Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1005/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Three-N-Products Private Ltd u S. Shah u A. Shah, M. Shah.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ġunju 2010, (Każ R 1005/2009-4) hija annullata.
2) L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Three-N-Products Private Ltd.
3) Sheilesh Shah u Akhil Shah għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Private Ltd għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell.