7.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 4/7


DEĊIŻJONI (UE) 2021/4 MEĦUDA BI QBIL KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET U TAL-ISTATI MEMBRI

tad-9 ta’ Diċembru 2020

dwar il-post tas-sede taċ-Ċentru ta’ Kompetenza Ewropew Industrijali, Teknoloġiku u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 341 tiegħu,

Billi:

(1)

L-istabbiliment taċ-Ċentru ta’ Kompetenza Ewropew Industrijali, Teknoloġiku u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (“iċ-Ċentru ta’ Kompetenza ”) huwa previst abbażi tal-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-12 ta’ Settembru 2018.

(2)

Jenħtieġ li jiġi ddeterminat il-post tas-sede taċ-Ċentru ta’ Kompetenza,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iċ-Ċentru ta’ Kompetenza Ewropew Industrijali, Teknoloġiku u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà għandu jkollu s-sede tiegħu f’Bucharest, ir-Rumanija.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2020.

Il-President

P. LOURTIE