22002D0055



Official Journal L 238 , 05/09/2002 P. 0016 - 0017


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 55/2002

tal-31 ta' Mejju 2002

li temenda l-Anness VI (Is-Sigurtà Soċjali) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness VI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2002 tad-19 ta' Aprilu 2002 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 181 tat-13 ta' Diċembru 2000 li tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 14(1), 14a(1) u 14b(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar il-leġislazzjoni li tapplika għall-ħaddiema ppustjati u dawk li jaħdmu għal rashom li jkunu jaħdmu b'mod temporanju "il barra mill-Istat kompetenti" [2].

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajit Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddmiema Migranti Nru 182 tat-13 ta' Diċembru 2000, li tirrigwarda li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar kif jiġu solvuti l-pretensjonijiet tal-pensjonijiet [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 3.58 (id-Deċiżjoni Nru 180) ta' l-Anness VI mal-Ftehim:

"3.59. 32001 D 0891: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 181 tat-13 ta' Diċembru 2000 li tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikoli 14(1), 14a(1) u 14b(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar il-leġislazzjoni li tapplika għall-ħaddiema ppustjati u dawk li jaħdmu għal rashom li jkunu jaħdmu b'mod temporanju "il barra mill-Istat kompetenti (ĠU L 329, ta' l-14.12.2001, p. 73)."

3.60. 32001 D 0655: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajit Ewropej dwar is-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti Nru 182 tat-13 ta' Diċembru 2000, li tirrigwarda li jiġi stabbilit qafas komuni għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar kif jiġu solvuti l-pretensjonijiet tal-pensjonijiet (ĠU L 230, tat-28.8.2001, p. 20."

Artikolu 2

Għadhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Deċiżjonijiet Nri 181 u 182 fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Meju 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 154, tat-13.6.2002, p. 20.

[2] ĠU L 329, ta' l-14.12.2001, p. 73.

[3] ĠU L 230, tat-28.8.2001, p. 20.

[4] L-ebda ħtiġiet konstituzzjonali m'huma indikati.

--------------------------------------------------