31989D0345



Official Journal L 142 , 25/05/1989 P. 0020 - 0020
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0044
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta' Mejju 1989

li tawtorizza l-Istati Membri li jaċċettaw emenda għall-Konvenzjoni tad-Dwana fuq il-Carnet ATA għad-Dħul Temporanju ta' Merkanzija (Konvenzjoni ATA)

(89/345KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi l-Istati Membri huma partijiet kontraenti fil-Konvenzjoni tad-Dwana fuq il-Carnet ATA għad-Dħul Temporanju ta' Merkanzija (Konvenzjoni ATA) magħmula fi Brussel fis-6 ta' Diċembru 1961; billi l-Komunità mhix parti kontraenti f'dik il-Konvenzjoni, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni li tippermettilha li taderixxi;

Billi kienet adottata rakkomandazzjoni għal emenda għall-Konvenzjoni msemmija fuq l-inizjattiva ta' ċerti Stati Membri fl-ewwel laqgħa tal-partijiet kontraenti li nżammet fis-26 ta' Novembru 1987 u billi l-emenda kienet rigward l-Anness tagħha li kellha l-mudell tal-carnet ATA; billi s-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill tal-Koperazzjoni tad-Dwana nnotifika il-partijiet kontraenti b'din ir-rakkomandazzjoni tal-4 ta' Novembru 1988;

Billi r-regoli Komunitarji jippermettu l-użu ta' carnets ATA għall-importazzjoni temporanja ta' merkanzija, f'Artikoli 12 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1751/84 tat-13 ta' Ġunju 1984 li jippreskrivu ċerti dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3599/82 fuq arranġamenti temporanji ta' importazzjoni; billi l-użu ta' carnets ATA jiffaċilita t-tlestija tal-formalitajiet għall-importazzjoni temporanja tal-merkanzija u jipprovdi benefiċċji għall-attivitajiet kumerċjali internazzjonali [1]

Billi għalhekk l-emenda rakkommandata taqa’ fl-isfera tal-kompetenza tal-Komunità taħt il-politika komuni kummerċjali; billi, biex tkun tista’ tidħol fis-seħħ l-emenda l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jaċċettawha

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istati Membri huma awtorizzati b'din li jaċċettaw l-emenda għall-Konvenzjoni tad-Dwana fuq il-Carnet ATA għall-Ammissjoni Temporanja ta' Merkanzija (Konvenzjoni ATA), magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Diċembru 1961, rigward partikolarment l-Anness li għandu l-mudell tal-carnet ATA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-3 ta' Mejju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes

[1] ĠU L 171, tad-29.6.1984, p. 1.

--------------------------------------------------