<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-736/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0736</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:282">EU:C:2021:282</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210414">14.4.2021</DATE> – Kawża C‑736/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Plaukti</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1698/2005</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 65/2011</KEYWORD><KEYWORD>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 73/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4 u 6</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1122/2009</KEYWORD><KEYWORD>Appoġġ għall-iżvilupp rurali</KEYWORD><KEYWORD>Pagamenti agroambjentali</KEYWORD><KEYWORD>Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti</KEYWORD><KEYWORD>Ħsad qabel iż-żmien</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti</KEYWORD><KEYWORD>Standards obbligatorji</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin</KEYWORD><KEYWORD>Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑736/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190930">30 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20191007">7 ta’ Ottubru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">ZS <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Plaukti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></HT></P><P>Fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Lauku atbalsta dienests,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>Komposta minn L. Bay Larsen (relatur), President tal-Awla, C. Toader u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li qieset l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, inizjalment minn L. Juškeviča, V. Soņeca u K. Pommere, sussegwentement minn K. Pommere, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kaduczak u A. Sauka, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="025" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 25, p. 8</REF.DOC.OJ> u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="20" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 201, p. 20</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Nru 65/2011<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="277" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 277, p. 1</REF.DOC.OJ> u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 206, p. 23</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 30, p. 16</REF.DOC.OJ> u rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 43, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn ZS <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Plaukti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Plaukti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), azjenda agrikola stabbilita fil-Latvja, u l-Lauku atbalsta dienests (is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali, il-Latvja), fir-rigward tar-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jħallas għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1698/2005</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 35 tar-Regolament Nru 1698/2005 kienet tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Il-pagamenti agro-ambjentali għandu jibqa’ jkollhom rwol prominenti fl-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u fir-rispons għad-domanda dejjem tikber tas-soċjetà għal servizzi ambjentali. Barra minn hekk għandhom jinkoraġġixxu lill-bdiewa u amministraturi oħra tal-art biex iservu s-soċjetà fl-intier tagħha billi jintroduċu jew ikomplu japplikaw metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mal-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, il-pajżaġġ u l-karatteristiċi tiegħu, ir-riżorsi naturali, il-ħamrija u d-diversità ġenetika. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 ta’ dan ir-regolament jifforma parti mill-assi 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu i tat-Titolu IV tiegħu, fejn it-Taqsima hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Titjib tal-ambjent u tal-kampanja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Dan l-artikolu kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-appoġġ taħt din it-taqsima għandu jikkonċerna:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>miżuri mmirati lejn l-użu sostenibbli tal-art agrikola permezz ta’:</TXT><P>[…]</P><P>iv) pagamenti agro-ambjentali,</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 39(1) sa (3) tal-imsemmi regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="039.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-appoġġ previst fl-Artikolu 36(a)(iv) fit-territorji kollha tagħhom, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="039.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pagamenti agro-ambjentali għandhom jingħataw lill-bdiewa li jieħdu impenji agro-ambjentali fuq bażi volontarja. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="039.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pagamenti agro-ambjentali jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti skont l-Artikoli 4 u 5 u l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) [tal-Kunsill] Nru 1782/2003 [tad-<DATE ISO="20030929">29 ta’ Settembru 2003</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)], kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali u identifikati fil-programm.</ALINEA><ALINEA>Dawn l-impenji għandhom jittieħdu bħala regola ġenerali għal perijodu bejn ħames u seba’ snin. Fejn meħtieġ u ġustifikat, perijodu itwal għandu jiġi determinat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(2) għal tipi partikolari ta’ impenji.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 65/2011</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 65/2011 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>miżura relatata maż-żona<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser miżuri jew sottomiżuri li l-appoġġ għalihom huwa bbażat fuq id-daqs taż-żona ddikjarata;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>żona stabbilita<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser iż-żona tal-qatgħat jew tal-biċċiet ta’ art li għalihom qed tintalab għajnuna, kif identifikata skont l-Artikolu 11 u l-Artikolu 15(3), (4) u (5) ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Tnaqqis u esklużjonijiet relatati mad-daqs taż-żona<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, kien jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu, fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu, u fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, iż-żoni ddikjarati minn benefiċjarju li jirċievu l-istess rata ta’ għajnuna skont miżura relatata maż-żona għandhom jitqiesu bħala li jifformaw grupp wieħed ta’ għelejjel. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk iż-żona stabbilita għal grupp ta’ għelejjel tinstab li hija ikbar minn dik iddikjarata fit-talba għal pagament, iż-żona ddikjarata għandha tintuża għall-kalkolu tal-għajnuna.</ALINEA><ALINEA>Jekk iż-żona ddikjarata fit-talba għal pagament taqbeż iż-żona stabbilita għal dak il-grupp ta’ għelejjel, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi taż-żona stabbilita għal dak il-grupp ta’ għelejjel. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="016.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi taż-żona stabbilita mnaqqsa b’darbtejn id-differenza misjuba jekk dik id-differenza tkun iżjed jew minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda mhux iżjed minn 20 % taż-żona stabbilita.</ALINEA><ALINEA>Jekk id-differenza tkun iżjed minn 20 % taż-żona stabbilita, l-ebda għajnuna m’għandha tingħata għall-grupp ta’ għelejjel inkwistjoni.</ALINEA><ALINEA>Jekk id-differenza tkun iżjed minn 50 %, il-benefiċjarju għandu jkun eskluż għal darb’oħra milli jirċievi għajnuna sad-differenza bejn iż-żona ddikjarata fit-talba għal pagament u ż-żona stabbilita.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1)(a) tal-imsemmi regolament kien jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-għajnuna mitluba għandha tiġi mnaqqsa jew miċħuda meta l-obbligi u l-kriterji li ġejjin ma jiġux sodisfatti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(a)(iv) u (v) kif ukoll f’(b)(v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-istandards obbligatorji rilevanti kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, rekwiżiti oħra obbligatorji rilevanti kif imsemmi fl-Artikoli 39(3), 40(2) u 47(1) tar-Regolament [Nru 1698/2005] u impenji li jmorru lil hinn minn dawk l-istandards u rekwiżiti; […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tal-istess regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fejn japplika diversi tnaqqis, dawn għandhom jiġu applikati f’din l-ordni:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel skont l-Artikolu 16(5) u (6) flimkien mal-Artikolu 17(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament,</P></ITEM><ITEM><P>imbagħad skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament,</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 73/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 73/2009 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Bidwi li jirċievi pagamenti diretti għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta’ ġestjoni statutorji mniżżla fl-Anness II u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 6.</ALINEA><ALINEA>L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss safejn jirrigwarda l-attività agrikola tal-bidwi jew f’dak li jikkonċerna il-qasam agrikolu tal-impriża.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m’għadhiex tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, tinżamm f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, il-livell nazzjonali jew reġjonali, il-kondizzjonijiet minimi għall-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba abbażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III, wara li jkunu tqiesu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-kondizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi, sistemi tal-biedja eżistenti, l-użu tal-art, in-newba tal-uċuħ tar-raba’, prattiki tal-biedja, u l-istrutturi tal-farms. L-Istati Membri ma jistgħux jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi li mhumiex previsti f’dak il-qafas.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Annessi II u III tal-imsemmi regolament kienu jispeċifikaw ir-rekwiżiti statutorji kif ukoll il-kundizzjonijiet agrikola u ambjentali tajba msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 5 u 6 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 71(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 316, p. 65</REF.DOC.OJ>), kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77, meta nuqqas ta’ konformità ddeterminat jirriżulta min-negliġenza tal-bidwi, għandu jiġi applikat tnaqqis. Bħala regoli ġenerali, dak it-tnaqqis għandu jkun 3 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 70(8).</ALINEA><ALINEA>Madankollu, l-aġenzija tal-ħlas tista’, abbażi tal-valutazzjoni fornuta mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll fil-parti tal-evalwazzjoni tar-rapport tal-kontroll skont l-Artikoli 54(1)(c), tiddeċiedi jew li tnaqqas dak il-perċentwal għal 1 % jew li żżidu għal 5 % ta’ dak l-ammont totali jew fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1)(c), li ma timponi l-ebda tnaqqis<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Nru 295</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Ministru kabineta Noteikumi Nr. 295 par valsts un Eiropas Savienības lauku attīstības atbalsta piešķiršanu, administrēšanu un uzraudzību vides un lauku ainavas uzlabošanai (id-Digriet Nru 295 tal-Kabinett tal-Ministri dwar l-Għoti, il-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Għajnuna mill-Istat u<?PAGE NO="6"?> mill-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Rurali għall-Finijiet tat-Titjib tal-Ambjent u tal-Pajżaġġ Rurali), tat-<DATE ISO="20100323">23 ta’ Marzu 2010</DATE> (Latvijas Vēstnesis, 2010, Nru 50), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Digriet Nru 295<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), li kien fis-seħħ sat-<DATE ISO="20150328">28 ta’ Marzu 2015</DATE>, kien jipprovdi, fl-Artikolu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Dan id-digriet jistabbilixxi l-modalitajiet tal-għoti, tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp rurali, b’mod partikolari insostenn tal-miżuri ta’ titjib tal-ambjent u tal-ispazju naturali implimentati konformament mar-Regolament Nru 1698/2005.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tad-Digriet Nru 295 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Kandidat jista’ jikseb għajnuna għal artijiet agrikoli ddedikati għal waħda mill-għelejjel eliġibbli elenkati fil-lista tal-Anness 2 ta’ dan id-digriet, li huma ddefiniti bħala bwar b’valur naturali għoli, sa fejn huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>38.3. il-bwar b’valur naturali għoli jintużaw bħala mergħa u jinħasdu kull sena u li fuqhom jinżamm ċertu numru ta’ bhejjem tat-trobbija, fejn dan in-numru jirrappreżenta, wara konverżjoni f’unitajiet ta’ bhejjem, densità ta’ bhejjem ta’ 0.4 sa 0.9 l-unità għal kull ettaru, u fejn dawn il-bwar jinħasdu mill-inqas darba matul il-perijodu mill-1 ta’ Awwissu sal-15 ta’ Settembru. Il-ħaxix maħsud jinġabar u jitneħħa mill-għalqa jew jitqatta<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-punt 3 tat-Taqsima 4.3 (Żamma tal-bijodiversità fil-bwar), tal-Anness 9 ta’ dan id-digriet kien jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Jekk il-kandidat għall-għajnuna ma ħasadx iż-żona li hija s-suġġett tal-applikazzjoni bejn l-1 u l-15 ta’ Settembru, wara l-ewwel ksur, l-ammont tal-għajnuna għal din iż-żona ma jitħallasx għas-sena kurrenti. Fil-każ li jkun hemm ripetizzjoni tal-ksur, l-impenji kollha jiġu interrotti u l-kandidat għall-għajnuna jkollu jirrimborsa lis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali l-ammont totali tal-għajnuna rċevuta preċedentement għaż-żona kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Digriet Nru 139</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Ministru kabineta Noteikumi Nr. 139 Kārtība, kādā tiek piešķirts valsts un Eiropas Savienības atbalsts lauksaimniecībai tiešā atbalsta shēmu ietvaros (Id-Digriet Nru 139 tal-Kabinett tal-Ministri dwar il-Proċedura għall-Għoti tal-Għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-Agrikoltura fil-Kuntest tal-Iskemi ta’ Appoġġ Dirett), tat-<DATE ISO="20130312">12 ta’ Marzu 2013</DATE> (Latvijas Vēstnesis, 2013, Nru 65), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Digriet Nru 139<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), kien jipprevedi, fl-Artikolu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Dan id-digriet jistabbilixxi l-modalitajiet għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea ddestinata għall-agrikoltura fil-kuntest tal-iskemi ta’ appoġġ dirett, konformement mar-Regolament Nru 73/2009.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tad-Digriet Nru 139 kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Jekk fl-istess ħin bidwi jitlob, għal żona speċifika, kemm il-ħlas tal-għajnuna msemmija fil-punt 2.1 ta’ dan id-digriet (pagament uniku għaż-żona) kif ukoll il-ħlas ta’ għajnuna abbażi tal-miżura <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Pagamenti agro-ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> konformement mal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-għoti, ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp rurali u għat-titjib tal-ambjent u tal-ispazju naturali:</P><P>[…]</P><P>18.2. minkejja l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 15.4 ta’ dan id-digriet, jekk il-bidwi jitlob għajnuna abbażi tal-miżura sekondarja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Żamma tal-bijodiversità fil-bwar<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jew tal-miżura sekondarja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Stabbiliment ta’ strixxi marġinali<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>:</P><P>18.2.1. minn tal-inqas darba f’sena, il-bwar u l-mergħa permanenti kif ukoll ir-raba’ li jinħadem għandhom jinħasdu u l-ħaxix għandu jinġabar jew jitqatta (matul il-perijodu mill-1 ta’ Awwissu sal-15 ta’ Settembru tas-sena kurrenti) jew dawn il-bwar u mergħat għandhom jintużaw bħala mergħa u jinħasdu.<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 ta’ dan id-digriet kien jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>jekk bidwi ma josservax waħda mill-kundizzjonijiet agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikoli 15 u 18 ta’ dan id-digriet, l-ammont tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan id-digriet (bl-eċċezzjoni tal-punt 2.6 ta’ dan tal-aħħar) għandu jitnaqqas konformement mal-Artikoli 70, 71 u 72 tar-Regolament Nru 1122/2009.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, Plaukti ressqet, quddiem is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali, għas-sena 2014, applikazzjoni għal pagament uniku għaż-żona kif ukoll applikazzjoni għal pagament agroambjentali abbażi tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar fir-rigward ta’ żewġ għelieqi b’żona totali ta’ 18.26 ettari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara spezzjoni parzjali fuq il-post, imwettqa mis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali fil-<DATE ISO="20140731">31 ta’ Lulju 2014</DATE>, dan tal-aħħar ikkonstata li l-għelieqi kkonċernati kienu nħasdu qabel l-<DATE ISO="20140801">1 ta’ Awwissu 2014</DATE>, bi ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli għall-għoti tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’konsegwenza ta’ dan, permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150627">27 ta’ Ġunju 2015</DATE>, is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali rrifjuta lil Plaukti, għas-sena 2014 kollha, fir-rigward tat-18.26 ettari kkonċernati, il-benefiċċju ta’ din l-għajnuna. Dan is-servizz eskluda lil Plaukti mill-benefiċċju tal-imsemmija għajnuna, sal-ammont ta’ EUR 2 245.98, u ordna li dan l-ammont jitnaqqas minn kull pagament li kellu jiġi rċevut matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara. Barra minn hekk, tnaqqis ta’ 1 % tal-istess għajnuna ġie applikat għal ksur tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Plaukti kkontestat din id-deċiżjoni quddiem l-administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali, il-Latvja), u sussegwentement quddiem l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, il-Latvja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Wara li kemm ir-rikors tagħha fl-ewwel istanza kif ukoll l-appell tagħha ġew miċħuda, Plaukti ppreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, sa fejn huwa paċifiku li l-għelieqi kkonċernati ġew maħsud qabel l-1 ta’ Awwissu, hemm lok li tiġi applikata, konformament mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 65/2011, id-dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għas-sena kurrenti, l-ebda għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar ma għandha titħallas għaż-żoni korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti madankollu għandha dubji dwar il-proporzjonalità tas-sanzjonijiet l-oħra imposti mis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali, b’mod partikolari, minn naħa, tal-esklużjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali mill-benefiċċju tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar, sal-ammont korrispondenti għad-differenza bejn iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u ż-żona speċifika, jiġifieri obbligu ta’ rimbors għal tliet snin kalendarji, konformament mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 u, min-naħa l-oħra, tat-tnaqqis ta’ 1 % tal-ħlasijiet kollha ta’ għajnuna lil din ir-rikorrenti, konformament mal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 1122/2009 minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, sa fejn ma ġie kkonstatat l-ebda bdil fil-grupp ta’ għelejjel. B’mod partikolari, l-imsemmija qorti tistaqsi jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 huwiex applikabbli sa fejn, f’dan il-każ, għalkemm Plaukti ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar, ma ġie kkonstatat l-ebda bdil fil-grupp ta’ għelejjel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ fejn jiġi kkonstatat li ż-żona tal-grupp ta’ għelejjel iddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas ma tikkorrispondix għaż-żona speċifika, jiġifieri ż-żona maħduma, ikkonstatata fil-kuntest tal-ispezzjoni fuq il-post mwettqa, hemmx lok li, fl-istess ħin, jiġu applikati kemm is-sanzjoni prevista fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 65/2011 kif ukoll dik prevista fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) ta’ dan ir-regolament. F’dan ir-rigward, dik il-qorti tqis li l-applikazzjoni ta’ żewġ sanzjonijiet għal ksur wieħed tista’ ma tkunx konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha wkoll dubji dwar il-kwistjoni ta’ jekk ir-rekwiżit previst fil-punt 18.2.1 tad-Digriet Nru 139 huwiex konformi mar-rekwiżiti imposti fid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009 fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 fir-rigward tal-impenji agroambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1)</NO.P><TXT>It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-[Regolament Nru 65/2011] huwa applikabbli meta r-rikorrent ma jkunx issodisfa l-kundizzjonijiet għall-ħsad taż-żona li għaliha ntalbet l-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar (liema rekwiżit imur lil hinn mill-istandards obbligatorji previsti fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament [Nru 1698/2005], mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla fil-grupp ta’ għelejjel?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ksur jista’ jagħti lok, fl-istess ħin, kemm għas-sanzjoni prevista fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 kif ukoll għal dik prevista fl-Artikolu 18(1)(a) tal-istess regolament?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 6 tar-[Regolament Nru 73/2009] u tal-Artikolu 39(3) tar-[Regolament Nru 1698/2005] jippermettu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-istess rekwiżit jista’ jikkostitwixxi kemm rekwiżit obbligatorju [minimu] (standard) kif ukoll rekwiżit li jmur lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji [minimi] (kundizzjoni għall-ħlas ta’ għajnuna agroambjentali)?<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, konformament mal-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament Nru 1698/2005, l-għajnuna prevista abbażi tal-assi 2 tat-taqsima 2 tal-Kapitolu i tat-Titolu IV ta’ dan ir-regolament, fejn it-taqsima hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Titjib tal-ambjent u tal-kampanja<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, tikkonċerna l-miżuri mmirati għall-użu sostenibbli tal-artijiet agrikoli bis-saħħa ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>pagamenti agroambjentali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 39(1) u (2) tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-Istati Membri jagħtu l-għajnuna prevista fl-Artikolu 36(a)(iv) tiegħu fit-territorju kollu tagħhom, skont il-bżonnijiet partikolari tagħhom. Il-pagamenti agroambjentali jingħataw lill-bdiewa li jidħlu minn jeddhom għal impenji favur l-agroambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 65/2011 jipprevedi li l-għajnuna mitluba tiġi mnaqqsa jew miċħuda meta b’mod partikolari, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-obbligi jew il-kriterji bħall-istandards obbligatorji xierqa, ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa msemmija fl-Artikolu 39(3) ta’ dan l-aħħar regolament u l-impenji li jmorru lil hinn minn dawn l-istandards u rekwiżiti ma jiġux issodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li n-nuqqas ta’ osservanza tal-impenji meħuda favur l-agroambjent jġib miegħu t-tnaqqis jew ir-rifjut tal-pagamenti agroambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 65/2011 jirrigwarda t-tnaqqis u l-esklużjoni relatati mad-daqs taż-żoni agrikoli. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, konformament mal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, jitqiesu bħala li jikkostitwixxu grupp ta’ għelejjel iż-żoni ddikjarati mill-benefiċjarju li huma s-suġġett tal-istess rata ta’ għajnuna abbażi ta’ miżura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>żoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tal-imsemmi regolament, jekk iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas hija ikbar miż-żona speċifika għall-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat, l-għajnuna tiġi kkalkolata abbażi taż-żona speċifika għal dan il-grupp ta’ għelejjel. Bis-saħħa tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tal-istess regolament, jekk id-differenza bejn iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u ż-żona speċifika waqt l-ispezzjoni fuq il-post imwettqa tkun ta’ iktar minn 50 %, il-benefiċjarju jerġa’ jiġi eskluż mill-benefiċċju tal-għajnuna sal-ammont korrispondenti għal din id-differenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, minħabba ħsad qabel iż-żmien, wieħed mill-kriterji għall-għoti tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar ma kienx ġie osservat. Is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali għaldaqstant qies li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din l-għajnuna ma kinux ġew osservati fiż-żona ddikjarata kollha u li kellu jiġi deċiż li d-differenza bejn iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u ż-żona speċifika fil-kuntest tal-ispezzjoni fuq il-post imwettqa kienet ta’ 100 %. Għalhekk, dan is-servizz qies li ż-żona ddikjarata kienet 100 % ikbar miż-żona speċifika, u dan kien jiġġustifika, skont l-imsemmi servizz, l-esklużjoni ta’ Plaukti mill-benefiċċju tal-għajnuna ikkonċernata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, hekk kif tindika l-qorti tar-rinviju, l-uniku ksur ikkonstatat mis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali fir-rigward tal-perijodu ta’ riferiment huwa ħsad qabel iż-żmien, mingħajr ma ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-fatt li Plaukti ħasdet iż-żona kkonċernat qabel id-data prevista għal dan il-għan madankollu ma jfissirx li l-grupp ta’ għelejjel iddikjarat ġie mibdul b’tali mod li jiġġustifika l-esklużjoni tal-persuna kkonċernata mill-benefiċċju tal-għajnuna, b’applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 hija konformi mal-għan tal-pagamenti agroambjentali, li, hekk kif jirriżulta mil-premessa 35 tar-Regolament Nru 1698/2005, għandu jibqa’ jkollhom rwol prominenti fl-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u fir-rispons għad-domanda dejjem tikber tas-soċjetà għal servizzi ambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda magħmula għandha tkun li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda magħmula, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda magħmula.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, qabel kollox, li, bis-saħħa tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 73/2009, il-bdiewa li jirċievu pagamenti diretti huma obbligati li jirrispettaw ċerti rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija kif ukoll il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Dan l-aħħar artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw li l-artijiet agrikoli kollha jinżammu f’kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu rekwiżiti minimi għall-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba abbażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III tal-imsemmi regolament u ma jistgħux jiddefinixxu rekwiżiti minimi li ma humiex previsti f’dan il-qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, il-pagamenti agroambjentali jirrigwardaw biss l-impenji li b’mod partikolari jisbqu l-istandards obbligatorji stabbiliti konformament mal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 1782/2003 u mal-Annessi III u IV ta’ dan tal-aħħar, riprodotti fl-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009 u fl-Annessi II u III ta’ dan tal-aħħar. L-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 huwa għalhekk intiż li jiggarantixxi li<?PAGE NO="11"?> l-pagamenti kkonċernati jingħataw biss għal attivitajiet u prattiki li jissodisfaw għanijiet ambjentali għola mill-istandards obbligatorji bħal ma huma r-rekwiżiti minimi fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, sussegwentement, li, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti 38.3 tad-Digriet Nru 295 jimplimenta, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti relatati mal-pagamenti agroambjentali. Dan il-punt jipprevedi b’mod partikolari li kandidat jista’ jikseb għajnuna għal bwar b’valur naturali għoli, sa fejn dawn il-bwar inħasdu mill-inqas darba matul il-perijodu mill-1 ta’ Awwissu sal-15 ta’ Settembru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, ir-regoli ta’ ħsad previsti fid-dritt Latvjan jikkostitwixxu fl-istess ħin rekwiżiti minimi u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, konformament mal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, l-impenji meħuda favur l-agroambjent b’applikazzjoni tal-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhom jisbqu r-rekwiżiti minimi fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba deskritti fl-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009. Min-naħa l-oħra, kif ġie mfakkar fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri ma jistgħux jiddefinixxu rekwiżiti minimi li ma humiex previsti fil-kuntest tal-Anness III ta’ dan l-aħħar regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-osservanza tar-rekwiżiti minimi fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba li joriġinaw mill-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009, għandu jiġi żgurat li dawn ġew iddefiniti b’mod validu abbażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-regolament. Jekk dan huwa l-każ, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ tali rekwiżit jista’ jagħti lok għal tnaqqis abbażi tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 1122/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din tal-aħħar li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex<?PAGE NO="12"?> applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-<DATE ISO="20050920">20 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>