22002D0134



Official Journal L 336 , 12/12/2002 P. 0034 - 0035


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 134/2002

tas-27 ta' Settembru 2002

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 107/2002 tat-12 ta' Lulju 2002 [1].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożone [2] għnadu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2038/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożone, fir-rigward inalaturi bid-doża kontrollata u pompi mediċi tad-drogi [3] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2039/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2037/2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożone fir-rigward tas-sena bażi għall-allkazzjoni tal-kwoti ta' idrokloroflorokarbuni [4] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożone [5], li kien inkorporat fil-Ftehim għandu jitħassar u jiġi sostitwit,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 21aa (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3093/94) ta' l-Anness XX li jinsab mal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

"32000 R 2037: ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożone (ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 1), kif emendat bi:

- 32000 R 2038: r-Regolament (KE) Nru 2038/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000 (ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 25).

- 32000 R 2039: r-Regolament (KE) Nru 2039/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2000 (ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 26).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom. għall-finijiet tal-Ftehim presenti, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a) Fl-Artikolu 3:

(i) il-kliem "paragrafi 5 sa 10" fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "paragrafi 5 sa 8".

(ii) il-kliem "paragrafi 8, 9 u 10" fil-paragrafu 3 għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem "paragrafu 8".

(iii) il-paragrafi 4, 9 u 10 ma għandhomx jgħoddu.

(b) Fl-Artikolu 4:

(i) il-kliem "paragrafi 4 u 5" fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jiġi sostitwiti bil-kliem "paragrafu 4".

(ii) fil-paragrafu 2, ir-raba' subparagrafu ma għandux jgħodd.

(iii) fil-paragrafu 3, t-tieni u raba' subparagrafi ma għandhomx jgħoddu.

(iv) il-paragrafu 5 ma għandux jgħodd.

(ċ) il-Kapitolu III ma għandux jgħodd.

(d) l-Artikoli 19 u 20 ma għandhomx jgħoddi.

L-Istati EFTA għandhom, fil-livell nazzjonali jġibu f'effett il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu tal-Protokoll ta' Montreal u mal-miżuri li jikkorrispondu tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 2037/2000, 2038/2000 u 2039/2000 fil-lingwi ta' l-Islanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikun awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Settembru 2002, kemmil darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu intgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE [6].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar Snorri Gunnarsson

[1] ĠU L 298, tal-31.10.2002, p. 29.

[2] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 1.

[3] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 25.

[4] ĠU L 244, tad-29.9.2000, p. 26.

[5] ĠU L 333, tat-22.12.1994, p. 1.

[6] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------