<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1100968901.case.xml"><NO.CASE>C-251/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006C0251</NO.CELEX><NO.SEQ>0007.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>9691</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9697</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET POIARES MADURO — KAWŻA C-251/06</LEFT><RIGHT>ING. AUER</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Poiares Maduro</HT></P><P>ppreżentati fil-<DATE ISO="20070621">21 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju ta' Linż ta' l-Unabhängiger Finanzsenat (Tribunal Finanzjarju Indipendenti, l-Awstrija) irrinvija żewġ domandi għal deċiżjoni preliminari rigward l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-<DATE ISO="19690717">17 ta' Lulju 1969</DATE> li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE ta' l-<DATE ISO="19850610">10 ta' Ġunju 1985</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="23">ĠU L 156, p. 23</REF.DOC.OJ>)<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="249" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="25">ĠU L 249, p. 25</REF.DOC.OJ>. Din ġiet emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE ta' l-<DATE ISO="20061120">20 ta' Novembru 2006</DATE> li adattat ċerti Direttivi fil-kamp tat-tassazzjoni, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="363" DATE.PUB="2006" PAGE.FIRST="129">ĠU L 363, p. 129</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Il-kawża prinċipali tikkonċerna kumpannija li ttrasferiet iċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha minn Stat Membru li ma jiġborx dazju kapitali għal Stat Membru li jagħmel dan. Il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva tippermettix lill-Istat Membru tad-destinazzjoni jittratta t-trasferiment bħala operazzjoni li hija suġġetta għad-dazju kapitali Reċentement il-Qorti tal-Ġustizzja indirizzat problema kważi identika fil-kawża C-178/05 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-178/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-4185">C-178/05, Ġabra p. I-4185</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet mogħtija fdin il-kawża mill-Avukat Ġenerali Kokott, punti 34 sa 52.</P></NOTE>.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Il-fatti u r-rinviju għal deċiżjoni preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="19990909">9 ta' Settembru 1999</DATE>, kumpannija, li lformazzjoni tagħha kienet ġiet iddikjarata fit-<DATE ISO="19990728">28 ta' Lulju 1999</DATE>, ġiet irreġistrata fir-Reġistru tal-Kumpanniji tar-Repubblika ta' l-Awstrija bl-isem ta' <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Bausoftware GmbH<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>. L-unika azzjonista tagħha kienet il-kumpannija pubblika ta' responsabbiltà limitata Nemetschek AG, li kellha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Munich (il-Ġermanja). Iċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' Bausoftware GmbH kien fil-Ġermanja, li ma tiġborx dazju kapitali fil-ġuriżdizzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19990916">16 ta' Settembru 1999</DATE> Nemetschek AG għamlet kontribuzzjoni ta' ATS 102 miljuni lil Bausoftware GmbH. B'kuntratt ta' trasferiment tat-<DATE ISO="19990922">22 ta' Settembru 1999</DATE> Bausoftware GmbH akkwistat l-intrapriża mhux irreġistrata magħmula minn persuna waħda <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Ing. Auer <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="2018"/>Die Bausoftware<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="2019"/><QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/> lokalizzata f'Mondsee (l-Awstrija).</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>It-trasferiment ġie deċiż fil-laqgħa ġene-rali ta' Bausoftware GmbH tat-<DATE ISO="19990922">22 ta' Settembru<?PAGE NO="I-9692"?> 1999</DATE>. Fl-istess laqgħa, is-Sur Auer, li kien jirrisjedi fl-Awstrija, ġie maħtur bħala direttur maniġerjali addizzjonali u ġiet approvata riżoluzzjoni li tikkonċerna d-dritt speċjali tiegħu li jamministra n-negozju. Fl-aħħar-nett, Bausoftware GmbH ġiet mogħtija lisem ġdid <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Ing. Auer — Die Bausoftware GmbH<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skond il-paragrafu 2(5) tal-Kapitalverkehrsteuergesetz ta' l-Awstrija (Liġi dwar taxxa fuq il-moviment tal-kapital) (<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>KVG<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>)<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>BGBl. Nru 629/1994.</P></NOTE> it-trasferiment taċ-ċentru ta' amministrazzjoni ta' kumpannija barranija lejn l-Awstrija hu suġġett għad-dazju kapitali jekk, permezz ta' dan it-trasferiment il-kumpannija ssir kumpannija kapitali Awstrijaka.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Wara spezzjoni tat-taxxa li twettqet mill-Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr, lawtoritajiet fiskali Awstrijaċi ordnaw lil Ing. Auer — Die Bausoftware GmbH (ir-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>rikor-renti<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>) b'deċiżjoni tas-<DATE ISO="20050606">6 ta' Ġunju 2005</DATE>, tħallas dazju kapitali fl-ammont ta' EUR <FT TYPE="DECIMAL">104680.20</FT>, jiġifieri 1 % tal-valur ta' l-ishma fil-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ressqet appell kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Unabhängiger Finanzsenat, li rrinvjat id-domandi li ġejjin għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>(1)</NO.P><TXT>Jekk iċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna legali jiġi ttrasferit minn Stat Membru li neħħa d-dazju kapitali qabel il-formazzjoni tagħha għal Stat Membru ieħor li jimponi d-dazju kapitali f'dak iż-żmien, il-kumpannija, ditta, assoċjazzjoni jew persuna legali hija prekluża milli tiġi kklassifikata bħala kumpannija kapitali <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="2018"/>għall-iskopijiet ta' impożizzjoni ta' dazju kapitali<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="2019"/> fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(1)(g) tad-Direttiva 69/335 [...], kif emendata bid-Direttiva 85/303 [...], u l-Artikolu 4(3)(b) tad-Direttiva 69/335 [...], kif emendata bid-Direttiva 85/303 [...], bil-fatt li l-Istat Membru msemmi l-ewwel irrinunzja għall-impożizzjoni tad-dazju kapitali billi abroga l-bażi legali nazzjonali rilevanti għal dak id-dazju?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 69/335 [...], kif emendat bid-Direttiva 85/303 [...], jipprojbixxi lill-Istat Membru lejn liema kumpannija kapitali tittrasferixxi ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni, fl-okkażjoni tat-trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni, milli jimponi d-dazju kapitali fuq l-operazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 4(1)(a) u (g) tad-Direttiva 69/335 [...], kif emendata bid-Direttiva 85/303 [...], jekk l-operazzjonijiet saru fiż-żmien meta l-kumpannija kapitali kellha ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha fi Stat Membru li, qabel il-formazzjoni tal-kumpannija kapitali, kien irrinunzja għall-impożizzjoni tad-dazju kapitali billi abroga l-bażi legali nazzjonali rilevanti għal dak id-dazju?<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9693"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Stati Membri li jiġbru taxxi indiretti fuq il-ġbir ta' kapital għandhom jagħmlu dan skond is-sistema komuni stipulata fid-Direttiva 69/335. Safejn huwa ta' interess għall-kawża preżenti, din is-sistema taħdem kif ġej.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 jispeċifika l-post ta' tassazzjoni. Skond l-Artikolu 2(1) <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>l-operazzjonijiet suġġetti għal dazju kapitali għandhom biss ikunu taxxabli fl-Istat Membru li fitterritorju tiegħu iċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kull kumpanija kapitali ikun jinsab fiż-żmien meta dawn l-operazzjonijiet iseħħu<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>It-tifsira ta' <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> hija spjegata fl-Artikolu 3. L-Artikolu 3(1)(a) jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, liema tip ta' kumpanniji għandhom jiġu kkunsidrati bħala kumpannija kapitali. Dan jipprovdi, per eżempju, li kumpanniji taħt il-liġi Awstrijaka magħrufa bħala <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Gesellschaft mit beschrànkter Haftung<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> huma kumpanniji kapitali għall-għanijiet tad-Direttiva. B zieda ma' dan, l-Artikolu 3(1) jispeċifika żewġ kategoriji oħra ta' kumpanniji kapitali. Per eżempju, skond l-Artikolu 3(1)(b), kull kumpannija li l-ishma tal-kapital jew l-assi tagħha jistgħu jiġu ttrattati f'borża hija kumpannija kapitali. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 3(2) jipprovdi li fil-prinċipju, kull kumpannija oħra li topera għal profitt għandha titqies kumpannija kapitali, imma li <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Stat Membru għandu jkollu d-dritt li ma jikkunsidrahiex b'dan il-mod għall-iskop ta' l-impożizzjoni ta' dazju kapitali<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Huwa possibbli għal kumpannija stabbilita taħt il-liġi ta' Stat Membru wieħed li jkollha ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor. Jekk dik il-kumpannija taqa taħt l-Artikolu 3(1), iż-żewġ Stati Membri għandhom jikkunsidrawha bħala <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> għall-għanijiet tad-Direttiva. Madankollu, jekk il-kumpannija taqa' taħt l-Artikolu 3(2), huwa possibbli li jista' jkun hemm diskrepanza, jekk wieħed mill-Istati Membri jqisha li hi <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> filwaqt li l-Istat Membru l-ieħor ma jagħmilx hekk. Għalhekk, jista' jiġri li kumpannija hija maħluqa taħt il-liġi ta' Stat Membru li jikkunsidraha bħala <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/>, madankollu, dik il-kumpannija ma tiġix ittrattata b'dan il-mod jekk ikollha ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha fi Stat Membru ieħor li ma jikkunsidrahiex bħala <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) jenumera diversi tipi ta' operazzjonijiet li huma suġġetti għal dazju<?PAGE NO="I-9694"?> kapitali. Din l-enumerazzjoni tinkludi l-formazzjoni ta' kumpannija kapitali. Tinkludi wkoll fl-Artikolu 4(1)(g), <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>it-trasferiment minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija [...] li hi kkunsidrata fl-Istat Membru ta' l-aħħar, għall-iskopijiet ta' impo-żizzjoni ta' dazju kapitali, bħala kumpannija kapitali, imma li mhux ikkonsidrata hekk fl-Istat Membru l-ieħor<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>. Fi kliem ieħor, l-Artikolu 4(1) (g) japplika meta kumpannija għandha ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha fi Stat Membru li ma jqishiex bħala <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/> u tiddeċiedi li tittrasferixxi ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha għal Stat Membru ieħor li jikkunsidra l-kumpannija bħala <QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/>. L-Istat Membru ta' destinazzjoni għandu jittratta tali trasferiment bl-istess mod li jittratta l-formazzjoni ta' kumpannija kapitali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tiegħu. Effettivament, fil-kuntest ta' trasferiment taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor, l-Artikolu 4(1) (g) jittratta ddiskrepanza li tista' tqum bħala konsegwenza ta' l-Artikolu 3(2).</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-Direttiva għalhekk tipprovdi għal sistema komuni għall-ġbir tad-dazju kapitali. Madankollu, din attwalment ma tobbligax lill-Istati Membri jiġbru dazju kapitali. IIparti l-kbira ta' l-Istati Membri, inkluża l-Ġermanja, neħħew id-dazju fuq il-ġbir ta' kapital. L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva jippermetti lill-Istati Membri jagħmlu dan. Tabil-ħaqq, il-preambolu għad-Direttiva 85/303, li emendat id-Direttiva 69/335, jafferma li <QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>leffetti [ekonomiċi] tad-dazju kapitali huma ta' ħsara għar-raggruppament u l-iżvilupp ta' intrapriżi<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> u li l-aħjar soluzzjoni biex jiġi stimulat l-investiment <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>tkun li jitneħħa dazju kapitali<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>, imma li <QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>t-telf ta' dħul li sussegwentement jirriżulta minn din il-miżura m'huwiex aċċettabbli għal ċerti Stati Mem-bri<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/>. Konsegwentement, ċerti Stati Membri għadhom jiġbru dazju kapitali skond issistema komuni stipulata fid-Direttiva 69/335, filwaqt li Stati Membri oħra għażlu li ma jiġbru ebda dazju kapitali<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Polonja u l-Portugall biss baqgħu jiġbru dazju kapitali. Ara l-Komunikat Stampa tal-Kummissjoni IP/06/1673 ta' l-<DATE ISO="20061204">4 ta' Diċembru 2006</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Jirriżulta b'mod ċar mid-deċiżjoni tar-rinviju li l-kumpannija in kwistjoni fil-kawża prinċipali taqa taħt l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva. Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi d-domanda li ġejja: <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>L-Artikolu 4(1)(g) tad-Direttiva 69/335 kif emendata bid-Direttiva 85/303 jkopri t-trasferiment minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija li tikkostitwixxi kumpannija kapitali għall-għanijiet ta' impo-żizzjoni ta' dazju kapitali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) (a) ta' l-istess Direttiva, f'cir-kostanzi fejn l-ewwel Stat Membru eżenta loperazzjonijiet kollha mid-dazju kapitali, skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva?<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/></TXT></NP><?PAGE NO="I-9695"?><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Għal din id-domanda, id-Direttiva tippermetti biss risposta negattiva. Il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> kif jidher fl-Artikolu 4 (1)(g) huwa ddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva. L-Artikolu 3(1) jipprovdi definizzjoni komprensiva ta' x'jikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>. L-Artikolu 7(2) jippermetti lil Stati Membri jeżentaw mid-dazju kapitali kumpanniji li jissodisfaw din id-definizzjoni, imma, kif il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara f'Il-Kummissjoni vs. Il-Greċja<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 3.</P></NOTE>, il-fatt li Stat Membru ddeċieda li jagħmel użu mill-għażla li ma jiġborx dazju kapitali m'hu ta' ebda importanza għad-domanda jekk kumpannija li għandha ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni tagħha f'dak l-Istat Membru hijiex <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>kumpannija kapitali<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, punti 29 sa 31 tas-sentenza. Ara wkoll, b'analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="20060112">12 ta' Jannar 2006</DATE>, Senior Engineering Investments (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-494/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-525">C-494/03, Ġabra p. I-525, punt 43</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Kumpannija kapitali tista' għalhekk issib lilha nnifisha fil-pożizzjoni fortunata li tiġi eżentata mid-dazju kapitali, imma dan ma jfissirx li ma tibqax tkun kumpannija kapitali.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Madankollu, l-analiżi tal-problema li tikkonfronta l-qorti nazzjonali m'għandhiex tieqaf hemm, mingħajr ma jiġi indirizzat t-tħassib imqajjem mill-Gvern Awstrijak firrigward tal-prevenzjoni ta' l-evażjoni tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Id-Direttiva ma fihiex dispożizzjonijiet speċifiċi li espressament jittrattaw il-prevenzjoni ta' l-evażjoni tat-taxxa. Madankollu, l-Artikolu 2(1) jipprovdi li operazzjonijiet suġġetti għad-dazju kapitali għandhom ikunu taxxabbli biss fl-Istat Membru li fitterritorju tiegħu ċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija kapitali jkun jinsab. Din id-dispożizzjoni għandha tinqara fid-dawl tal-projbizzjoni ta' abbuż tad-dritt Komunitarju, li topera bħala prinċipju ġene-rali ta' interpretazzjoni fil-ġurisprudenza kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punti 64 u 71 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Halifax et (sentenza tal-<DATE ISO="20060221">21 ta' Frar 2006</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-255/02" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1609">C-255/02, Ġabra p. I-1609</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja f'Halifax, <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja ma tistax tinftiehem bħala li tkopri l-prattiċi abbużivi ta operaturi ekonomiċi, jiġifieri t-tranżaz-zjonijiet li mhumiex imwettqa fil-kuntest ta' tranżazzjonijiet kummerċjali normali, iżda biss bl-iskop li jibbenefikaw b'mod abbużiv mill-vantaġġi previsti mid-dritt Komuni-tarju<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 69 tas-sentenza. Ara wkoll punt 57 tal-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Kofoed (C-321/05, attwalment pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għalhekk, f'Cadbury Schweppes Overseas<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7995">C-196/04, Ġabra p. I-7995</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li kienet tikkonċerna dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta' l-istabbiliment, il-Qorti tal-Ġustizzja ddistingwiet l-eżerċiz-zju ġenwin tad-dritt tal-libertà ta' l-istabbiliment mill-istabbiliment biss għall-iskop li jittieħed vantaġġ minn reġim fiskali iktar favorevoli fi Stat Membru ieħor. Hija osservat li l-għan tad-dritt tal-libertà ta' l-istabbiliment huwa li ċittadin tal-Komunità jitħalla<?PAGE NO="I-9696"?> jipparteċipa, b'mod stabbli u kontinwu, fil-ħajja ekonomika ta' Stat Membru għajr mill-Istat ta' oriġini tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Idem, punt 53. Ara wkoll is-sentenza tat-<DATE ISO="19951130">30 ta' Novembru 1995</DATE>, Gebhard (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-55/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4165">C-55/94, Ġabra p. I-4156, punt 25</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-kunċett ta' stabbiliment fl-Artikolu 43 KE għalhekk jippresupponi stabbiliment attwali fl-Istat Membru ospitanti u l-insegwiment hemmhekk ta' attività ekonomika ġenwina, imma ma jinkludix <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>skemi purament artifiċjali, nieqsa mir-realtà ekonomika, bl-għan li tiġi evaża t-taxxa<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 10, punt 55.</P></NOTE>. Konsegwentement, <QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>iċ-ċit-tadini ta' Stat Membru ma jistgħux, bis-saħħa tal-faċilitajiet maħluqa mit-Trattat, jippruvaw jaħarbu abużivament mill-influwenza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħ-hom<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Idem, punt 35. Ara wkoll il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>newtralità doppja<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> li invokajt fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Marks &amp; Spencer (sentenza tat-<DATE ISO="20051213">13 ta' Diċembru 2005</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10837">C-446/03, Ġabra p. I-10837</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Dan l-istess prinċipju jista' jiġi applikat fir-rigward tad-Direttiva. L-għan ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva huwa li jiġi żgurat li operazzjoni li tista' tkun suġġetta għal dazju kapitali tikkostitwixxi aweniment taxxabbli fi Stat Membru wieħed biss. Madankollu, kumpanniji mhumiex permessi, taħt il-pretest ta' dik id-dispożizzjoni, li jevitaw b'mod mhux korrett il-liġi nazzjonali tagħhom. II-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>ċentru effettiv ta' amministraz-zjoni<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> fl-Artikolu 2(1) għandu għalhekk jiġi interpretat b'mod li jeskludi sitwazzjonijiet li ġew maħluqa artifiċjalment unikament bil-għan li jinkiseb vantaġġ ta' taxxa<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'analoġija, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="20001214">14 ta' Diċembru 2000</DATE>, Emsland-Stärke (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-110/99" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-11569">C-110/99, Ġabra I-11569</REF.DOC.ECR>); u tas-<DATE ISO="20060406">6 ta' April 2006</DATE>, Agip Petroli (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-3395">C-456/04, Ġabra I-3395, punt 22</REF.DOC.ECR>); u Halifax et, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8, punti 82 u 86.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Imiss lill-qorti nazzjonali, madankollu, tiwerifika, abbażi ta' evidenza oġġettiva jekk seħħitx azzjoni li tikkostitwixxi prattika abbużiva fil-każ li għandha quddiemha<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Agip Petroli, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 14, punti 21 u 24, u Halifax et, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 8, punt 86.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9697"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti t-tweġiba li ġejja lill-Unabhàngiger Finanzsenat:</TXT><P>L-Artikolu 4(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE tas-<DATE ISO="19690717">17 ta' Lulju 1969</DATE> li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital kif emendata bid-Direttiva 85/303/KEE ta' l-<DATE ISO="19850610">10 ta' Ġunju 1985</DATE> ma jkoprix it-trasferiment minn Stat Membru għal Stat Membru ieħor taċ-ċentru effettiv ta' amministrazzjoni ta' kumpannija li hija kumpannija kapitali fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva. Huwa immaterjali, f'dan ir-rigward, jekk l-ewwel Stat Membru eżentax l-operazzjonijiet kollha middazju kapitali, skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva.</P><P>Il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>ċentru effettiv ta' amministrazzjoni<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/> fl-Artikolu 2(1), moqri fid-dawl tal-projbizzjoni ta' abbuż tad-dritt Komunitarju, ma japplikax għal sitwazzjonijiet li ġew maħluqa artifiċjalment għall-iskop uniku li jinkiseb vantaġġ ta' taxxa. Imiss lill-qorti nazzjonali tiwerifika, abbażi ta' evidenza oġġettiva, jekk seħħitx azzjoni li tikkostitwixxi prattika abbużiva fil-każ li għandha quddiemha.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>