Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 3 - Il-Kummissjoni - Artikolu 213
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0139 - 0139
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0120 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0267 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0059 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 213 [5] 1. Il-Membri tal-Kummissjoni jintgħażlu fuq bażi tal-kapaċità ġenerali tagħhom u ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom. Il-Kummissjoni tinkludi ċittadin ta' kull Stat Membru. In-numru tal-Membri tal-Kummissjoni jista’ jinbidel mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità.. 2. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom ikunu kompletament indipendenti fil-qadi ta' dmirijiethom, fl-interess ġenerali tal-Komunità. Fil-qadi ta’ dmirijiethom, huma la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu istruzzjonijiet minn ebda gvern jew minn ebda korp ieħor. Huma m’għandhomx jieħdu azzjoni inkompatibbli mad-dmirijiet tagħhom. Kull Stat Membru jintrabat li jirrispetta dan il-prinċipju u ma jippruvax jinfluwenza l-membri tal-Kummissjoni fil-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Membri tal-Kummissjoni ma jistgħux, sakemm idumu fil-kariga, jeżerċitaw xi professjoni oħra, kemm bi jew bla qligħ. Meta jidħlu fil-kariga tagħhom, huma jridu jorbtu rwieħhom b’mod solenni li, kemm waqt il-kariga, kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, huma jirrispettaw l-obligazzjonijiet li joħorġu minnha b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jġibu rwieħhom b’integrità, u jeżerċitaw diskrezzjoni meta jaċċettaw, wara li jtemmu l-kariga tagħhom, ċerti ħatriet jew benefiċċji. F’każ ta’ xi ksur ta' dawn l-obligazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq l-applikazzjoni tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, tiddeċiedi li l-membru involut ikun imġiegħel, jew jirtira bilfors skond l-Artikolu 216 jew jitlef id-dritt tiegħu għall-penzjoni jew xi benefiċċju minflokha, skond iċ-ċirkostanzi. [5] Artikolu emendat bil-Protokoll dwar it-Tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea. --------------------------------------------------