|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3264 |
17.6.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12278 – PARAMOUNT SKYDANCE / WARNER BROS DISCOVERY)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3264)
1.
Fit-2 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Paramount Skydance Corporation (“PSKY”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Warner Bros. Discovery, Inc (“WBD”, l-Istati Uniti) |
PSKY se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ WBD kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
PSKY, kumpanija elenkata pubblikament fl-Istati Uniti li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York, hija kumpanija globali tal-media, tal-istreaming u tad-divertiment li toħloq kontenut u esperjenzi għal udjenzi madwar id-dinja. Il-portafoll ta’ PSKY jinkludi Paramount Pictures, Paramount Television, CBS, CBS News, CBS Sports, Nickelodeon, MTV, BET, Comedy Central, Showtime, Paramount+, Pluto TV u d-diviżjonijiet ta’animazzjoni, interattivi/tal-logħob u tal-isport ta’ Skydance Media. |
|
— |
WBD, kumpanija elenkata pubblikament fl-Istati Uniti li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha fi New York, hija kumpanija globali tal-media u tad-divertiment li toħloq u tqassam portafoll varjat ta’ kontenut u prodotti fuq it-televiżjoni, il-films, l-istreaming u l-logħob interattiv. Il-portafoll ta’ ditti u assi ta’ produzzjoni ta’ WBD jinkludi, fost l-oħrajn, Discovery Channel, CNN, DC Studios, New Line Cinema, TNT Sports, Eurosport, Max, HBO, WBMPG, WBTVG, u Warner Bros. Games. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12278 — PARAMOUNT SKYDANCE / WARNER BROS DISCOVERY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
IL-BELĠJU/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3264/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)