19.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9874 — Tokyo Century Corporation/Nippon Telegraph and Telephone Corporation/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 205/12)

1.   

Fit-12 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Tokyo Century Corporation (“Tokyo Century”, il-Ġappun),

—

Nippon Telegraph and Telephone Corporation (“NTT”, il-Ġappun),

—

NTT Finance Corporation, il-kumpanija joint venture (“JV”, il-Ġappun).

Tokyo Century u NTT jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Tokyo Century: kumpanija ta’ servizzi finanzjarji li tipprovdi lil klijenti b’finanzjament għall-kiri,

—

NTT: kumpanija tat-telekomunikazzjonijiet, li taħdem fis-segmenti kummerċjali bħalma huma l-komunikazzjonijiet reġjonali, il-komunikazzjonijiet tal-mobile, il-komunikazzjonijiet għal distanza twila u internazzjonali,

—

il-JV: kumpanija dinjija tal-finanzi u n-negozju tal-kiri attiva fil-provvista ta’ servizzi tal-kiri fl-avjazzjoni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9874 — Tokyo Century Corporation/Nippon Telegraph and Telephone Corporation/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.