Regina,</HT> fuq talba ta:</P><P>Thames Water Utilities Ltd,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>South East London Division, Bromley Magistrates' Court (District Judge Carr),</P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta:</PRESENCE.INIT><P>Environment Agency,</P></PRESENCE></PARTIES><?PAGE NO="I-3904"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn C W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, P. Kuris, J. Makarczyk, L. Bay Larsen u J.-C. Bonichot (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Stromholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20070111">11 ta' Jannar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Thames Water Utilities Ltd, minn R. McCracken, QC, u G. Jones,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Environment Agency, minn D. Hart, QC, u M. Harris, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn E. O'Neill, bħala aġent, assistita minn J. Maurici, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Wimmer, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-3905"?><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. Sevenster, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn M. Konstantinidis u D. Lawunmi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20070208">8 ta Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-<DATE ISO="19750715">15 ta' Lulju 1975</DATE>, dwar l-iskart (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="194" DATE.PUB="1975" PAGE.FIRST="39">ĠU L 194, p. 39</REF.DOC.OJ>), kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-<DATE ISO="19910318">18 ta' Marzu 1991</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" DATE.PUB="1991" PAGE.FIRST="32">ĠU L 78, p. 32</REF.DOC.OJ>, aktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Direttiva 75/442<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), u tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-<DATE ISO="19910521">21 ta' Mejju 1991</DATE>, dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="135" DATE.PUB="1991" PAGE.FIRST="40">ĠU L 135, p. 40</REF.DOC.OJ>). Il-qorti tar-rinviju tixtieq essenzjalment tistabbilixxi jekk l-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament jikkostitwixxix skart fis-sens tad-Direttiva 75/442 u, fil-każ ta' risposta pożittiva, jekk dan l-ilma huwiex eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(l)(b)(iv) jew ta' l-Artikolu 2(2) tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3906"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Komunitarju</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fir-rigward ta' l-iskart</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 75/442 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>skart' għandu jfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji ddikjarati fl-Anness I li l-possessur jarmi jew ikun beħsiebu jew ikun imġiegħel li jarmi.</TXT><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>produttur' għandu jfisser dawk kollha li l-attivitajiet tagħhom jipproduċu l-iskart (<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="2018"/>produttur oriġinali<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="2019"/>) u/jew dawk kollha li jwettqu ħidmiet ta' qabel l-ipproċessar, it-taħlit, jew ħidmiet oħra li jirriżultaw f'bidla fin-natura jew fil-kompożizzjoni ta' dan l-iskart;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-3907"?><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>pussessur' għandu jfisser il-produttur ta' l-iskart jew il-persuna naturali jew legali li tippossjedih;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta' l-istess Direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Dawn li ġejjin għandhom jitħallew barra mill-iskop ta' din id-Direttiva:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fejn ikunu diġà koperti bliġijiet oħra:</TXT><P>[...]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>iv)</NO.P><TXT>skart ta' tipi ta' ilma, minbarra l-iskart fl-għamla ta' likwidu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jistgħu jiġu preskritti regoli għal okkażjonijiet partikolari jew li jissupplimentaw dawk ta' din id-Direttiva għal kategoriji partikolari ta' skart permezz ta' Direttivi individwali.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-3908"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fir-rigward ta' l-ilma mormi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/271 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Din id-Direttiva tikkonċerna l-ġbir, it-trattament u l-iskariki ta' ilma mormi urban u t-trattment u l-iskariki ta' ilma mormi minn ċertu setturi industrijali.</P><P>L-għan tad-Direttiva huwa li tipproteġi l-Ambjent minn effetti negattivi [dovuti mill-]iskariki ta' ilma mormi hawn fuq imsemmija.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3(1) ta' din l-istess Direttiva jipprovdi li, <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-agglomerazzjonijiet kollha jkunu pprovduti bsistemi ta' ġbir għall-ilma mormi urban<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>, u l-paragrafu 2 ta' l-istess Artikolu jipprovdi li s-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>[s]istemi ta' ġbir deskritti fil-paragrafu 1 għandhom jilħqu l-kriterji ta l-Anness I (A)<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punt A ta' l-Anness I tad-Direttiva 91/271 jistabbilixxi l-obbligi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>[...]</P><?PAGE NO="I-3909"?><P>Id-disinn, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tas-sistemi ta' ġbir għandhom isiru skond l-aħjar għarfien tekniku li ma jkunx jinvolvi spejjeż eċċessivi, partikolarment dwar:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>prevenzjoni ta' tnixxijiet,</P></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt nazzjonali</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fir-rigward ta' l-iskart</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 33(1) ta' l-Environmental Protection Act 1990 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>[...] m'huwiex permess li — a) jintrema skart suġġett għal kontroll [...] taħt l-art jew fuq l-art, ikun fejn ikun il-post, sakemm ma jkunx hemm liċenzja ta' amministrazzjoni ta' l-iskart fis-seħħ u sakemm ir-rimi jsir b'mod konformi ma din il-liċenzja.<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-3910"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 75(4) ta' l-Environmental Protection Act 1990 l-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>iskart suġġett għal kontroll<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> huwa ddefinit bħala l-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>iskart domestiku, skart industrijali u kummerċjali jew skart ieħor ta' dan it-tip<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 75(8) ta' l-Environmental Protection Act 1990 jipprovdi li, <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>l-iskart li hemm referenza għalih taħt il-punt (7) u f'dan il-punt ma jinkludix l-ilma mormi (inkluż il-kontenut tal-latrini jew li ġej mil-latrini), ħlief safejn ir-regolamenti jistabbilixxu b'mod differenti<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Controlled Waste Regulations 1992 ġew promulgati b'applikazzjoni ta' l-Environmental Protection Act 1990.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skond ir-Regola 5(1) tal-Controlled Waste Regulations 1992, <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>[...] l-iskart deskritt fl-Anness 3 għandu jitqies li huwa skart indusrtijali għall-finijiet tal-Parti II tal-liġi<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-paragrafu 7(a) ta' l-Anness 3 jirreferi għall-<QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>ilma mormi li ma jaqax taħt deskrizzjoni li tinsab fir-regola 7 [...] li huwa mormi mill-art jew fuq l-art<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>. Madankollu, ir-Regola 7(l)(a) teskludi <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>l-ilma mormi, it-tajn jew it-tajn tat-tankijiet settiċi li huma trattati, miżmuma jew mormija (mhux bl-użu ta' stallazzjoni mobbli) fiż-żona madwar l-istallazzjoni (<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="2018"/>curtilage<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="2019"/>) ta' impjanti ta' trattament ta' l-ilma mormi<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> mill-ambitu ta' skart suġġett għal kontroll, sakemm l-operazzjonijiet ta' trattament, ta' żamma u ta' rimi mhumiex parti integrali ta' l-attività ta' l-impjanti.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skond ir-Regola 7A tal-Controlled Waste Regulations 1992, <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>għall-finijiet tal-Parti II ta l-Environmental Protection Act 1990, l-iskart li mhuwiex skart imsemmi mid-Direttiva m'għandux jiġi meqjus li huwa skart domestiku, industrijali jew kummerċjali.<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/></TXT></NP><?PAGE NO="I-3911"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Controlled Waste Regulations 1992 jiddefinixxu l-<QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>iskart imsemmi mid-Direttiva<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> bħala <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji elenkati fil-Parti II ta' l-Anness 4 li l-produttur jew il-pussessur jarmi, għandu l-intenzjoni li jarmi jew huwa obbligat li jarmi, bl-eċċezzjoni madankollu ta' dak kollu li huwa eskluż mill-kamp ta applikazzjoni tad-Direttiva bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 tagħha<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>, il-kelma <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>jarmi<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> għandha tifsira identika għal dik li għandha fid-Direttiva u l-kelma <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>produttur<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> tfisser <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>kull persuna li l-attività tagħha pproduċiet skart imsemmi mid-Direttiva jew li wettaq xi operazzjonijiet ta' pretrattament, ta' taħlit jew oħrajn li wasslu għal bdil fin-natura jew fil-kompożizzjoni ta' dan l-iskart<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fir-rigward ta' l-ilma mormi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fiż-żmien li twettaq il-ksur allegat, l-Artikolu 94(1) tal-Water Industry Act 1991 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>L-impriża ta' trattament ta' l-ilma mormi għandha l-obbligu li (a) tipprovdi, tikkontrolla u testendi sistema ta' drenaġġi pubbliċi (fiż-żona tagħha jew barra minnha) li tiżgura t-tisfija u l-manutenzjoni ta' l-ilma mormi b'mod li din iż-żona tiġi effettivament imbattla u tibqa' mbattla; (b) tadotta l-miżuri sabiex tbattal dawn ilkanali u l-miżuri l-oħra kollha [...] neċessarji sabiex, minn żmien għall-ieħor, jiġi trattat b'mod effettiv, f'impjanti ta' rimi jew b'mod ieħor, il-kontenut ta' dawn ilkanali.<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-każ ta' ksur ta' obbligu minn operatur ta' trattament ta' l-ilma mormi msemmi fl-Artikolu 94(1) tal-Water Industry Act 1991, is-Segretarju ta' l-Istat jew id-direttur ġenerali tas-servizzi ta' l-ilma huwa marbut, skond l-Artikolu 18 ta' din il-liġi, li joħroġ ordni definittiva ta' infurzar (li tapplika wara proċedura kontradittorja) jew ordni prowiżorja (li tapplika b'mod immedjat) li teżiġi li tittieħed azzjoni sabiex jiġi assigurat li l-obbligu msemmi jiġi osservat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3912"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Urban Waste Water Treatment (England and Wales) Regulations 1994 ġew promulgati bil-għan ta' l-implementazzjoni tad-Direttiva 91/271 u jissuplementaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 94 tal-Water Industry Act 1991.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Regola 4(1) ta' l-Urban Waste Water Treatment (England and Wales) Regulations 1994 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>Dawn id-dispożizzjonijiet jissupplementaw dawk relatati ma l-obbligu impost mill-Artikolu 94 tal-Water Industry Act 1991 [...] u kull ksur ta' l-obbligi imposti minn dawn id-dispożizzjonijiet għandu jitqies, għall-finijiet ta' din il-liġi, li huwa ksur ta' limsemmija dispożizzjoni.<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-Regola 4(4) tipprovdi li l-obbligi msemmija fl-Artikolu 94(l)(b) jinkludu l-obbligu <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>li jiġi żgurat li l-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta' ġbir, qabel ma jintrema, jiġi suġġett għal trattament skond ir-regola 5.<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/></TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Thames Water Utilities Ltd hija impriża pubblika ta' trattament ta' l-ilma mormi. Hija l-konvenuta fi proċedimenti kriminali mressqa mill-Environment Agency, persuna legali indipendenti li r-responsabbiltajiet tagħha jinkludu ċerti aspetti ta' kontroll tat-tniġġis fl-Ingilterra u f'Wales. Thames Water Utilities Ltd hija akkużata li rmiet ilma mormi mhux trattat li jikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>skart suġġett għal kontroll<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> fit-territorju tal-kontea ta' Kent kif ukoll f'ilma kkontrollat ta' din l-istess kontea. IIqorti kompetenti hija s-South East London Division, Bromley Magistrates' Court<?PAGE NO="I-3913"?> (District Judge Carr). Din il-qorti rrifjutat li tiddeċiedi fuq kwistjoni preliminari intiża li tistabbilixxi jekk il-ħruġ ta' ilma mormi minn kanali amministrati minn impriża bħal Thames Water Utilities Ltd jikkostitwixxix <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>skart suġġett għal kontroll skond il-liġi Ingliża.<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/></TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Thames Water Utilities Ltd ippreżentat rikors għal stħarriġ ġudizzjarju (<QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>judicial review<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/>) quddiem il-qorti tar-rinviju kontra dan ir-rifjut ta' deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara li osservat li skart suġġett għal kontroll skond id-dritt nazzjonali kellu jikkostitwixxi skart fis-sens tad-Direttiva 75/442, il-High Court of Justice (England and Wales), Queens Bench Division (Administrative Court), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>L-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament ta' l-ilma mormi mħaddma minn impriża pubblika ta' trattament ta' l-ilma mormi b'mod konformi mad-Direttiva [91/271] u/jew mal-Water Industry Act 1991 [...] huwa inkluż fl-Iskart' deskritt [bħala] tali għall-finijiet tad-Direttiva [75/442]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta' tweġiba pożittiva għall-ewwel domanda, l-ilma mormi msemmi aktar 'il fuq:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huwa eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="2018"/>skart<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="2019"/> deskritt [bħala] tali għall-finijiet tad-[Direttiva 75/442] taħt l-Artikolu 2(l)(b)(iv) tad-[Direttiva 75/442], b'mod partikolari bis-saħħa tad-[Direttiva 91/271] u jew tal-[Water Industry Act 1991], jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-3914"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2) tad-[Direttiva 75/442] u huwa eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="2018"/>skart<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="2019"/> deskritt [bħala] tali għall-finijiet tad-[Direttiva 75/442], b'mod partikolari bis-saħħa tad-[Direttiva 91/271]?<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta' l-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ilma mormi jikkostitwixxix skart fis-sens tad-Direttiva 75/442 meta huwa joħroġ minn sistema ta trattament imħaddma minn impriża pubblika b'applikazzjoni tal-liġi ppromulgata għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 91/271.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu l(a) tad-Direttiva 75/442 jiddefinixxi l-iskart bħala <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji ddikjarati fl-Anness I li l-possessur jarmi jew ikun beħsiebu [...] jarmi<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/>. Dan l-Anness jippreċiża u jikkjarifika din id-definizzjoni billi jippreżenta lista ta sustanzi u ta' oġġetti li jistgħu jiġu deskritti bħala skart. Madankollu, din il-lista hija sempliċement indikattiva peress li d-deskrizzjoni ta' skart tirriżulta qabel kollox mill-imġiba tal-pussessur u mit-tifsira tal-kelma <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>jarmi<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20040907">7 ta Settembru 2004</DATE>, Van de Walle <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-1/03" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7613">C-1/03, Ġabra p. I-7613, punt 42</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 75/442 isemmi t-tipi ta' skart li jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, anki meta dan ikun skart li jikkorrispondi għad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu l(a) tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3915"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>L-istess jgħodd, skond l-Artikolu 2(l)(b)(iv) tad-Direttiva 75/442 għall-<QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>[i]skart ta tipi ta' ilma, minbarra l-iskart fil-għamla ta' likwidu<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/>. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-leġiżlatur Komunitarju ried espliċitament jikkwalifika l-ilma mormi bħala <QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>skart<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/> fis-sens tad-Direttiva 75/442, filwaqt li jipprovdi li dan l-iskart jista', taħt ċerti kundizzjonijiet, joħroġ mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u, konsegwentement, mis-sistema ġuridika ġenerali ta' skart li hija tistabbilixxi.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-kelma <QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>jarmi<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/> għandha tiġi interpretata mhux biss fid-dawl ta' l-għanijiet tad-Direttiva 75/442, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-ambjent mill-effetti ta' ħsara kkawżati mill-ġbir, mit-trasport, mit-trattament, mill-ħażna u mill-ħatt ta' l-iskart, iżda wkoll fid-dawl ta' l-għan ta' l-Artikolu 174(2) KE. Dan jipprovdi li <QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>[i]l-politika Komunitarja dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta' protezzjoni ta' livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Komunità. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed [...]<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/>. Għaldaqstant, il-kelma <QUOT.START ID="QS0038" REF.END="QE0038" CODE="201C"/>jarmi<QUOT.END ID="QE0038" REF.START="QS0038" CODE="201D"/> m'għandhiex tingħata interpretazzjoni stretta (ara, f'dan is-sens, b'mod partikolari, issentenza tal-<DATE ISO="20000615">15 ta' Ġunju 2000</DATE>, ARCO Chemie Nederland <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-418/97+C-419/97" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-4475">C-418/97 u C-419/97, Ġabra p. I-4475, punti 36 sa 40</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-fatt li l-ilma mormi joħroġ minn sistema ta' trattament ma jaffettwax in-natura tiegħu ta' <QUOT.START ID="QS0039" REF.END="QE0039" CODE="201C"/>skart<QUOT.END ID="QE0039" REF.START="QS0039" CODE="201D"/> fis-sens tad-Direttiva 75/442. Fil-fatt, ħruġ ta' ilma mormi barra minn sistema ta' trattament jikkostitwixxi fatt li permezz tiegħu l-impriża ta trattament, detentriċi ta' dan l-ilma, <QUOT.START ID="QS0040" REF.END="QE0040" CODE="201C"/>tarmi<QUOT.END ID="QE0040" REF.START="QS0040" CODE="201D"/> dan l-ilma. In-natura aċċidentali ta' dan il-ħruġ ma jwassalx għal konklużjoni differenti. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ħruġ aċċidentali ta' idrokarboni fuq l-art jista' jitqies li huwa azzjoni li biha d-detentur ta' dawn l-idrokarboni <QUOT.START ID="QS0041" REF.END="QE0041" CODE="201C"/>jarmi<QUOT.END ID="QE0041" REF.START="QS0041" CODE="201D"/> lilhom (ara, f'dan is-sens, issentenza Van de Walle <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata aktar 'il fuq, punt 47). Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet ukoll li d-Direttiva 75/442 tkun parzjalment ineffettiva jekk idrokarboni li jikkawżaw tniġġis ma jitqisux li huma skart għas-sempliċi raġuni li huma ħarġu aċċidentalment (ara ssentenza Van de Walle <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata aktar 'il fuq, punt 48). L-istess raġunament għandu jiġi adottat fir-rigward ta' l-ilma mormi li joħroġ b'mod aċċidentali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3916"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament ta' l-ilma mormi mħaddma minn impriża pubblika fis-sens tad-Direttiva 91/27 u tal-liġi ppromulgata għat-traspożizzjoni tagħha jikkostitwixxi skart fis-sens tad-Direttiva 75/442.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda 2(a)</P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda 2(a), il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament ta' ilma mormi huwiex skart eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 75/442 taħt l-Artikolu 2(l)(b)(iv) u b'mod aktar partikolari bis-saħħa tad-Direttiva 91/271 jew tal-Water Industry Act 1991, jew ta dawn iż-żewġ strumenti legali meħuda flimkien.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(l)(b)(iv) tad-Direttiva 75/442 jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu l-ilma mormi, bl-eċċezzjoni ta' l-iskart likwidu, madankollu bil-kundizzjoni li dan l-ilma mormi jkun kopert minn <QUOT.START ID="QS0042" REF.END="QE0042" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0042" REF.START="QS0042" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Hekk kif sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 49 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20030911">11 ta' Settembru 2003</DATE>, AvestaPolarit Chrome (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-114/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-8725">C-114/01, Ġabra p. I-8725</REF.DOC.ECR>), il-kliem <QUOT.START ID="QS0043" REF.END="QE0043" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0043" REF.START="QS0043" CODE="201D"/> użat mid-Direttiva 75/442 fl-Artikolu 2(l)(b) tagħha jista' jirreferi wkoll għal liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala <QUOT.START ID="QS0044" REF.END="QE0044" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0044" REF.START="QS0044" CODE="201D"/> fis-sens ta' limsemmi Artikolu 2(l)(b), ir-regoli in kwistjoni m'għandhomx jillimitaw ruħhom għal sustanza partikolari, iżda għandhom jinkludu dispożizzjonijiet preċiżi li<?PAGE NO="I-3917"?> jorganizzaw l-amministrazzjoni ta' dawn is-sustanzi bħala skart fis-sens ta' l-Artikolu l(d) ta' l-imsemmija Direttiva. Fin-nuqqas ta' dan, l-amministrazzjoni ta' l-iskart in kwistjoni ma tkunx organizzata la fil-kuntest ta' din id-Direttiva ta' l-aħħar, la f'dak ta' Direttiva oħra, u lanqas f'dak ta' liġi nazzjonali, li jmur kontra l-kliem ta' l-Artikolu 2(l)(b) tad-Direttiva 75/442, kif ukoll kontra l-għan stess tal-liġi Komunitarja dwar l-iskart (ara, f'dan is-sens, is-sentenza AvestaPolarit Chrome, iċċitata aktar 'il fuq, punt 52).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex ikunu jistgħu jitqiesu li huma <QUOT.START ID="QS0045" REF.END="QE0045" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0045" REF.START="QS0045" CODE="201D"/>, ir-regoli Komunitarji jew nazzjonali in kwistjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet preċiżi li jirregolaw l-amministrazzjoni ta' l-iskart u għandhom jassiguraw livell ta protezzjoni li huwa almenu ekwivalenti għal dak li jirriżulta mid-Direttiva 75/442 u, b'mod aktar partikolari, mill-Artikoli 4, 8 u 15 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/271 ma tassigurax livell ta' protezzjoni bħal dan. Minkejja li hija tirregola l-ġbir, it-trattament u r-rimi ta' l-ilma mormi, hija sempliċement tipprovdi, fir-rigward tal-ħruġ ta' ilma mormi, obbligu ta' prevenzjoni tar-riskju ta' dan il-ħruġ waqt id-disinn, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tas-sistemi ta' ġbir. Id-Direttiva 91/271 ma tistabbilixxi l-ebda għan rigward l-eliminazzjoni ta' l-iskart jew ta' dekontaminazzjoni ta' l-artijiet ikkontaminati. B'hekk, hija ma tistax titqies li tirregola l-amministrazzjoni ta' l-ilma mormi li joħroġ minn sistemi ta' trattament u li tiżgura livell ta' protezzjoni li huwa almenu ekwivalenti għal dak stabbilit fid-Direttiva 75/442.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Rigward il-liġi nazzjonali applikabbli fil-kawża prinċipali, la l-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u lanqas dawk ippreżentati waqt isseduta ma ppermettew li tiġi stabbilita b'mod eżatt il-portata tas-setgħat li għandha l-amministrazzjoni kompetenti tar-Renju Unit. Hija l-qorti tar-rinviju li hija kompetenti li tistabbilixxi, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-punti 34 u 35 ta' din is-sentenza, jekk il-Water Industry Act 1991 jew l-Urban Waste Water (England and Wales) Regulations 1994 jinkludux dispożizzjonijiet preċiżi li jorganizzaw l-amministrazzjoni ta' l-iskart in kwistjoni u jekk humiex tali li jassiguraw protezzjoni ta' l-ambjent li hija ekwivalenti għal dik iggarantita mid-Direttiva 75/442 u, b'mod iktar partikolari mill-Artikoli 4, 8 u 15 tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3918"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Jekk dan ma jkunx il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha twarrab id-dispożizzjonijiet nazzjonali u tapplika fil-kawża prinċipali dawk tad-Direttiva 75/442 kif ukoll miżuri nazzjonali li permezz tagħhom din ġiet trasposta.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda 2(a) għandha tkun, minn naħa, li d-Direttiva 91/271 mhijiex <QUOT.START ID="QS0046" REF.END="QE0046" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0046" REF.START="QS0046" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 2(l)(b) tad-Direttiva 75/442 u, minn naħa l-oħra, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika, b'mod konformi mal-kriterji stabbiliti minn din is-sentenza, jekk il-liġi nazzjonali tistax titqies li hija waħda li tikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0047" REF.END="QE0047" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0047" REF.START="QS0047" CODE="201D"/> fis-sens ta' din id-dispożizzjoni. Dan huwa l-każ jekk din il-liġi nazzjonali tinkludi dispożizzjonijiet preċiżi li jorganizzaw l-amministrazzjoni ta' l-iskart in kwistjoni u jekk din tkun tali li tassigura protezzjoni ta' l-ambjent li hija ekwivalenti għal dik iggarantita mid-Direttiva 75/442 u, b'mod aktar partikolari, mill-Artikoli 4, 8 u 15 tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda 2(b)</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li d-Direttiva 75/442, kif emendata mid-Direttiva 91/156, hija liġi qafas, li l-Artikolu 2(2) tagħha jistabbilixxi li dispożizzjoniiet speċifiċi partikolari jew supplementari jistgħu jiġu stabbiliti minn Direttivi partikolari sabiex tiġi rregolata l-amministrazzjoni ta' ċerti kategoriji ta' skart. Tali Direttiva partikolari tista' tiġi kkunsidrata bħala <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta mqabbla mad-Direttiva 75/442, b'tali mod li d-dispożizzjonijiet tagħha jkunu jipprevalu fuq dawk tad-Direttiva 75/442 fis-sitwazzjonijiet li hija tirregola b'mod speċifiku (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20030619">19 ta' Ġunju 2003</DATE>, Mayer Parry Recycling, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-444/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-6163">C-444/00, Ġabra p. I-6163, punti 51 u 57</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, kif intqal fil-punt 35 ta' din is-sentenza, id-Direttiva 91/271 ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni li tirrigwarda, bħala tali, l-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta<?PAGE NO="I-3919"?> trattament Konsegwentement, hija ma tistax titqies li hija waħda li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi partikolari jew supplementari għal dawk tad-Direttiva 75/442 li huma intiżi sabiex jirregolaw l-amministrazzjoni ta' l-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għad-domanda 2(b) għandha tkun li d-Direttiva 91/271 ma tistax titqies, fir-rigward ta' l-amministrazzjoni ta' l-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament, li hija <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta mqabbla mad-Direttiva 75/442, u b'hekk ma tistax tiġi applikata bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(2) tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament ta' l-ilma mormi mħaddma minn impriża pubblika ta' trattament ta' l-ilma mormi skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-<DATE ISO="19910521">21 ta' Mejju 1991</DATE>, dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi, u tal-liġi ppromulgata għall-implementazzjoni<?PAGE NO="I-3920"?> tagħha jikkwalifika bħala skart skond id-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-<DATE ISO="19750715">15 ta' Lulju 1975</DATE>, dwar l-iskart, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 91/156/KEE, tat-<DATE ISO="19910318">18 ta' Marzu 1991</DATE></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/271 mhijiex <QUOT.START ID="QS0048" REF.END="QE0048" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0048" REF.START="QS0048" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 2(l)(b) tad-Direttiva 75/442 kif emendata mid-Direttiva 91/156, Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika, b'mod konformi mal-kriterji stabbiliti minn din issentenza, jekk il-liġi nazzjonali tistax titqies li hija waħda li tikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0049" REF.END="QE0049" CODE="201C"/>liġijiet oħra<QUOT.END ID="QE0049" REF.START="QS0049" CODE="201D"/> fis-sens ta' din id-dispożizzjoni. Dan huwa l-każ jekk din il-liġi nazzjonali tinkludi dispożizzjonijiet preċiżi li jorganizzaw l-amministrazzjoni ta' l-iskart in kwistjoni u jekk din tkunx tali li tassigura protezzjoni ta' l-ambjent li hija ekwivalenti għal dik iggarantita mid-Direttiva 75/442 kif emendata mid-Direttiva 91/156 u, b'mod aktar partikolari, mill-Artikoli 4, 8 u 15 tagħha.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/271 ma tistax titqies, fir-rigward ta' l-amministrazzjoni ta' l-ilma mormi li joħroġ minn sistema ta' trattament, li hija <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> meta mqabbla mad-Direttiva 75/442, kif emendata mid-Direttiva 91/156, u b'hekk ma tistax tiġi applikata bis-saħħa ta' l-Artikolu 2(2) ta' din l-istess Direttiva.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>