31999R1932



Official Journal L 240 , 10/09/1999 P. 0011 - 0013


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1932/1999

tad-9 ta' Settembru 1999

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 22220/85 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni ta' sistema ta' garanziji għal prodotti agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1253/1999 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 5, 6(2), 7(3), 8(5), 9(2), 13, 16(2), 17(2) u 21 tiegħu, u d-disposizzjonijiet li jikkorrispondu tar-regolamenti l-oħra dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli, u kif ukoll għad-disposizzjonijiet l-oħra fir-regolamenti dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq li, meta applikati fil-prattika, jeħtieġu garanzija,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/77 tal-14 ta' Marzu 1977 li jistabbilixxi sistema ta' għajnuna fil-produzzjoni ta' l-ananas fil-bottijiet [3], kif l-aħħar emendat b'Regolament (KEE) Nru 1699/85 [4], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1554/95 tad-29 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għas-sistema ta' għajnuna għall-qoton [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1419/98 [6], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 li jistabbilixxi sistema ta' għajnuna għal produtturi ta' ċerti uċuħ tar-raba’ [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1624/98 [8], u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 16 tiegħu,

(1) Billi bosta disposizzjonijiet Komunitarji tar-regolamenti agrikoli jeħtieġu li jkunu ppreżentati garanziji u l-possibbilta tas-sekwestru tagħhom;

(2) Billi r-referenza għal diversi regolamenti li jiddefinixxu l-iskop tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [9], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3403/93 [10], għandha tkun aġġornata f'ġieħ iċ-ċarezza;

(3) Billi sabiex tkun issimplifikata l-amministrazzjoni tas-sistema ta' garanzija, ċerti klawsoli dwar il-preżentazzjoni u s-sekwestru ta' ammonti żgħar u l-kalkolazzjoni ta’ l-imgħax għandha tkun emendata;

(4) Billi l-Artikoli 31 u 31 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 jeħtieġu li Stati Membri jikkomunikaw ċerta informazzjoni lejn il-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' garanziji;

(5) Billi, aktar minn hekk, il-proċedura ta' likwidazzjoni ta' kontijiet kienet emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1287/95 tat-22 ta' Mejju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 729/70 dwar il-finanzjament ta' l-istrateġija komuni agrikola [11], u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-7 ta' Lulju 1995 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 dwar il-proċedura tal-likwidazzjoni tal-kontijiet tal-FAEGG Sezzjoni tal-Garanzija [12], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 896/97 [13];

(6) Billi rriżulta li l-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 ma għadhiex aktar ta' interess sistematiku għall-Kummissjoni kif kienet qabel permezz tal-proċedura preċedenti tal-likwidazzjoni tal-kontijiet; billi, aktar minn hekk, il-proċedura l-ġdida tal-likwidazzjoni tal-kontijiet issimplifikat l-informazzjoni li għandha tkun mgħoddija mill-Istati Membri;

(7) Billi din l-informazzjoni għandha tibqa disponibbli;

(8) Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitati Amministrattivi relevanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 1 hu mibdul b'dan li ġej:

"L- Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-garanziji li għandhom jingħataw, jew għar-Regolamenti segwenti jew permezz ta' xi regolament li jimplimenta, sa kemm ma jkunx hemm regoli oħra stabbiliti b'dawk ir-Regolamenti:

(a) Ir-Regolamenti li jistabbilixxu l-organizazzjoni komuni tas-swieq f'ċerti prodotti agrikoli:

- Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE (żjut u xaħmijiet) [1] ĠU 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/66 (ħalib u prodotti tal-ħalib) [2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/66 (ċanga u vitella) [3] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 (żrieragħ) [4] ĠU L 246, tal-5.11.1971, p. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 (frott u ħxejjex) [5] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 (laħam tal-majjal) [6] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 (bajd) [7] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 49.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 (laħam tat-tjur) [8] ĠU L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 (ross) [9] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 603/95 (għalf niexef) [10] ĠU L 63, tal-21.3.1995, p. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 (zokkor) [11] ĠU L 177, ta' l-1.7.1981, p. 4.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 (prodotti pproċessati minn frott u ħxejjex) [12] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 (inbid) [13] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2467/98 (laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż) [14] ĠU L 312, ta' l-20.11.1998, p. 1.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/66 (ċereali) [15] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 (tabakk mhux ittrattat) [16] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 70.,

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 (prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura) [17] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1.;

(b) Ir-Regolament (KEE) Nru 525/77 (priserv ta' l-ananas);

(ċ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1554/95 (sistema ta' għajnuna fuq il-qoton) [18] ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 48.;

(d) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1765/92 (sistema ta' għajnuna għall-produtturi ta' ċerti uċuh tar-raba’) [19] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 12..";

2. L-Artikolu 2 hu mibdul bis-segwenti:

"L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-garanziji mogħtija sabiex jassiguraw il-ħlas tad-dazji ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni li hemm referenza dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 [33];";

3. Fl-Artikolu 5(1) "EKU 100" hu mibdul b’ "500 EUR";

4. L-Artikolu 5(3) huwa mħassar;

5. Fl-Artikolu 12(2) u (3) "20 EKU" hu mibdul b’ "60 EUR";

6. Fl-Artikolu 12(4) it-tieni subparagrafu huwa mħassar;

7. Fl-Artikolu 29(2), "20 EKU" hu mibdul b’ "60 EUR";

8. Fl-Artikolu 29(3), wara l-ewwel subparagrafu, s-subparagrafu segwenti huwa miżjud:

"Meta b'segwiment tar-riżultat tal-proċedura ta' l-appell il-parti kkonċernata tkun mitluba li tħallas fi żmien 30 ġurnata s-somma ssekwestrata, għall-iskopijiet biex ikun ikkalkolat l-imgħax, l-Istat Membru jista jikkonsidra li jagħmel ħlas nhar l-għoxrin ġurnata wara d-data ta' dik it-talba.";

9. "Komunikazzjonijiet" fit-titolu tat-Titolu VII hi mibdula b’ "Informazzjoni";

10. L-Artikolu 31 hu mibdul bis-segwenti:

"L- Artikolu 31

1. L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma ta' garanziji ssekwestrati, tkun xi tkun il-fażi li tkun intlaħqet tal-proċedura fl-Artikolu 29, issir distinzjoni fiż-żewġ każijiet bejn dawk ikkreditati fuq il-budgets nazzjonali u dawk ikkreditati fuq il-budget tal-Komunità.

2. L-informazzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 għandha tinżamm għal dak li għandu x'jaqsam mal-garanziji kollha ssekwestrati għal ammont ta' aktar minn EUR 1000 u għal kull disposizzjoni tal-Komunita li teħtieġ li garanzija tkun ippreżentata.

3. L-informazzjoni għandha tkopri kemm somom imħallsa direttament mill-parti interessata u somom irkuprati bir-rilaxx tal-garanzija.";

11. L-Artikolu 32 hu mibdul bis-segwenti:

"L- Artikolu 32

L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni segwenti disponibbli għall-Kummissjoni:

(a) it-tipi ta' l-istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala dawk li jagħmlu pleġġ u l-kondizzjonijiet stabbiliti;

(b) it-tipi tal-garanziji aċċettati permezz ta' l-Artikolu 8(2) u tal-kondizzjonijiet stabbiliti."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Settembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 181, ta' l-1.07.1992, p. 21.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 1.

[3] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46.

[4] ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12.

[5] ĠU L 148, tat-30.6.1995, p. 48.

[6] ĠU L 190, ta' l-4.7.1998, p. 4.

[7] ĠU L 181, ta' l-1.7.1992, p. 12.

[8] ĠU L 210, tat-28.7.1998, p. 3.

[9] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

[10] ĠU L 310, ta' l-14.12.1993, p. 4.

[11] ĠU L 125, tat-8.6.1995, p. 1.

[12] ĠU L 158, tat-8.7.1995, p. 6.

[13] ĠU L 128, tal-21.5.1997, p. 8.

[33] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------