21.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 223/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 59/2008

tal-25 ta’ April 2008

li temenda l-Anness XXII (il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 171/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 (1).

(2)

Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 10f (id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta’ l-Anness XXII għall-Ftehim:

“10g.

32007 L 0036: Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet ta’ l-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2007/36/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta’ April 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ April 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 39.

(2)   ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.

(*1)  L-ebda ħtieġa kostituzzjonali ma hija indikata.