31996R0774



Official Journal L 104 , 27/04/1996 P. 0021 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 774/96

tas-26 ta’ April 1996

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 716/96 li jadotta miżuri eċċezzjonali għas-suq tal-laħam taċ-ċanga fir-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2417/95 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 716/96 [3] jipprovdi għall-ħlas mill-awtorità kompteneti fir-Renju Unit ta’ 1 Ecu għal kull kilogramma ta’ piż ħaj fir-rigward ta’ annimali bovini li għandhom aktar minn 30 xahar mixtrija minnha skond dak ir-Regolament; billi din in-nefqa hija ko-finanzjata mill-Komunità; billi iżda, ir-Renju Unit għandu jiġi awtorizzat, bi spejjeż għalih, li jagħmel ħlasijiet supplimentari fir-rigward ta’ annimali bovini partikolarment effettwati b’din il-miżura;

Billi, bi żball, il-verżjoni Ingliża tat-test tar-Regolament (KE Nru 716/96 ma tikkorrispondix ma’ dak presentat għall-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni; billi dan l-iżball għandu jiġi kkoreġut;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Laħam taċ-Ċanga u l-Vitella ma tax opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KE) Nru 716/96:

1. L-

L-Artikolu 1(2)

huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. L-annimali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinqatlu f’biċċeriji speċjalment nominati, bl-irjus, l-organi ġewwenija u l-karkassi għandhom jiġu markati bi dbabar permanenti. Il-materjal markat bid-dbabar għandu jiġi trasportat f’kontenituri siġillati lejn impjanti speċjalment awtorizzati ta’ inċinerazzjoni, fejn għandu jiġi proċessat u wara meqrud. L-ebda parti mill-annimali msemmija hawn fuq ma tista’ tiddaħħal fil-katina ta’ l-ikel tal-bniedem jew ta’ l-għalf ta’ l-annimali jew tiġi wżata għal prodotti kosmetiċi jew farmaċewtiċi. Rappresentat ta’ l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit għandu jkun presenti permanentement fil-biċċerija msemmija hawn fuq sabiex jissorvelja l-operazzjonijiet in kwistjoni.

Minkejja l-ewwel sub-paragrafu:

- l-awtorità kompetenti fir-Renju Unit tista’ tippermetti l-qatla fir-razzett ta’ l-annimal fejn il-prattika eżistenti tal-ġid ta’ l-annimal tkun teħtieġ dan,

- il-ġlud ta’ l-annimali msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx għalfejn jiġu markati bi dbabar jew meqruda sakemm ikunu ġew trattati b’tali mod illi jkunu jistgħu jintużaw biss għall-produzzjoni tal-ġilda."

2. L-

L-Artikolu 2

huwa sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 2

1. Il-prezz li jrid jitħallas lill-produtturi jew lill-aġenti tagħhom mill-awtorità kompetenti fir-Renju Unit skond l-Artikolu 1(1) għandu jkun ta’ 1 Ecu għall kull kilogramma ta’ piż ħaj.

Il-Komunità għandha tikkofinanzja n-nefqa miġrura mir-Renju Unit għax-xiri msemmi taħt l-Artikolu 1(1) bir-rata ta’ 392 Ecu għal kull annimal mixtri li jkun ġie meqrud skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-L-Artikolu 1.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit hija awtorizzata li tħallas ammont supplimentari fir-rigward ta’ annimali bovini mixtrija skond din l-iskema li r-Renju Unit jikkunsidra li jimmeritaw ħlas addizzjonali. Il-Komunità m’għandhiex tikkofinanzja din in-nefqa.

L-ammont supplimentari msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi limitat għall-ammont meħtieġ sabiex jikkumpensa d-differenza bejn il-1 Ecu għal kull kilogramma ta’ piż ħaj u l-valur tas-suq ta’ l-annimal konċernat.

3. Ir-rata tal-kambju li għandha tiġi applikata għandha tkun ir-rata agrikola fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar tax-xiri ta’ l-annimal in kwistjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoi tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mid-29 ta’ April 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ April 1996.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24.

[2] ĠU L 248, ta’ l-14.10.1995, p. 39.

[3] ĠU L 99, tal-20.4.1996, p. 14.

--------------------------------------------------