2016R0388 — MT — 13.08.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/388

tas-17 ta' Marzu 2016

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja

(ĠU L 073 18.3.2016, p. 53)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1369 tal-11 ta' Awwissu 2016

  L 217

4

12.8.2016




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/388

tas-17 ta' Marzu 2016

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja



Artikolu 1

1.  Dazju antidumping definittiv huwa hawnhekk impost fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), bl-esklussjoni ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili mingħajr kisi minn ġewwa u minn barra (“pajpijiet mhux miskijin”), li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7303 00 10 u ex 7303 00 90 (kodiċijiet TARIC 7303001010 , 7303009010 ), li joriġinaw mill-Indja.

2.  Ir-rata tad-dazju tal-antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun din li ġejja:



Kumpanija

Dazju antidumping definittiv

Kodiċi TARIC addizzjonali

Electrosteel Castings Ltd

0 %

C055

Jindal Saw Limited

14,1 %

C054

Kumpaniji l-oħra kollha

14,1 %

C999

3.  L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi TARIC addizzjonali) fl-Indja. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tkunx ippreżentata fattura bħal din, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.  Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

▼M1

Artikolu 1a

Tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili mingħajr kisi intern u estern (“pajpijiet bla kisi”) għandhom ikunu koperti mill-kodiċijiet TARIC 7303001020 u 7303009020 .

Artikolu 1b

L-ammont ta' dazji mħallsa jew imdaħħla fil-kontijiet skont l-Artikolu 2 u li jaqbeż lil dak stabbilit skont l-Artikolu 1 għandu jitħallas lura jew jiġi rimess.

Il-ħlas lura u r-remissjoni għandhom jintalbu mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skont il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli fi żmien kif stipulat fl-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 ( 1 ) u fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

▼M1

Artikolu 2

L-ammonti żgurati permezz tad-dazji antidumping provviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1559 għandhom jinġabru b'mod definittiv fir-rati li ġejjin, li jigwaljaw il-marġini ta' dumping definittiv misjuba:



Kumpanija

 

Electrosteel Casting Ltd

4,1 %

Jindal Saw Limited

19 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

19 %

▼B

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).