|
18.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9522 — Brookfield/ENGIE/TAG Pipelines Sur)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 314/10)
1.
Fl-10 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Brookfield Asset Management Inc. (“Brookfield”, il-Kanada), |
|
— |
ENGIE SA (“ENGIE”, Franza), |
|
— |
TAG Pipelines Sur, S. de R.L. de C.V. (“TAG Pipelines Sur”, il-Messiku), li bħalissa huma kkontrollati b’mod konġunt minn BlackRock u ENGIE. |
Brookfield u ENGIE jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ TAG Pipelines Sur kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal Brookfield: impriża Kanadiża għall-ġestjoni ta’ assi fuq livell dinji li tiffoka fuq il-proprjetà, l-enerġija rinnovabbli, l-infrastruttura u l-ekwità privata,
— għal ENGIE: it-tranżizzjoni tal-enerġija, il-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, il-gass naturali, l-enerġija nukleari, l-enerġija rinnovabbli u l-petroleum,
— għal TAG Pipelines Sur: it-trasport tal-gass naturali permezz ta’ pipelines fil-Messiku.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9522 — Brookfield/ENGIE/TAG Pipelines Sur
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, tal-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Fax: +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).