|
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
228 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ BiH/4/2004
tad-19 ta' Novembru 2004
dwar il-ħatra tal-Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
(2004/821/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bi Skambju ta' Ittri bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fit-28 ta' Settembru 2004 u fit-8 ta' Ottubru 2004 rispettivament, il-Kunsill tan-Nord Atlantiku qabel li jqiegħed għad-disposizzjoni lill-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli. |
|
(2) |
Il-Kumitat Militari ta' l-UE fil-15 ta' Settembru 2004 qabel dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE sabiex jinħatar il-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli, il-Ġeneral Ciro COCOZZA, bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC) sabiex jeżerċita t-tmexxija politika u strateġika ta' l-operazzjoni militari ta' l-UE. |
|
(4) |
Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. |
|
(5) |
Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen adotta Dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti tal-“BERLIN plus” u l-implimentazzjoni tagħhom japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fil-“Partnership for Peace”, u li konsegwentement ikkonkludew ftehim ta' sigurtà bilaterali man-NATO, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ġeneral Ciro COCOZZA hu permezz ta' dan maħtur Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum meta tiġi adottata.
Magħmula fi Brussel, nhar id-19 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
A. HAMER