<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-684/20 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0684</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:486">EU:C:2021:486</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tas‑<DATE ISO="20210616">16.6.2021</DATE> – Kawża C‑684/20 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Sharpston vs Il-Kunsill u Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20210616">16 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea għall-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjoni tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Tmiem tal-mandat ta’ Avukat Ġenerali</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑684/20 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fis‑<DATE ISO="20201216">16 ta’ Diċembru 2020</DATE></P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eleanor Sharpston</HT>, residenti f’Schoenfels (il-Lussemburgu), irrappreżentata minn N. Forwood, BL, J. Robb, barrister, kif ukoll minn J. Flynn u H. Mercer, QC,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri</HT></P><PARTY.STATUS>konvenuti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.–C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, L. Bay Larsen, C. Toader, M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Eleanor Sharpston titlob l-annullament tad-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas‑<DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>, Eleanor Sharpston vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri (T‑180/20, mhux ippubblikat, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>digriet appellat<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:473">EU:T:2020:473</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tiegħu din ċaħdet it-talba tagħha intiża għall-annullament parzjali tad-Dikjarazzjoni tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tad‑<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE> dwar il-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea għall-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>dikjarazzjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 29, p. 7</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ftehim dwar il-Ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat‑<DATE ISO="20200130">30 ta’ Jannar 2020</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 29, p. 1</REF.DOC.OJ>) daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20200201">1 ta’ Frar 2020</DATE>, jistabbilixxi, fit-tmien paragrafu tal-preambolu tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li huwa fl-interess kemm tal-Unjoni kif ukoll tar-Renju Unit li jiġi stabbilit perjodu ta’ tranżizzjoni jew ta’ implimentazzjoni li matulu – minkejja l-konsegwenzi kollha tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b’mod partikolari, it-tmiem, fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, tal-mandati kollha tal-membri tal-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni nominati, maħtura jew eletti fir-rigward tas-sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni – id-dritt tal-Unjoni, inklużi l-ftehimiet internazzjonali, jenħtieġ li jkunu applikabbli għar-Renju Unit u fih, u, bħala regola ġenerali, bl-istess effett fir-rigward tal-Istati Membri, sabiex jiġi evitat tħarbit fil-perjodu li matulu se jiġu nnegozjati l-ftehim(iet) dwar ir-relazzjonijiet futuri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(2) TUE jipprevedi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun komposta minn imħallef għal kull Stat Membru u li tkun assistita minn avukati ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 252 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun assistita minn tmien avukati ġenerali u, fuq talba tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jaġixxi unanimament, jista’ jżid in-numru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont id-dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 252 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta’ avukati ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ddikjarat li, fil-każ fejn, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 252 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja titlob li n-numru ta’ avukati ġenerali jiżdied bi tlieta, jiġifieri ħdax minflok tmienja, ir-Repubblika tal-Polonja, kif diġà huwa l-każ għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit, għandu jkollha avukat ġenerali permanenti u ma tipparteċipax iktar fis-sistema ta’ rotazzjoni, li tkun tinkludi ħames avukati ġenerali minflok tlieta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE tal‑<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE> li żżid l-għadd ta’ Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="179" PAGE.FIRST="92" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 179, p. 92</REF.DOC.OJ>), in-numru ta’ avukati ġenerali żdied minn tmienja għal ħdax.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Matul is-sena 2005, fuq proposta tal-Gvern tar-Renju Unit, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ħatru lil E. Sharpston sabiex teżerċita l-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għat-tul tal-mandat tal-predeċessur tagħha li kien għad fadal, jiġifieri sas‑<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>. Matul is-sena 2009, wara proposta ġdida tal-istess gvern, ir-rikorrenti nħatret bħala Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja għal mandat ġdid ta’ sitt snin, għall-perijodu mis‑<DATE ISO="20091007">7 ta’ Ottubru 2009</DATE> sas‑<DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>. Fl-aħħar nett, skont id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/578 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal‑<DATE ISO="20150401">1 ta’ April 2015</DATE> li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="096" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 96, p. 11</REF.DOC.OJ>), l-appellanti nħatret sabiex teżerċita l-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali għall-perijodu mis‑<DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE> sas‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri adottat id-dikjarazzjoni kontenzjuża li fiha fakkret li, peress li r-Renju Unit kien beda l-proċedura prevista fl-Artikolu 50 TUE sabiex joħroġ mill-Unjoni, it-Trattati ma jibqgħux applikabbli għal dan l-Istat Membru mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Hija fakkret ukoll li, għalhekk, il-mandati tal-membri tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni li ġew innominati, maħtura jew eletti fid-dawl tal-appartenenza tar-Renju Unit mal-Unjoni kellhom jintemmu fid-data tal-ħruġ. Hija indikat li minn dan kien jirriżulta li l-pożizzjoni permanenti ta’ Avukat Ġenerali li kienet assenjata lir-Renju Unit permezz tad-dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 252 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar in-numru ta’ avukati ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona kienet ser tiġi integrata fis-sistema ta’ rotazzjoni tal-Istati Membri għall-ħatra tal-Avukati Ġenerali. Hija nnotat li, skont l-ordni protokollari, l-Istat Membru li jmiss huwa r-Repubblika Ellenika. Hija qablet li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li fihom kellha ssir din il-ħatra u għall-finijiet tal-osservanza tar-regola tat-tiġdid parzjali tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja kull tliet snin u dik tat-tul ta’ sitt snin tal-mandati tagħhom, kif jinsabu fl-Artikolu 253 TFUE, il-mandat tal-Avukat Ġenerali propost mir-Repubblika Ellenika għall-pożizzjoni ta’ Avukat Ġenerali li sar vakanti kellu jintemm fid-data tat-tiġdid parzjali suċċessiv tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja, fis‑<DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u d-digriet appellat</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20200407">7 ta’ April 2020</DATE>, l-appellanti talbet l-annullament parzjali tad-dikjarazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-digriet appellat, wara li kkonstatat, fil-punt 27 tiegħu, li d-dikjarazzjoni inkwistjoni ma kinitx ġiet adottata mill-Kunsill, iżda mill-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli, fil-punt 28 tagħha, ir-rikors ippreżentat quddiemha sa fejn kien indirizzat kontra l-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-talbiet kontra l-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punti 29 u 30 tad-digriet appellat, li hija għandha ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 263 TFUE biss fir-rigward tar-rikorsi ppreżentati kontra l-atti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi jew tal-organi tal-Unjoni u li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-atti adottati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jaġixxu b’mod kollettiv ma humiex<?PAGE NO="4"?> membri tal-Kunsill jew ta’ membru tal-Kunsill Ewropew, iżda fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti tal-gvern tagħhom, u b’hekk jeżerċitaw kollettivament il-kompetenzi tal-Istati Membri, ma humiex suġġetti għall-istħarriġ tal-legalità eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali rreferiet ukoll, fil-punti 31 u 32 tad-digriet appellat, għad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200910">10 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri vs Sharpston</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑424/20 P(R</NO.CASE>), mhux ippubblikat <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:705">EU:C:2020:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sabiex tfakkar, minn naħa, li l-att li jaħtar l-imħallfin u l-avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 253(1) TFUE, huwa adottat bi ftehim komuni bejn il-Gvernijiet tal-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, li rikors huwa manifestament inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li toħroġ mhux minn istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni, iżda minn rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw il-kompetenzi ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-punt 33 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali rrilevat li, fid‑<DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, ir-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ 27 mit-28 Stat Membru tal-Unjoni f’din id-data pparteċipaw fil-laqgħa li tat lok għad-dikjarazzjoni kontenzjuża u li huma adottawha fil-kapaċità tagħhom ta’ rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni u mhux bħala membri tal-Kunsill. Fil-punt 34 ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali żiedet li, minkejja r-riferiment tal-Kunsill fl-intestatura tiegħu u tal-fatt li ġiet ippubblikata fis-sit internet tal-Kunsill, id-dikjarazzjoni kontenzjuża turi, permezz tal-kontenut tagħha, li din hija dikjarazzjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni, magħmula bi ftehim komuni, u mhux att tal-Kunsill jew ta’ korp jew ta’ entità tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 35 tad-digriet appellat, li r-rikors ippreżentat quddiemha kellu jiġi miċħud bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-appellanti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, E. Sharpston titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-digriet appellat, tordna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura sabiex jirrispondu għall-kwistjoni dwar jekk għandux jitqies li l-mandat tagħha ntemm mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, fil‑<DATE ISO="20200131">31 ta’ Jannar 2020</DATE> f’nofsillejl, skont l-Artikolu 50(3) TUE, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, ħlief jekk l-istat tal-proċedura jippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi, u tikkundanna lill-Kunsill kif ukoll lill-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun, kompletament jew parzjalment, manifestament inammissibbli jew manifestament infondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi li tiċħad dan l-appell, kompletament jew parzjalment, permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’din il-kawża, hemm lok li jiġi applikat dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka ħames aggravji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet u l-ħames aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-appellanti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 263 TFUE meta ddeċidiet, fil-punti 29 u 35 tad-digriet appellat, li r-rikors kien inammissibbli minħabba li ma kienx dirett kontra att adottat minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hija ssostni li jirriżulta mhux biss mill-formulazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE, fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti tiegħu, iżda wkoll mill-oriġini u mill-għan ta’ dan l-artikolu kif ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi artikolu għandu jiġi interpretat b’mod wiesa’, kemm fir-rigward tal-atti li huwa jsemmi kif ukoll fir-rigward tal-awturi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Hija ssostni li, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE l-atti adottati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri barra mill-kuntest ġuridiku tal-Unjoni, dan ma jistax japplika wkoll għal dawk, bħad-deċiżjoni kontenzjuża, adottati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jaġixxu fil-kuntest tal-kompetenzi mogħtija, jew kif mogħtija, mit-Trattat u li għandhom effetti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija ssostni li, fil-punti 30, 32 u 35 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali, għalhekk, wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-atti kollha adottati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fi kwalità differenti minn dik ta’ membri tal-Kunsill jew tal-Kunsill Ewropew ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju skont l-Artikolu 263 TFUE u li hija kellha żżomm il-kompetenza tagħha sabiex tevalwa l-legalità tad-dikjarazzjoni kontenzjuża, sa fejn temmet qabel iż-żmien il-mandat tagħha bħala Avukat Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ rimarki finali, l-appellanti żżid li mill-punti 91 sa 98 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201216">16 ta’ Diċembru 2020</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs K. Chrysostomides &amp; Co. <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑597/18 P, C‑598/18 P, C‑603/18 P u C‑604/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1028">EU:C:2020:1028</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-impossibbiltà li jiġi mistħarreġ ftehim politiku skont l-Artikolu 263 TFUE tippresupponi l-eżistenza ta’ rimedji alternattivi kontra l-atti ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, sabiex jiġi evitat li l-individwi jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Issa, tali rikorsi alternattivi ma jeżistux f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat naqset milli tiddistingwi, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompetenza tagħha, id-deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jaħtru avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mid-deċiżjoni preċedenti dwar il-pożizzjoni vakanti hekk imsejħa, minkejja li r-rikors ippreżentat quddiemha fil-Kawża T‑180/20, kif ukoll dan l-appell, jirrigwardaw din l-aħħar deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hija ssostni li, għalkemm, b’mod ġenerali, il-kwistjoni dwar jekk il-pożizzjoni ta’ membru tal-Qorti tal-Ġustizzja hijiex effettivament vakanti ma tqumx, ma jistax jiġi eskluż li hija tippreżenta ruħha f’ċerti każijiet. F’dan ir-rigward, hija tqis li att tal-Istati Membri li jikkonstata b’mod illegali l-pożizzjoni vakanti ta’ tali pożizzjoni għandu jkun jista’ jiġi mistħarreġ mill-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li huwa għandu għalhekk imur lura biss għall-qrati tal-Unjoni li jiddeċiedu fuq is-suġġett u tirreferi b’mod partikolari għall-Artikolu 19 TUE u għall-Artikoli 4 u 6 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-appellanti żżid li l-validità tal-atti tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri previsti mit-Trattat FUE tista’ barra minn hekk tiġi kkontestata, tal-inqas indirettament, permezz ta’ rimedji proċedurali oħra minbarra r-rikors għal annullament, kif ammetta l-Kunsill f’isem il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma quddiem il-Qorti Ġenerali, u li minn dan għandu jiġi dedott li rikors dirett kontra dawn l-atti għandu jkun ukoll possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonstatat, fil-punti 30, 32 u 35 tad-digriet appellat, li l-atti tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, ikunu xi jkunu, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rikors skont l-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat, fil-punti 30, 33 u 34 tad-digriet appellat, il-prinċipji li jirriżultaw mis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930630">30 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑181/91 u C‑248/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:271">EU:C:1993:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hija ssostni li minn din is-sentenza ma jirriżultax li l-atti kollha tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jaġixxu flimkien huma eżenti mill-istħarriġ ġudizzjarju fil-kuntest tal-Artikolu 263 TFUE, iżda l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet biss f’dik is-sentenza fuq l-atti adottati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri barra mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>B’hekk, il-kwistjoni dwar jekk il-qrati tal-Unjoni għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jistħarrġu l-legalità ta’ att, bħad-dikjarazzjoni kontenzjuża, adottat mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri bis-saħħa tal-kompetenzi mogħtija, jew hekk kif mogħtija, mit-Trattati u li għandu effetti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, ma ġietx deċiża fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u għandha tirċievi risposta pożittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali rreferiet b’mod żbaljat, fil-punti 30 u 35 tad-digriet appellat, għas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930630">30 ta’ Ġunju 1993</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Parlament vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑181/91 u C‑248/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:271">EU:C:1993:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u b’mod partikolari fil-punt 12 ta’ din is-sentenza, sabiex tibbaża l-analiżi tagħha u kellha minn tal-inqas tirreferi għal siltiet oħra tagħha, bħall-punt 13 tiegħu, li minnhom jirriżulta li l-atti li jipproduċu effetti legali fuq terzi fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għall-istħarriġ tal-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames aggravju tagħha, l-appellanti ssostni, sussidjarjament, li l-Qorti Ġenerali naqset ukoll b’mod żbaljat, fil-punti 27 u 28 tad-digriet appellat, milli tirrispondi għall-argument tagħha li jgħid li, għalkemm il-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri ma tistax tkun konvenuta f’rikors eżerċitat skont l-Artikolu 263 TFUE, huwa l-Kunsill li għandu jkun responsabbli għalih bħala <HT TYPE="ITALIC">alter ego</HT> ta’ din il-konferenza jew bħala istituzzjoni tal-Unjoni li hija l-iktar marbuta magħha, u bl-adozzjoni tagħha b’mod strett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Hija tibbaża ruħha b’mod partikolari fuq in-neċessità li jiġi mistħarreġ l-eventwali ksur tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri jekk dan ma jistax ikun konvenut f’tali istanza u tikkunsidra li, għalkemm il-Kunsill ma huwiex l-awtur tal-att ikkontestat, huwa għandu madankollu jkun jista’ jinżamm responsabbli quddiem il-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Hija ssostni li d-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jistabbilixxux b’mod eżawrjenti l-konvenuti u tirreferi b’analoġija għall-Artikoli 268 u 340 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Hija tirrileva li għandu jiġi ddeterminat jekk il-konstatazzjoni tal-pożizzjoni vakanti li hija kienet tokkupa preċedentement, li tagħmel id-dikjarazzjoni kontenzjuża, saritx mill-Kunsill, tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri jew tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u tqis li l-Qorti tal-Ġustizzja hija, fi kwalunkwe każ, l-unika awtorizzata li tiddeċiedi dwar dan is-suġġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Hija żżid li l-Kunsill, permezz tas-servizz legali tiegħu, kellu rwol attiv, waħdu, jew flimkien mal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, f’dak li jirrigwarda d-determinazzjoni tat-tmiem antiċipat tal-mandat tiegħu u li għalhekk huwa koawtur tad-difett li jivvizzja d-dikjarazzjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel sat-tielet u l-ħames aggravju tagħha, li għandhom jiġu analizzati flimkien, l-appellanti ssostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet bħala inammissibbli t-talba tagħha għall-annullament parzjali tad-dikjarazzjoni kontenzjuża minħabba li din ġiet adottata mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jaġixxu bħala tali u mhux mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li l-atti adottati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li jaġixxu mhux bħala membri tal-Kunsill, iżda bħala rappreżentanti tal-gvern tagħhom, u li jeżerċitaw b’mod kollettiv il-kompetenzi tal-Istati Membri, ma humiex suġġetti għall-istħarriġ tal-legalità eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930630">30 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/91 u C‑248/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:271">EU:C:1993:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-kriterju rilevanti hekk adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex teskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Unjoni sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja diretta kontra tali atti huwa għalhekk dak dwar l-awtur tagħhom, indipendentement mill-effetti legali vinkolanti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-argumenti invokati mill-appellanti fil-kuntest tal-ewwel u tal-ħames aggravju tagħha, li jgħidu li għandhom jiġu interpretati b’mod wiesa’ l-awturi tal-atti li għalihom jirreferi l-Artikolu 263 TFUE, jiġifieri l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, sabiex jitqies li d-dikjarazzjoni kkontestata ġiet adottata minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni fis-sens ta’ dan l-artikolu, jew, tal-inqas, li r-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali jiġi assimilat ma’ rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tal-Kunsill, b’kunsiderazzjoni tal-involviment tiegħu fl-adozzjoni u t-tixrid ta’ din id-dikjarazzjoni, ma jistax għalhekk jiġi aċċettat mingħajr ma tikser il-kliem ċar ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Jidher ċar li tali interpretazzjoni tmur ukoll kontra r-rieda tal-awturi tat-Trattati, li jirrifletti l-Artikolu 263 TFUE, li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu huwa limitat biss għall-atti tad-dritt tal-Unjoni adottati mill-istituzzjonijiet, mill-korpi u mill-organi tal-Unjoni, li jiġu esklużi mill-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja l-atti li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri, bħad-deċiżjonijiet ta’ ħatra tal-membri tal-qrati tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalkemm, f’dan il-każ, id-dikjarazzjoni kontenzjuża ma hijiex il-ħatra, hija lanqas ma hija strettament marbuta mal-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza sa fejn tieħu konjizzjoni tal-pożizzjoni vakanti involuta bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u tiddetermina wħud mill-konsegwenzi legali li għandhom jiġu dedotti minnha waqt il-ħatra f’din il-pożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti fil-kuntest tat-tielet aggravju tagħha, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li huwa wkoll irrilevanti li r-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri aġixxew fil-kuntest tat-Trattati jew ta’ sorsi legali oħra, bħad-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda żball meta fakkret, fil-punt 30 tad-digriet appellat, li mill-Artikolu 263 TFUE jirriżulta li l-atti adottati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li ma jaġixxux fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-Kunsill jew ta’ membri tal-Kunsill Ewropew, iżda fil-kwalità tagħhom ta’ rappreżentanti tal-gvern tagħhom, u li jeżerċitaw kollettivament il-kompetenzi tal-Istati Membri, ma humiex suġġetti għall-istħarriġ tal-legalità eżerċitat mill-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-qrati tal-Unjoni għandhom madankollu jżommu l-kompetenza tagħhom sabiex jevalwaw il-legalità tad-dikjarazzjoni kontenzjuża minħabba li din tinkludi deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jikkonstataw, <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT>, it-tmiem antiċipat tal-mandat tagħha bħala Avukat Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, din l-analiżi ma tistax tiġi aċċettata peress li d-dikjarazzjoni kontenzjuża ma tistax, fi kwalunkwe każ, titqies li ġiet adottata minn istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li d-dikjarazzjoni inkwistjoni ma tistax titqies li tinkludi deċiżjoni li għandha effetti legali li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrenti sa fejn hija ddeċidiet dwar it-tmiem antiċipat tal-mandat tagħha bħala Avukat Ġenerali, peress li l-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri sempliċement ħadet nota tal-konsegwenzi neċessarjament involuti fil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li t-Trattati ma baqgħux japplikaw għar-Renju Unit fid-data tal-ħruġ tiegħu, fl‑<DATE ISO="20200201">1 ta’ Frar 2020</DATE>, skont l-Artikolu 50(3) TUE, dan l-Istat ma għadux, minn din id-data, Stat Membru. Minn dan jirriżulta, hekk kif jistabbilixxi t-tmien paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li l-mandati pendenti tal-membri tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni li ġew innominati, maħtura jew eletti fid-dawl tal-appartenenza tar-Renju Unit mal-Unjoni ntemmu awtomatikament f’din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma qisitx lilha nnifisha kompetenti sabiex tevalwa l-legalità ta’ allegata deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li tikkonstata t-tmiem antiċipat tal-mandat tal-appellanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel sat-tielet u l-ħames aggravju għandhom jiġu miċħuda bħala manifestament infondati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-appellanti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li, fil-punti 31 u 32 tad-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali, b’mod żbaljat, tat valur ta’ preċedent għad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200910">10 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri vs Sharpston</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑424/20 P(R)</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:705">EU:C:2020:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), filwaqt li tali digriet ma setax jippreġudika l-mertu f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Hija żżid li l-Qorti Ġenerali bbażat ruħha wkoll b’mod żbaljat, fil-punt 31 tad-digriet appellat, fuq l-imsemmi digriet, peress li dan kien jikkonċerna rikors li għandu bħala suġġett deċiżjoni ta’ ħatra ta’ Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja meta r-rikors tagħha kien jirrigwarda d-deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jikkonstataw il-pożizzjoni vakanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja ċċitat fil-punti 31 u 32 tad-digriet appellat ġie adottat bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari għaliex l-appellanti ma nstemgħetx minkejja li l-ebda urġenza ma ġiet ikkonstatata, iżda wkoll għaliex l-argumenti invokati mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri kellhom jiġu miċħuda bħala inammissibbli minħabba li kienu invokati għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li, billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali stess kisret il-prinċipju <HT TYPE="ITALIC">audi alteram partem</HT> billi ma ppermettitilhiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rilevanza tal-punt 12 tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930630">30 ta’ Ġunju 1993</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑181/91 u C‑248/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:271">EU:C:1993:271</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), imsemmi fil-punt 30 tad-digriet appellat, u tad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200910">10 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri vs Sharpston</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑424/20 P(R)</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:705">EU:C:2020:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), imsemmi fil-punti 31 u 32. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>estendiet<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>tawlet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> b’mod inġustifikat mhux biss l-effett ġuridiku, iżda wkoll id-difetti proċedurali ta’ dan id-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-argumenti dwar l-iżball li allegatament wettqet il-Qorti Ġenerali, fil-punti 31 u 32 tad-digriet appellat, dwar il-portata tad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200910">10 ta’ Settembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri vs Sharpston</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑424/20 P(R)</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:705">EU:C:2020:705</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-Qorti Ġenerali, fi kwalunkwe każ, ma wettqet ebda żball meta fakkret, minn naħa, fl-imsemmi punt 31, li att li jirrigwarda l-ħatra ta’ mħallfin u ta’ avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġi adottat, konformement mal-Artikolu 253 TFUE, bi ftehim komuni bejn il-Gvernijiet tal-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, fl-imsemmi punt 32, li rikors imressaq skont l-Artikolu 263 TFUE kontra tali att huwa manifestament inammissibbli billi jfittex l-annullament ta’ deċiżjoni mir-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li jeżerċitaw il-kompetenzi ta’ dawk l-Istati. Minn dan isegwi li tali argumenti huma manifestament ineffettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>L-argumenti dwar il-ksur proċedurali li allegatament twettaq meta ġie adottat dan id-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja huma, barra minn hekk, manifestament inammissibbli peress li dan ma huwiex is-suġġett ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandhom jiġu miċħuda wkoll bħala manifestament infondati l-allegazzjonijiet tal-appellanti dwar il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-prinċipju ta’ kontradittorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-raba’ aggravju għandu jiġi miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li, peress li ebda wieħed mill-aggravji invokati mill-appellanti insostenn tal-appell tagħha ma ntlaqa’, dan l-appell għandu jiġi miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tintlaqa’ l-miżura istruttorja mitluba mill-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tingħata fid-digriet li jagħlaq l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li dan id-digriet ġie adottat qabel ma l-appell ġie nnotifikat lill-partijiet l-oħra fil-proċedura u, konsegwentement, qabel ma dawn setgħu jsostnu l-ispejjeż, għandu jiġi deċiż li l-appellanti tbati l-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell għandu jiġi miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Eleanor Sharpston għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>