2005R1345 — MT — 01.04.2014 — 003.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1345/2005

tas-16 ta’ Awwissu 2005

li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa

▼B

(ĠU L 212, 17.8.2005, p.13)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008

  L 150

7

10.6.2008

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 557/2010 tal-24 ta’ Ġunju 2010

  L 159

13

25.6.2010

►M3

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1333/2013 tat-13 ta’ Diċembru 2013

  L 335

8

14.12.2013


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 084M, 31.3.2009, p. 112  (1345/2005)




▼B

▼C1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1345/2005

tas-16 ta’ Awwissu 2005

li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar is-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 ( 1 ), u notevolment l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet partikolari f’dak li jikkonċerna l-għoti ta’ liċenzji ta’ importazzjonijiet għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa. Meħtieġ li jiġu previsti regoli ddettaljati partikolari ta’ applikazzjoni relatati mal-għoti ta’ dawn il-liċenzji.

(2)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma komplementarji mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli ( 2 ).

(3)

Għal raġuni ta’ ċarezza u trasparenza, għandu jitħassar, mill-1 ta’ Novembru 2005, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1476/95 tat-28 ta’ Ġunju 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa ( 3 ).

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2543/95 tat-30 ta’ Ottubru 1995 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji għall-esportazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa ( 4 ), jipprevedi sistema obbligatorja ta’ għoti ta’ liċenzji ta’ esportazzjoni. Bis-saħħa tal-Artikolu 10(3), tar-Regolament (KE) Nru 865/2004, l-għoti tal-liċenzji ta’ esportazzjoni ssir miżura fakultattiva u li tiddependi mill-iżvilupp tas-suq. Konsegwentement, meħtieġ li jitħassar ukoll ir-Regolament (KEE) Nru 2543/95 mill-1 ta’ Novembru 2005.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taż-Żejt taż-Żebbuġa u taż-Żebbuġ tal-Ikel,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-sistema tal-liċenzji ta’ importazzjoni prevista permezz tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

▼M1

2.  L-importazzjonijiet ta’ prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0709 90 39, 0711 20 90 u 2306 90 19 li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 ( 5 ). Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

▼C1

Artikolu 2

1.  Biex jiġi akkwistat il-benefiċċju tas-sistema speċjali prevista fir-Regolamenti adottati għat-twettiq tal-ftehimiet konklużi bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi terzi, it-talba ta’ liċenzji ta’ importazzjoni kif ukoll il-liċenzja għandu jkollhom, fil-kaxxi 7 u 8, l-isem tal-pajjiż terz ikkonċernat.

2.  Il-liċenzja ta’ importazzjoni tobbliga li jiġi importat, mill-pajjiż terz indikat, il-prodott li jwieġeb għall-kundizzjonijiet previsti fir-regolamenti indikati fil-paragrafu 1, u li għalih inħarġet il-liċenzja.

▼M1 —————

▼C1

Artikolu 4

1.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom ingħataw il-liċenzji ta’ importazzjoni filwaqt li jispeċifikaw il-kwantitajiet u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1), minfejn ġejjin l-importazzjonijiet, fil-limiti taż-żmien li ġejjin:

a) mhux aktar tard mill-5 ta’ kull xahar għall-perjodu mis-16 sal-aħħar tax-xahar preċedenti u mhux aktar tard mill-20 ta’ kull xahar għall-perjodu bejn l-1 u l-15 tax-xahar korrenti, f’dak li jikkonċerna l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, il-punt a), tar-Regolament (KE) Nru 865/2004;

b) matul l-ewwel xahar li jiġi wara tmiem ta’ kull kampanja, f’dak li jikkonċerna l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1, il-punti b) u c), tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 u li għalihom ingħatat liċenzja ta’ importazzjoni.

Jekk l-importazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom intalbu l-liċenzji fl-Istat Membru jidhru għal dan tal-aħħar li jikkostitwixxu riskju ta’ tehdida ta’ tfixkil fis-suq, l-Istat Membru għandu jgħarraf minnufih dwar dan lill-Kummissjoni billi jgħarrafha dwar il-kwantitajiet, speċifikati skont il-paragrafu 1, u billi ssir distinzjoni fuq naħa bejn dawk li għalihom intalbu liċenzji, iżda li għadhom ma ngħatawlhomx jew li għandhom ma ġewx aċċettati, u fuq in-naħa l-oħra, bejn dawk li għalihom ingħataw il-liċenzji matul il-ġimagħtejn korrenti.

▼M3

2.  In-notifiki msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 ( 6 ).

▼C1

Artikolu 5

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1476/95 u (KE) Nru 2543/95 jitħassru.

Artikolu 6

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2 —————



( 1 ) ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

( 2 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1741/2004 (ĠU L 311, 8.10.2004, p. 17).

( 3 ) ĠU L 145, 29.6.1995, p. 35. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1081/2001 (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 17).

( 4 ) ĠU L 260, 31.10.1995, p. 33. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 406/2004 (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 10).

( 5 ) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

( 6 ) ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.