<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑558/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0558</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:285">EU:C:2016:285</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160421">21.4.2016</DATE> – KAWŻA C‑558/14</P><P>KHACHAB</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20160421">21 ta’ April 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/86/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)(ċ)</KEYWORD><KEYWORD>Riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja</KEYWORD><KEYWORD>Riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm ir-riżorsi tiegħu</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑558/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit- Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (qorti superjuri tal-ġustizzja tal-País Vasco, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20141205">5 ta’ Diċembru 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mimoun Khachab</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Subdelegación del Gobierno en Álava,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, C. Lycourgos (Relatur) u C. Vajda, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Banciella Rodríguez‑Miñón, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u B. Beutler, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u F.‑X. Bréchot, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn G. Szima u Z. Fehér, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Condou‑Durande u L. Lozano Palacios, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn M. Khachab u s-Subdelegación del Gobierno en Álava (rappreżentanza tal-gvern fil-provinċja ta’ Álava, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>rappreżentanza tal-gvern<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar ir-rifjut fir-rigward ta’ M. Khachab li tiġi approvata l-applikazzjoni tiegħu għal permess ta’ residenza temporanja abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja favur il-konjuġi tiegħu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 4 u 6 tad-Direttiva 2003/86 jipprovdu kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(2)</NO.P><TXT>Miżuri dwar riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu adottati b’konformità ma’ l-obbligu tal-protezzjoni tal-familja u ir-rispett għall-ħajja tal-familja minquxa f’ħafna strumenti tal-liġi internazzjonali. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rrikonoxxuti b’mod partikulari fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u Libertajiet Fundamentali [,iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>,] u [fi]l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea [iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>].</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Ir-riunifikazzjoni tal-familja hija mezz neċessarju biex il-ħajja tal-familja ssir. Hija tgħin biex toħloq stabbilita soċjokulturali li tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istati Membri, li sservi wkoll biex tippromwovi koeżjoni ekonomika u soċjali, għan fundamentali tal-Komunita [Ewropea] ddikjarat fit-Trattat [KE].</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Biex tkun protetta l-familja u tkun stabbilita u ppreżervata l-ħajja tal-familja, il-kondizzjonijiet materjali biex ikun eżerċitat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ kriterji komuni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/86, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jkunu ddeterminati l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Din id-Direttiva għandha tapplika fejn l-isponsor għandu permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru għal perjodu ta’ validita ta’ sena jew iktar li għandu prospetti raġonevoli li jikseb id-dritt ta’ residenza permanenti, jekk il-membri tal-familja tiegħu jew tagħha huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi ta’ status ikun xi jkun<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2003/86, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul u r-residenza, b’mod partikolari tal-konjuġi tal-isponsor, skont din id-direttiva u bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet msemmija fil-Kapitolu IV tagħha kif ukoll fl-Artikolu 16 ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Taħt il-Kapitolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tad-Direttiva 2003/86, l-Artikolu 7(1) tagħha jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Meta l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tkun issottomessa, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrikjedi l-persuna li tkun issottomettiet l-applikazzjoni biex tipprovdi xiehda li l-isponsor għandu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>akkomodazzjoni meqjusa bħala normali għal familja komparabbli fl-istess reġjun u li tissodisfa l-istandards ġenerali ta’ saħħa u sigurta fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>assigurazzjoni kontra l-mard fir-rigward tar-riskji kollha normalment koperti għaċ-ċittadini tiegħu stess fl-Istat Membru kkonċernat għalih innifsu/għaliha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu/lilha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Stati Membri għandhom jistmaw dawn ir riżorsi b’referenza għan-natura u r-regolarita tagħhom u jistgħu jqisu il-livell ta’ pagi minimi nazzjonali u penjonijiet kif ukoll in numru ta’ membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Mhux iktar tard minn wara ħames snin ta’ residenza, u sakemm il-membru tal-familja ma ngħatax permess ta’ residenza għal raġunijiet oħra barra dik ta’ riunifikazzjoni tal-familja, il-konjugi jew partner mhux miżżewweġ/miżżewġa u wild li jkun laħaq età maġġorenni għandhom ikunu intitolati, wara applikazzjoni, jekk rikjest, għal permess ta’ residenza awtonomu, indipendenti minn dak ta’ l-isponsor.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 16(1)(a) tal-imsemmija direttiva jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-Istati Membri jistgħu ma jilqgħux applikazzjoni għad-dħul u residenza għall-għan tar-riunifikazzjoni tal-familja, jew, jekk xieraq, jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fejn il-kondizzjonijiet preskritti b’din id-Direttiva mhumiex jew m’għadhomx iktar osservati.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 ta’ din l-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u s-solidità tar-relazzjonijiet familjali tal-persuna u t-tul tar-residenza tiegħu (tagħha) fl-Istat Membru u ta’ l eżistenza ta’ rbit familjali, kulturali u soċjali ma’ pajjiżu/a ta’ oriġini fil-każ li huma jiċħdu applikazzjoni, jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta’ residenza jew jiddeċiedu li jordnaw it-tneħħija ta’ l-isponsor jew membri tal-familja tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Liġi organika 4/2000 dwar id-drittijiet u l-libertajiet tal-barranin fi Spanja u l-integrazzjoni soċjali tagħhom (Ley Orgánica 4/2000 sobre derechos y libertades de los extranjeros en España y su integración social), tal-<DATE ISO="20000111">11 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 10, tat-<DATE ISO="20000112">12 ta’ Jannar 2000</DATE>), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Liġi organika 4/2000<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) tipprevedi fl-Artikolu 16(1) u (2) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-barranin residenti għandhom dritt għal ħajja tal-familja u għall-intimità tagħha fil-forma prevista minn din il-liġi organika u skont id-dispożizzjonijiet tat-trattati internazzjonali rrattifikati minn Spanja.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-barranin li jirrisjedu fi Spanja għandhom id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-membri tal-familja tagħhom imsemmija fl-Artikolu 17.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1)(a) ta’ din il-liġi organika jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-barrani residenti għandu dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja fi Spanja fir-rigward tal-membri sussegwenti tal-familja tiegħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-konjuġi tar-resident, bil-kundizzjoni li ma jkunx isseparat <HT TYPE="ITALIC">la de facto</HT> u lanqas legalment u li ż-żwieġ ma jkunx ġie ċċelebrat bi frodi tal-liġi. [...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kundizzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, l-Artikolu 18(2) tal-liġi organika 4/2000 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-isponsor għandu juri, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi, li huwa għandu akkomodazzjoni adegwata u riżorsi suffiċjenti sabiex iżomm lilu nnifsu u lill-familja tiegħu wara r-riunifikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Ir-riżorsi provenjenti mis-sistema ta’ għajnuna soċjali ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-dħul għall-finijiet tar-riunifikazzjoni, iżda d-dħul l-ieħor ipprovdut mill-konjuġi li jirrisjedi fi Spanja u li jgħix mal-isponsor għandu jittieħed inkunsiderazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-Digriet Irjali 557/2011, tal-<DATE ISO="20110420">20 ta’ April 2011</DATE>, approva r-regolament li jimplementa l-Liġi organika 4/2000, kif emendata bil-Liġi organika 2/2009 (BOE Nru 103, tat-<DATE ISO="20110430">30 ta’ April 2011</DATE>). L-Artikolu 54 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Riżorsi li barrani għandu juri li huwa għandu sabiex ikun jista’ jikseb permess ta’ residenza bil-għan tar-riunifikazzjoni tal-membri tal-familja tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="054.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-barrani li japplika għal permess ta’ residenza għar-riunifikazzjoni tal-membri tal-familja tiegħu għandu jippreżenta, fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħu, id-dokumenti li juru li huwa għandu riżorsi suffiċjenti sabiex iżomm lill-familja tiegħu, inkluż fil-qasam tal-kura medika fil-każ li ma jkunx kopert mis-sigurtà soċjali, riżorsi li l-ammont minimu tagħhom fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għandu jkun miktub bl-EUR jew bl-ekwivalenti legali tiegħu f’munita barranija, skont in-numru ta’ persuni li huwa jixtieq jirriunifika filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-membri tal-familja tiegħu li diġà jgħixu miegħu fi Spanja u li għalihom huwa responsabbli:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ unitajiet tal-familja li jinkludu żewġ membri, inkluż l-isponsor u l-persuna li tibbenefika mir-riunifikazzjoni tal-familja meta tasal fi Spanja: dħul li jirrappreżenta 150 % tal-[indikatur pubbliku tad-dħul b’effetti multipli (IPREM)] kull xahar.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="054.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-permess ta’ residenza għandu jkun rrifjutat jekk jiġi stabbilit b’ċertezza li l-applikant ma jistax iżomm dawn ir-riżorsi matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Sabiex dan jiġi ddeterminat, il-previżjoni taż-żamma ta’ sors ta’ dħul matul is-sena inkwistjoni għandha tiġi evalwata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tar-riżorsi li l-isponsor irċieva matul is-sitt xhur preċedenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>M. Khachab, ċittadin ta’ pajjiż terz, li jirrisjedi fi Spanja, huwa d-detentur ta’ permess ta’ residenza fit-tul f’dan l-Istat Membru. Fl-<DATE ISO="20120220">20 ta’ Frar 2012</DATE> huwa ssottometta applikazzjoni lill-awtoritajiet Spanjoli għal permess ta’ residenza temporanja abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja favur martu I. Aghadar. Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120326">26 ta’ Marzu 2012</DATE>, ir-rappreżentanza tal-gvern ċaħdet l-applikazzjoni tiegħu minħabba li M. Khachab ma kienx wera li huwa kellu riżorsi suffiċjenti sabiex iżomm lill-familja tiegħu wara r-riunifikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Għaldaqstant M. Khachab ippreżenta rikors amministrattiv kontra din id-deċiżjoni quddiem ir-rappreżentanza tal-gvern, li ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120525">25 ta’ Mejju 2012</DATE>, għall-motivi sussegwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[...] Insostenn tal-applikazzjoni tiegħu, [M. Khachab] ippreżenta l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat li huwa kien ikkonkluda mal-impriża <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Construcciones y distribuciones constru‑label SL’. Madankollu s-[sistema ta’ informazzjoni tax-xogħol tas-sigurtà soċjali] indikat li huwa kien waqaf jaħdem għal din l-impriża fl-<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>, li f’dik is-sena speċifika huwa kien ħadem biss għal 15-il ġurnata u li fis-sena 2011 kollha huwa kien ħadem 48 ġurnata. Minn dan li jippreċedi jirriżulta li, fid-data li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni, huwa ma kellu ebda attività professjonali, fatt li sal-lum għadu l-istess, u li huwa ma kienx wera<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> li kellu riżorsi suffiċjenti sabiex iżomm lill-familja tiegħu wara r-riunifikazzjoni. Fl-istess data, xejn ma kien jindika li huwa kien ser ikollu riżorsi simili għas-sena sussegwenti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja. Għaldaqstant, ebda waħda mill-kundizzjonijiet għall-għoti tal-permess ta’ residenza għar-riunifikazzjoni tal-familja ma kienet ġiet issodisfatta.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għaldaqstant, M. Khachab ippreżenta quddiem il-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo n<HT TYPE="SUP">o</HT> 1 de Vitoria-Gasteiz (qorti amministrattiva fuq il-livell provinċjali Nru 1 ta’ Vitoria-Gasteiz) rikors kontra din id-deċiżjoni. Permezz ta’ sentenza tad-<DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, din il-qorti kkonfermat dik id-deċiżjoni billi bbażat ruħha, essenzjalment, fuq l-istess motivi bħal dawk imsemmija fid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120326">26 ta’ Marzu 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant M. Khachab appella minn din is-sentenza quddiem it-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (qorti superjuri tal-ġustizzja tal-País Vasco). Insostenn tal-appell tiegħu, M. Khachab jafferma li l-qorti tal-ewwel istanza ma ħaditx inkunsiderazzjoni fatt ġdid li fir-rigward tiegħu huwa kien gibed l-attenzjoni tagħha matul il-proċeduri, fatt li jindika li, mis-<DATE ISO="20121126">26 ta’ Novembru 2012</DATE>, huwa kien qiegħed jaħdem għal impriża agrikola jiġbor il-frott taċ-ċitru u li huwa għandu, għalhekk, xogħol li jipprovdilu dħul suffiċjenti. Huwa jżid li huwa d-detentur ta’ permess ta’ residenza fit-tul u li huwa ilu miżżewweġ ma’ I. Aghadar mill-2009. Barra minn hekk, huwa jafferma li għandu akkomodazzjoni adatta u li kien ilu jħallas kontribuzzjonijiet fi Spanja għal iktar minn ħames snin. Barra minn hekk, huwa jqis li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ekonomika attwali, li fiha huwa estremament diffiċli li wieħed ikollu xogħol b’mod kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86, li jipprovdi li d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja huwa kkundizzjonat mill-fatt li, fil-mument tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[l-isponsor għandu<?PAGE NO="6"?> [...] riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. B’mod partikolari hija tistaqsi dwar il-kompatibbiltà, ma’ din id-dispożizzjoni, tal-leġiżlazzjoni Spanjola, li tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jirrifjutaw il-benefiċċju tar-riunifikazzjoni tal-familja, u għaldaqstant il-ħruġ ta’ permess ta’ residenza temporanja lil membru tal-familja tal-isponsor, meta, abbażi tal-iżvilupp tad-dħul tiegħu matul is-sitt xhur preċedenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, ikun probabbli li dan tal-aħħar ma jkunx jista’ jżomm, matul is-sena sussegwenti għal din id-data, l-istess livell ta’ riżorsi bħal dak li huwa kellu f’din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-verżjoni bl-Ispanjol, kif ukoll il-verżjonijiet bl-Ingliż u bil-Franċiż tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 jużaw il-verb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>għandu<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fl-indikattiv preżent u mhux fil-futur. Minħabba dan, din il-qorti tistaqsi jekk, sabiex ikun jista’ jibbenefika mir-riunifikazzjoni tal-familja, l-isponsor għandux ikollu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni jew jekk tistax tittieħed inkunsiderazzjoni l-probabbiltà li huwa jkollu dawn ir-riżorsi wkoll matul is-sena sussegwenti għal din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco (qorti superjuri tal-ġustizzja tal-País Vasco) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>L-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva [2003/86] għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti ċ-ċaħda tar-riunifikazzjoni tal-familja minħabba li l-isponsor ma għandux riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu u l-membri tal-familja tiegħu fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni prospettiva, li titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, dwar il-probabbiltà li l-isponsor iżomm il-mezzi finanzjarji tiegħu matul is-sena ta’ wara d-data tal preżentazzjoni tal-applikazzjoni u fuq il-bażi tal-iżvilupp tad-dħul tiegħu matul is-sitt xhur ta’ qabel l-imsemmija preżentazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jibbażaw ir-rifjut ta’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja fuq evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm, jew le, ir-riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti sabiex iżomm lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat Membru, matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, meta din l-evalwazzjoni tkun bbażata fuq l-iżvilupp tad-dħul tal-isponsor matul is-sitt xhur preċedenti għal din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2003/86, l-Istat Membri għandhom jawtorizzaw d-dħul u r-residenza, b’mod partikolari tal-konjuġi tal-isponsor għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-kundizzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu IV ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Rekwiżiti għall-eżerċizzju tad-dritt tar-riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fost il-kundizzjonijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu IV, l-Artikolu 7(1)(ċ) ta’ din id-direttiva jippermetti lill-Istati Membri jitolbu prova li l-isponsor għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti sabiex iżomm lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu, mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat. Din l-istess dispożizzjoni tippreċiża li l-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi b’riferiment għan-natura u għar-regolarità tagħhom u jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni l-livell tal-pagi u tal-pensjonijiet minimi nazzjonali kif ukoll in-numru tal-membri li minnhom il-familja hija komposta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li peress li l-awtorizzazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja hija r-regola ġenerali, il-possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 għandha tiġi interpretata b’mod strett. Għaldaqstant, il-marġni ta’ manuvra mogħti lill-Istati Membri ma għandux jintuża minnhom b’mod li jippreġudika l-għan ta’ din id-direttiva u l-effett utli tagħha (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessa 4 tad-Direttiva 2003/86 jirriżulta li din għandha bħala għan ewlieni li tiffaċilita l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-Istati Membri billi tippermetti ħajja tal-familja permezz tar-riunifikazzjoni tal-familja (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑540/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:429">EU:C:2006:429</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 ma jistax jiġi applikat b’tali mod li din l-applikazzjoni tikser id-drittijiet fundamentali stabbiliti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 7 tal-Karta (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalkemm dan l-Artikolu 7 tal-Karta ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jċaħħad lill-Istati Membri mill-marġni ta’ diskrezzjoni li huma għandhom meta jeżaminaw applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/86 għandhom madankollu, matul dan l-eżami, jiġu interpretati u applikati, b’mod partikolari, fid-dawl ta’ dan l-Artikolu 7 tal-Karta, kif barra minn hekk jirriżulta mit-termini tal-premessa 2 ta’ din id-direttiva, li jimponu fuq l-Istati Membri l-obbligu li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni bil-għan li jiffavorixxu l-ħajja tal-familja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-elementi msemmija iktar ’il fuq li huwa neċessarju, l-ewwel nett, li jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat Membru tevalwa jekk il-kundizzjoni dwar ir-riżorsi stabbli u regolari u li huma suffiċjenti tal-isponsor tkomplix tiġi ssodisfatta lil hinn mid-data tal-preżentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalkemm din id-dispożizzjoni ma tipprevedix espressament tali possibbiltà, madankollu mill-kliem stess tagħha, u b’mod partikolari mill-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>stabbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>regolari<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jirriżulta li dawn ir-riżorsi finanzjarji għandhom sa ċertu punt ikunu permanenti u kontinwi. F’dan ir-rigward, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86, l-Istati Membri għandhom jevalwaw dawn ir-riżorsi b’riferiment, b’mod partikolari għar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>regolarita<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> tagħhom, fatt li jimplika analiżi perijodika tal-iżvilupp tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant mill-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 jirriżulta li l-kliem tagħha ma jistax jiġi interpretat li jipprekludi li awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat minn applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja teżamina jekk il-kundizzjoni relatata mar-riżorsi tal-isponsor hijiex issodisfatta b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ evalwazzjoni dwar jekk dawn ir-riżorsi jinżammux lil hinn mid-data tal-preżentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma hijiex ikkontradetta mill-fatt, imqajjem mill-qorti tar-rinviju, li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/86 juża l-preżent tal-indikattiv, meta dan l-artikolu jipprevedi li l-Istat Membru kkonċernat jista’ jeżiġi li l-persuna li tkun ippreżentat l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tipproduċi l-prova li l-isponsor <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>għandu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> l-elementi msemmija fl-Artikolu 7(1)(a) sa (ċ). Fil-fatt, l-isponsor għandu jagħti prova li huwa għandu dawn l-elementi kollha, fosthom b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>riżorsi [...] li huma suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fil-mument li l-applikazzjoni tiegħu għar-riunifikazzjoni tal-familja tkun eżaminata, fatt li jiġġustifika l-użu tal-preżent tal-indikattiv. Mandankollu, sa fejn mill-kliem tal-Artikolu 7(1)(ċ) ta’ din id-direttiva jirriżulta li r-riżorsi tal-isponsor għandhom ikunu mhux biss <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>suffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> iżda wkoll <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>stabbli u regolari<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, tali rekwiżiti jimplikaw eżami prospettiv ta’ dawn ir-riżorsi min-naħa tal-awtorità nazzjonali kompetenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorraborata mill-Artikolu 7(1)(a) u (b) tad-Direttiva 2003/86. Fil-fatt, għandu jiġi enfasizzat li l-kundizzjonijiet relatati mal-pussess ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>akkomodazzjoni meqjusa bħala normali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>assigurazzjoni kontra l-mard<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, previsti, rispettivament, f’dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ukoll jiġu interpretati fis-sens li jagħtu lill-Istati Membri, għall-finijiet li tiġi żgurata stabbiltà u permanenza tal-isponsor fit-territorju tagħhom, il-possibbiltà li jibbażaw ruħhom, fl-eżami tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, fuq il-probabbiltà li din ir-riunifikazzjoni tkompli tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet lil hinn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 mogħtija fil-punt 31 ta’ din is-sentenza hija wkoll sostnuta mill-Artikoli 3(1) u 16(1)(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, dan l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/86 jirrestrinġi l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> ta’ din id-direttiva għall-isponsor li jkun kiseb permess ta’ residenza ta’ mill-inqas sena u li għandu prospettiva fondata li jikseb permess ta’ residenza permanenti. Issa, l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali prospettiva teħtieġ neċessarjament li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat twettaq eżami tal-iżvilupp futur tas-sitwazzjoni tal-isponsor fir-rigward tal-kisba ta’ dan il-permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 33 tal-konklużjonijiet tiegħu, interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 li l-imsemmija awtorità ma tistax twettaq evalwazzjoni taż-żamma, lil hinn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni, tar-riżorsi stabbli u regolari u li huma suffiċjenti tal-isponsor ma tkunx koerenti mas-sistema prevista minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat li, meta l-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/86 ma humiex iktar issodisfatti, l-Artikolu 16(1)(a) tagħha jippermetti lill-Istati Membri jirtiraw il-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja jew jirrifjutaw li jġeddulu dan il-permess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont din id-dispożizzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tista’, b’mod partikolari, tirtira l-awtorizzazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja meta l-isponsor ma jkollux iktar riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 7(1)(ċ). Tali possibbiltà ta’ rtirar ta’ din l-awtorizzazzjoni timplika li din l-awtorità tista’ teħtieġ li l-isponsor jkollu dawn ir-riżorsi lil hinn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi rrilevat li din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-għan ta’ dan l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/86. Fil-fatt, il-prova tal-kundizzjoni ta’ riżorsi, prevista fl-Artikolu 7(1)(ċ), tippermetti lill-awtorità kompetenti tiżgura ruħha li, la darba ssir ir-riunifikazzjoni tal-familja, kemm l-isponsor kif ukoll il-membri tal-familja tiegħu ma jirrikorrux ir-riskju li jsiru, matul ir-residenza tagħhom, piż għas-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Chakroun</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:117">EU:C:2010:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan li ntqal jirriżulta li l-possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 timplika neċessarjament li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tevalwa b’mod prospettiv jekk l-isponsor iżommx riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti lil hinn mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, hemm lok, it-tieni nett, li wieħed jistaqsi dwar jekk din id-dispożizzjoni tippermettix lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tissuġġetta l-awtorizzazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja għall-probabbiltà li dawn ir-riżorsi jinżammu matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni, billi jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul tal-isponsor matul is-sitt xhur preċedenti għal din id-data.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jagħmel parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, il-mezzi implementati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 għandhom ikunu adatti sabiex iwettqu l-għanijiet imfittxija minn din il-leġiżlazzjoni u ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn jintlaħqu (ara, fir-rigward tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/86, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>K u A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑153/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:453">EU:C:2015:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/86 jimponi eżami individwali tal-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100304">4 ta’ Marzu 2010</DATE>, <NAME.CASE>Chakroun</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑578/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:117">EU:C:2010:117</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>K u A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑153/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:453">EU:C:2015:453</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jimplementaw id-Direttiva 2003/86 u meta jeżaminaw l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja, għandhom iwettqu evalwazzjoni bbilanċjata u raġonevoli tal-interessi kollha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>O <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑356/11 u C‑357/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:776">EU:C:2012:776</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tad-Digriet Irjali 557/2011 jipprevedi li l-permess ta’ residenza bil-għan tar-riunifikazzjoni tal-familja għandu jkun rrifjutat jekk jiġi stabbilit b’ċertezza li ma hemmx prospettiva li r-riżorsi jinżammu matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Din id-dispożizzjoni tindika li l-previżjoni taż-żamma ta’ sors ta’ dħul matul is-sena inkwistjoni għandha tiġi evalwata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-iżvilupp tar-riżorsi li l-isponsor irċieva matul is-sitt xhur preċedenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward hemm lok li jiġi rrilevat li l-perijodu ta’ sena, li matulu l-isponsor għandu probabbilment ikollu riżorsi li huma suffiċjenti, jidher li huwa raġonevoli u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jippermetti li jiġi evalwat, b’mod individwali, ir-riskju potenzjali li l-isponsor ikollu jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat ladarba ssir ir-riunifikazzjoni tal-familja. Fil-fatt, dan il-perijodu ta’ sena jikkorrispondi għat-tul minimu ta’ validità tal-permess ta’ residenza li l-isponsor għandu jkollu, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/86, sabiex ikun jista’ japplika għar-riunifikazzjoni tal-familja. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16(1)(a) tagħha, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom il-possibbiltà li jirtiraw il-permess ta’ residenza tal-familja tal-isponsor jekk l-isponsor ma jkollux iktar riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti matul it-tul ta’ residenza ta’ dan il-membru tal-familja u sa meta dan tal-aħħar jikseb permess ta’ residenza separat, jiġifieri, skont l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2003/86, mhux iktar tard minn wara ħames snin ta’ residenza f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-obbligu ta’ proporzjonalità fuq livell nazzjonali, għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) tad-Digriet Irjali 557/2011, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tirrifjuta li tagħti permess ta’ residenza bil-għan tar-riunifikazzjoni tal-familja biss jekk ikun stabbilit <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>b’ċertezza<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li l-isponsor ma jkunx jista’ jżomm riżorsi suffiċjenti matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni timponi biss fuq l-isponsor l-obbligu ta’ żamma prevedibbli tar-riżorsi tiegħu sabiex huwa jkun jista’ jikseb dan il-permess ta’ residenza bil-għan tar-riunifikazzjoni tal-familja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-iffissar għal sitt xhur tal-perijodu preċedenti għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni li fuqu tista’ tkun ibbażata l-evalwazzjoni prospettiva tar-riżorsi tal-isponsor, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva 2003/86 ma tinkludi ebda preċiżazzjoni fuq dan il-punt. F’kull każ, tali perijodu ma jistax jippreġudika l-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn dan kollu li ntqal jirriżulta li l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jibbażaw ir-rifjut ta’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja fuq evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm, jew le, ir-riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti sabiex iżomm lilu nnifsu u lill-membri<?PAGE NO="10"?> tal-familja tiegħu mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat Membru, matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, meta din l-evalwazzjoni tkun bbażata fuq l-iżvilupp tad-dħul tal-isponsor matul is-sitt xhur preċedenti għal din id-data.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jibbażaw ir-rifjut ta’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja fuq evalwazzjoni prospettiva tal-probabbiltà li l-isponsor iżomm, jew le, ir-riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti sabiex iżomm lilu nnifsu u lill-membri tal-familja tiegħu mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ dan l-Istat Membru, matul is-sena sussegwenti għad-data tal-preżentazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, meta din l-evalwazzjoni tkun bbażata fuq l-iżvilupp tad-dħul tal-isponsor matul is-sitt xhur preċedenti għal din id-data.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>