16.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9345 — SEGRO/PSPIB/Panattoni Park)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 311/06)

1.   

Fid-9 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

SEGRO plc (“SEGRO”, ir-Renju Unit),

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada),

—

l-assi fil-mira tal-proprjetà immobbli (“Panattaoni Park”, il-Polonja).

SEGRO u PSPIB jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-Park tal-Panattoni kollu. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal SEGRO: is-sjieda, il-ġestjoni tal-assi u l-iżvilupp ta’ mħażen moderni u proprjetajiet tal-industrija ħafifa li jinsabu madwar konurbazzjonijiet ewlenin u f’ċentri ewlenin tat-trasport f’għadd ta’ pajjiżi tal-UE;

—   għal PSPIB: l-investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. PSPIB iġġestixxi portafoll globali diversifikat inklużi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

—   għal Panattoni Park: assi loġistiċi tal-grad A li jinsabu fi Wroclaw (il-Polonja), li ġie żviluppat mill-bejjiegħ, Pantatoni, fl-2018 u li jikkonsisti f’żewġ binjiet b’erja totali ta’ 38 249 m2.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Għandha dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:

M.9345 — SEGRO/PSPIB/Panattoni Park

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.