|
11.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 323/27 |
P9_TA(2020)0063
Emendar tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) – Protokoll ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (13447/2019 – C9-0187/2019 – 2019/0225(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 323/12)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13447/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (13446/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 43 u mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0187/2019), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0089/2020), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat Eżekuttiv tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). |